Jista' l-Ministru jagħti assikurazzjoni li matul l-aħħar sena ma intremew l-ebda karkassi fil-landfills meta kien wieqaf l-inċineratur tal-Marsa?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li matul l-aħħar sena, meta l-inċineratur kien wieqaf, ma ntremew l-ebda karkassi fil-landfill. Karkassi li kellhom jiġu maħruqa nżammu ġo l-friża sakemm l-inċineratur reġa’ nxtegħel u setgħu jiġu proċessati.
Inċineratur tal-Marsa — animal waste u clinical waste
Question
Billi nifhem li kien hemm pjanijiet oriġinali biex apparti minn animal waste u clinical waste l-inċineratur tal-Marsa kellu jipproċessa wkoll industrial chemical waste, jista' l-Minisitru jgħid fiex waslu dawn il-pjanijiet u meta mistenni jibda jagħmel dan? Jista' jgħid bħalissa kif qed jiġi disposed il-clinical waste, bħal ngħidu aħna thinners, zebgħa eċċ.?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-apparat għat-trattament tal-chemical waste, bħalissa qed jiġi kkummisjonat. Diġà nħaraq kwantità ta’ liquid chemical waste bħala test u kien wieħed pożittiv. Iktar testijiet ser jitkomplew fil-ġimgħat li ġejjin. Il-Clinical waste qed jiġi maħruq direttament fil-forn (Primary Combustion Chamber). Għall-informazzjoni tal-Onor Membru nixtieq ngħid li clinical waste ma jinkludix thinners u żebgħa.
panelli solari fuq il-bjut ta' dipartimenti u uffiċini governattivi — kumpaniji
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm kumpaniji li wieġbu għall-expression of interest għal panelli solari fuq il-bjut ta' dipartimenti u uffiċini governattivi? Liema kienu u minn liema pajjiżi ġejjin il-mother companies rispettivi tagħhom?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-Expression of Interest għall-panelli solari fuq il-bjut ta' dipartimenti u uffiċini governattivi għad trid tagħlaq u għaldaqstant għad m’hemmx l-informazzjoni mitluba.
strateġija nazzjonali dwar l-enerġija alternattiva u l-ġenerazzjoni tal-elettriku
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta l-Gvern beħsiebu jiffinalizza l-istrateġija nazzjonali dwar l-enerġija alternattiva u l-ġenerazzjoni tal-elettriku?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li bħalissa għaddej Strategic Environment Assessment (SEA) fuq l- Energy Policy qabel ma’din tkun finalizzata. Jien infurmat ukoll illi bħalissa qed jiġi ffinalizzat pjan t’azzjoni biex Malta tilħaq il-miri tal-Unjoni Ewropea dwar enerġija alternattiva. Meta jiġi approvat dan id-dokument l-istrateġija nazzjonali tkun tista’ tiġi ffinalizzata.
Dwar il-ġenerazzjoni tal-elettriku l-Onor. Membru huwa mitlub jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat
Awtorità ta' Malta għar-Riżorsi — Kumpaniji ta' avukati
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema avukati u/jew kumpaniji ta' avukati taw konsulenza lill-Awtorità ta' Malta għar-Riżorsi matul is-snin 2004, 2005, 2006, 2007, 2008 u 2009 kull sena separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern jikkonsidrax li l-industrija tal-fish farms hija importanti għal pajjiżna u jekk il-Gvern jagħtix għajnuna lil din l-industrija biex tkompli tikber?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma l-Onor Membru li l-Gvern jikkonsidra l-industrija tal-akwakultura bħala mportanti ħafna. Tant hu hekk li l-Gvern qed jippjana li jfassal pjan strateġiku għas-snin li ġejjin għat-tkabbir ta’ din l-industrija b’mod sostenibbli. Għal dan is-settur, il-Gvern ivvota 1.5 miljun Ewro mill-fondi tal-UE taħt il-programm EFF.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7863 u jgħid xi ħlasijiet hemm pendenti għall-bdiewa Maltin u Għawdxin f’għoti ta’ sussidji għat-tadam? Kemm ilhom pendenti dawn il-ħlasijiet? X’inhu l-ammont pendenti? Kemm hemm bdiewa jistennew dawn il-ħlasijiet u meta se jsir il-ħlas dovut?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li f’Ottubru tħallas ammont ta’ 80,000 ewro li kien ikopri l-2008, lill-Għaqdiet tal-Produtturi tad-tadam għall-ipproċessar. Għal 2009, għad iridu jinħadmu s-sussidji li mistennija jkunu lesti u mħallsa sa l-ewwel tliet xhur tas-sena.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8316 u jgħid kemm kien hemm każi s'issa ta' persuni li abbużaw billi ħadu fondi ta' l-Unjoni Ewropea ta' għajnuna għall-bdiewa meta applikaw fuq għelieqi li wara rriżulta li m’għandhomx titlu fuqha? Kemm kienu l-ammont ta’ fondi li ngħataw? X’passi ttieħdu dwar dawn l-abbużi? X’xogħol isir biex meta jiġu proċessati l-applikazzjonijiet jiġi verifikat ukoll jekk l-art li fuqha ssir l-applikazzjoni għandhomx titlu fuqha?
