Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux infurmat li min jieħu ħsieb lil min jgħix fuq il-PEG feeding qed ikollu jonfoq mijiet ta’ euro biex jixtri affarijiet li huma nieqsa u li huma tant importanti għal dawn l-individwi?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba għall-Mistoqsijijiet Parlamentari Nru. 16982 u 18913.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux qed isir xi eżerċizzju mill-awtoritajiet konċernati biex jitneħħew persuni minn fuq il-lista ta’ dawk li jieħdu l-mediċini b’xejn mill-Isptar Mater Dei?
Sptar Mater Dei – Persuni li huma intitolati għal mediċina b’xejn
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux qed jinqatgħu persuni minn fuq il-lista ta’ dawk li huma intitolati għal mediċina b’xejn mill-ispiżerija tal-Isptar Mater Dei, għalkemm ikun ilhom jieħdu din il-mediċina għal numru ta’ snin?
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux il-każ li konsulenti mediċi jikkomunikaw mal-awtoritajiet konċernati dwar it-tqassim ta’ mediċini biex jivverifikaw li pazjenti huma intitolati għal xi tip ta’ mediċina?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni li preżentement jinsabu rikoverati fl-Isptar Mount Carmel huma anzjani? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li bħalissa hemm 58 persuna li preżentament jinsabu rikoverati fl-isptar Monte Karmeli li huma anzjani u għandhom 61 jew aktar, li 25 minhomm huma rġiel u 33 huma nisa.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma s-servizzi li qed jingħataw mill-berġa tal-Imqabba u liema servizzi ser ikomplu jew ser jibdew jingħataw matul din is-sena mill-istess berġa?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li bħala pjan tal-Primary HealthCare rigward kliniċi tal-komunità, is-servizz ħolistiku jinkorpora team multidixxiplinarju sabiex jaqdi żona ta’ irħula fil-viċin. B’hekk servizzi mediċi joħorġu miċ-Ċentri tas-Saħħa u jersqu aktar qrib il-poplu. L-Imqabba jgħamel parti minn ċirku tar-rħula li jinkludu, l-Qrendi, iż-Żurrieq u Ħal Safi. Il-klinika tal-komunità li taqdi dawn l-irħula hija ċentrallizzata’ fiż-Żurrieq. Hawnhekk jingħataw servizzi b’appuntament ta’ tabib, infermiera, podjatrija, patoloġija tal-lingwa u diskors, psikoloġija u fiżjoterapija.
Iċ-Ċentru tas-Saħħa ewlieni f’din iż-żona jinsab ġewwa Ħal-Kirkop fejn hemm ukoll faċilita’ ta’ servizzi mediċi b’appuntamnet kif ukoll servizz ta’ tabib u treatment room bħala walk-in.
Kunsill Malti tal-Infermiera u l-Qwiebel – Ċertifikati ppreżentati minn applikanti minn pajjiżi terzi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kif qed jiġi żgurat li ċ-ċertifikati ppreżentati lill-Kunsill Malti tal-Infermiera u l-Qwiebel minn applikanti minn pajjiżi terzi, huma veri u minn istituzzjonijiet edukattivi validi?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li bħal f’kull każ fejn jiġi ppreżentatt ċertifikat ta’ kwalifika minn istituzzjoni edukattiva barranija, dan irid jkun akkumpanjat minn ċertikat mill-MQRIC li juri li l-istituzzjoni edukattiva hija rikonoxxuta, kif ukoll il-livell tal- kwalifika irrid jiġi iddeterminat.
Tobba, infermiera u qwiebel — Sigħat ta’ taħriġ kontinwu (CPD)
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kif qed jiġi żgurat li t-tobba, infermiera u qwiebel jieħdu numru ta’ sigħat ta’ taħriġ kontinwu (CPD) fis-sena biex ikun żgurat il-kompetenza, is-sigurtà u s-saħħa pubblika? Jista’ jgħid ukoll jekk dawn humiex prattiċi li jsiru barra minn xtutna?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Nassigura lill-Onor. Interpellant li t-tobba, l-infermiera u qwiebel jieħdu b’serjetà kbira t-taħriġ kontinwu tagħhom.
Għar-rigward tat-tobba, jiġi pprovdut foundation programme għat-tobba ġodda. Jiġi pprovduti training programmes għall-ispecialist trainees fejn anke jsiru annual reviews u assessjar.
Ninsab infurmat li l-Ministeru jgħin lill-ispeċjalisti u l-konsulenti b’fondi biex ikunu jistgħu jagħmlu CPDs.