Jista' l-Ministru jgħid f'kull lokal kemm hemm bring-in sites? Kemm qed jinġabar tunnellati ta' skart minn kull bring-in site f'kull lokal?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra. Rigward it-tieni mistoqsija nirreferi l-Onor Membru għar-risposta li tajt għall-mistoqsija nru 12421
Jista' l-Ministru jikkonferma li d-ditta Haase li ħadet parti mill-impjant ta' Sant' Antnin u li hi rappreżentata minn Nazzareno Vassallo, f’Malta ħadet ukoll is-sistema tal-gass fil-Magħtab?
Response (PULLICINO, GEORGE)
L-Onor Membru jista faċilment jaċċedi għall-informazzjoni li hi pubblika.
Jista' l-Ministru jagħti rendikont dettaljat tal-progress li sar fil-Park tal-Majjistral?
Jista' jinvestiga u jirraporta dwar ilmenti f’sezzjonijiet tal-istampa li ċerti rappreżentanti tal-għaqdiet mhux governamentali ġieli qed jiġu ffaċċjati minn deċiżjonijiet amministrattivi meħudin miċ-Chairperson f’mod arbitrarju?
X’passi konkreti ttieħdu biex jiġi implimentat il-pjan biex fil-park nazzjonali ma jidħlux vetturi bla ebda kontroll? X’passi qed jittieħdu biex is-sit ma jibqax jintuża għar-rimi tal-iskart u jkollu jitnaddaf regolarment?
Kemm qed jkollhom say effettiv r-rappreżentanti tal-għaqdiet ambjentali fl-immaniġjar tas-sit?
X’inhi il-pożizzjoni attwali tal-kaċċa f’dan is-sit? Ġiet solvuta u jekk iva, kif?
Jista' l-Ministru jgħid jekk qattx saru xi studji indipendenti u professjonali biex jiġi żgurat jekk l-inċineratur tal-Marsa ħoloqx health hazards għan-nies tal-madwar inkluz l-impjegati? Qatt waslu xi rapport lil WasteServ dwar l-effetti li l-fumes jista' jkollhom fuq in-nies msemmija? Jekk iva, x’passi ttieħdu u f’liema stadju ddaħħal il-Ministeru għall-Politika Soċjali?
Jista' l-Ministru jgħid jekk jinżammux records ta' fejn jinsabu ċ-ċangaturi taż-żonqor li jinqalgħu minn żmien għal żmien sabiex isiru xogħlijiet, fosthom fil-Kottonera b'mod partikolari Bormla fejn inbidlu ħafna toroq minn żonqor għal tarmak?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li minn verifiki li saru jirriżulta li xi erba’ snin ilu kien sar xi xogħol mill-ADT fi Triq ix-Xatt ta’ Bormla fejn inqalgħu xi kurduni tal-lava u pavimentar tal-qawwi. Dawn ġew depożitati f’parti minn Forti Sant’Iermu, li tieħu ħsiebħa l-Valletta Rehabilitation Project.
Jista’ l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 13888 u jagħti breakdown tal-ispiża li saret fil-proġett ta’ Pjazza San Ġorġ inkluż il-ħlas li sar lil kull kuntrattur? Kemm kienet in-nefqa għall-attivitajiet promozzjonali li saru fil-ftuħ ta’ dan il-proġett?
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' bdiewa/raħħala li talbu li jkollhom għajnuna mingħand il-Gvern matul l-2009 u li l-applikazzjoni tagħhom għadha pendenti?
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' bdiewa/raħħala li applikaw biex jieħdu għajnuna minn skemi tal-Unjoni Ewropea matul l-2009? Kemm minnhom ma setgħux jingħataw din l-għajnuna minħabba proċeduri pendenti quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? X'passi jistgħu jieħdu dawn l-applikanti li għad ma kellhomx l-applikazzjoni tagħhom approvata?
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' skart ġenerat f'kull lokal fis-sena 2008 u f'2009 sal-lum? Kemm minnu kien skart separat? Jista' jgħid kemm hu n-numru tal-popolazzjoni f'kull lokalità, kemm hemm households u kemm hemm stabbilimenti kummerċjali?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija nitlob l-Onor Membru jagħmilha lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jippublika r-rapport tal-inkjesta interna li niedejt dwar il-ħruġ tad-demm qrib il-biċċerija tal-Marsa? Billi l-Ministru qal li apparti minn nuqqasijiet min-naħa tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma kien hemm wkoll nuqqasijiet interni operazzjonali li dwarhom kellu jieħu passi, jista' l-Ministru jelenka x’kienu dawn in-nuqqasijiet u x’passi ittieħdu? Billi id-demm li jinħareġ mill-biċċerija suppost jinħaraq mill-inċineratur innifsu, għaliex dan spiċċa xorta waħda fit-triq kif irriżulta li ġara?