Anke għar-rigward tal-infermiera u qwiebel, dawn ukoll jiġu mgħejjuna jkomplu jattendu għan-numru ta’ taħriġ li jwassal għall-CPD jew programmi akkademiċi li jwasslu għal ċertifikat, diploma, degree, masters u PhD.
Barra minn hekk, hemm taħriġ li hu obbligatorju.
Dawn il-professjonisti, jingħataw l-opportunità li japplikaw għal study leave bi ħlas biex jattendu korsijiet tas-CPD, konferenzi, seminars lokali u internazzjonali jew sabiex isegwu aktar studji fuq livell akkademiku.
Minħabba f’hekk, illum nistgħu ngħidu li s-servizz tas-saħħa offrut minn dawn il-professjonalisti hu wieħed ta’ eċċellenza.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm mediċini li intremew minħabba li skadew? Jista’ jgħid ukoll kemm kienet l-ispiża ta’ dawn il-mediċini li intremew fl-2023?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li matul 2023 inxtraw mediċini għal total ta’ kważi €127 miljun. Matul l-istess sena il-valur tal-mediċini li skadew kien ta’ €2.5 miljuni jew 1.97% ta’ nefqa totali.
Infurmat ukoll li din ir-rata ta’ skadenza tikkompara tajjeb ma’ dik f’pajjiżi oħra Ewropej.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm servizzi li joffru servizz ta’ respite residenzjali għall-anzjani?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kuntratti kollha li jsiru ma’ djar tal-anzjani jkopru sodod għal respite. In-numru ta’ servizzi jvarja skont il-ħtieġa għaliex sodda ta’ respite tista’ tiġi wżata għal kura fit-tul. Dan isir skont l-esiġenza.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18627 dwar x’passi ser jittieħdu biex ma titkompliex issir ħsara fiżika minħabba l-abbuż tal-kannabis sintetika u fejn ġejt mitlub biex nirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat, jista’ għaldaqstant il-Ministru jgħid jekk id-Dipartment tas-Saħħa Pubblika u l-Health Promotion jaqax taħt il-Ministeru tiegħu? Jekk iva, jista’ jgħid x’inhu r-remit tagħhom?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika hu parti mid-dekasteru tal-Ministeru għas-Saħħa u Anzjanità Attiva. Id-direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa jifforma parti mid-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika.
Ir-responsabilitijiet tad-Dipartiment għas-Saħħa Pubblika joħorġu mill-Att dwar is-Saħħa, Kapitlu 528 tal-Liġijiet ta’ Malta.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk jeżistux kriterji jew linji gwida miktuba sabiex anzjani li jkollhom jidħlu f’dar tal-anzjani jiġu rikoverati fl-aktar dar tal-anzjani viċin id-dar fejn kienu jgħixu u dan sabiex kemm jista’ jkun l-anzjani jibqgħu fil-komunità li fiha kienu jgħixu?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma hemmx kriterji jew linji gwida miktuba dwar dan iżda din hija prattika li tinżamm fejn hu possibli, jiddependi mis-sodod disponibbli u skont id-dipendenza tal-anzjan/i.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-pazjenti tal-Isptar Mount Carmel li qed jiġu trasferiti f’homes hux qed isibu problemi peress li l-kmamar tagħhom mhumiex attrezzati għad-diffikultajiet li huma għandhom?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li parti mill-istrateġija tas-Saħħa Mentali, pazjenti bi problemi kroniċi tas-saħħa mentali għandhom kemm jista jkun jirċievu kura ġewwa l-komunità. Għaldaqstant, pazjenti li għaddew minn valutazzjoni u li ġew meqjusa stabbli ġew rilokati f'residenzi tal-komunità mgħammra biex jindirizzaw ir-rekwiżiti kliniċi tagħhom.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-gvern għadux bil-pjan li ma jibnix sptar ġdid meta jaf li l-Isptar Mount Carmel qed jiffaċċja problemi strutturali kbar?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Kif diġa spjegajt kemm f’dan il-Parlament kif ukoll barra, il-pjan hu li fejn hu possibbli u fuq parir tal-professjonisti, il-persuni b’problemi ta’ saħħa mentali għandhom ikomplu jieħdu l-kura fil-kommunità dejjem taħt is-sorveljanza kontinwa tal-professjonisti. Ġewwa l-Isptar Mater Dei, ser ikun hemm żona bl-iktar mezzi moderni u tal-aħħar teknologija biex tingħata kura lill-pazjenti bi problemi akuti fis-saħħa mentali.