Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kunsill Lokali Marsaskala — Ilmenti/suġġerimenti mir-residenti

Question

Jista’ l-Ministru jindika n-numru ta’ ilmenti u suġġerimenti li rċieva l-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala matul is-sena l-oħra? Fiex kienu jikkonsistu dawn l-ilmenti u/jew suġġerimenti?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala jirċievi diversi tipi ta’ lmenti imma dawn li se nsemmi huma fost l-aktar komuni: Natura tal-Ilment Ammont approssimattiv ta’ Lmenti fil-Ġimgħa. Skart u Ħmieġ Medja ta’ 16il ilment fil-ġimgħa Bulky-Refuse Medja ta’ 16 li ġieli jitilgħu sa 20 ilment f’ġimgħa. (dan minħabba li in-nies għandhom tendenza li joħorġu iżjed skart milli jkunu ddikjaraw fuq it-telefon, b’konsegwenza illi l-kuntrattur ma jiġborx l-iskart li ma jkollux fil-lista) Qtugħ ta’ Ħaxix Madwar 7 ilmenti fil-ġimgħa Reserved Parking Bays (mhux kwantifikabbli) Infurmat wkoll li issa li ġej is-sajf ta’ min isemmi li il-Kunsill jirċievi bosta ilmenti ta’ natura staġjonali fuq fost oħrajn: żoni tal-għawm, knis ta’ bajjiet u turġien li jagħtu għall-bajjiet u kif ukoll is-slielem tal-baħar.

San Pawl il-Baħar – stallazzjoni ta’ bus shelters

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 257, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar fejn hu mistenni li jiġu installati l-bus shelters f’San Pawl il-Baħar hekk kif ġie mistoqsi fl-istess mistoqsija li skont l-istess risposta hemm sitt DNO’s għalihom? Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar meta hu mistenni li jiġu installati l-bus shelters li qiegħda ssir referenza għalihom fit-tweġiba għall-mistoqsija numru 257 hekk kif ġie mistoqsi fl-istess mistoqsija?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba tinsab miġbura fit-tabella segwenti. Dwar meta dawn il-Bus Shelters ser jiġu istallati, il-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar jinforma li ricentament bdew isiru t-taħdiet mal-kumpaniji kkoncernati sabiex jigu installati. Ninsab infurmat wkoll li l-Kunsill Lokali mhux f’pozizzjoni li jagħti d-dati tal-installazzjoni u dan in vista tal-fatt li t-twaħħil ta’ bus shelter jinvolvi diversi entitajiet u għaldaqstant mhux fil-kontroll assolut tal-Kunsill. Referenza ta' DNO Referenza tal - Bus Stop / Isem Isem tat-triq Lokalita' DN538/22 Ben No 0949 / Ben Triq it-Trunċiera San Pawl il-Baħar DN543/22 Gzejjer Nos 6351 / 0948 / Gzejjer Dawret il-G¿ejjer San Pawl il-Baħar DN541/22 Pijunieri Nos 6286 / 0942 / Pijunieri Triq il-Korp tal-Pijunieri San Pawl il-Baħar DN547/22 Arznell Nos 6282 / 0950 / Arznell Dawret il-Qawra San Pawl il-Baħar DN539/22 Ben No 6283 / Ben Triq it-Trunċiera San Pawl il-Baħar DN542/22 Moll No 6193 / Moll Dawret il-Qawra San Pawl il-Baħar

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Segretarjati

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa tas-Segretarjat tal-Ministru u tas-Segretarju Parlamentari li jaqa’ taħtu? Kemm hemm ħaddiema (total) fis-Segretarjat? Jista’ jippreżenta l-organigram bl-istruttura tal-istess Segretarjati? Jista’ jindika kemm minn dawn il-ħaddiema huma: (a) f’positions of trust (b) persons of trust u (ċ) taċ-ċivil?

Response (BONNICI, OWEN)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba li ngħatat lill-mistoqsija parlamentari 184, ninformaha li fis-Segretarjat tal-Ministeru hemm 21 ħaddiema bħala position of trust u 8 bħala persons of trust. Minn dawn 9 jinsabu fis-Segretarjat Parlamentari.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali – konsulenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li ġew impjegati bħala konsulenti mal-Ministeru u/jew Segretarjati sal-14 ta’ Mejju 2022, u kemm dawn jitħallsu?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt biex l-informazzjoni mitluba tinġabar.

Mellieħa – Kunsill Lokali – kamra li tagħmel parti mill-barracks

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif qed tintuża l-kamra (parti mill-barracks) devoluta lill-Kunsill Lokali Mellieħa li tinsab fil-Park tal-Majjistral, liema devoluzzjoni kienet saret qabel l-2013?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li attwalment il-binja qed tintuża proviżorjament bħala maħżen, billi l-Kunsill għandu l-intenzjoni li l-binja tinbidel f’ċentru ta’ interpretazzjoni dwar il-produzzjoni tal-melħ u l-għasel, bħala parti minn pjan ħollistiku mfassal mill-Bord tal-Park tal-Majjistral.

Selmun – Użu ta’ kumpless ta’ irziezet mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif qed jintuża l-kumpless ta’ rziezet f’Selmun mill-Kunsill Lokali Mellieħa u kemm-il darba fil-ġimgħa qed ikun miftuħ għall-pubbliku, liema kumpless kien ġie devolut lill-istess kunsill qabel l-2013?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont kif gejt infurmat, il-kumpless ta’ rziezet f’Selmun kien qiegħed jinfetaħ għall-pubbliku fi tmiem il-ġimgħa minn NGO, iżda tali servizz ġie sospiż temporanjament minħabba nuqqas ta’ riżorsi. Ninsab infurmat ukoll li l-Kunsill qiegħed jaħdem sabiex dan il-kumpless jintuża bħala ċentru ta’ interpretazzjoni relatat mal-heritage trail ta’ Selmun u għalhekk qegħdin isiru l-proċessi relattivi għal dan il-għan. Fil-frattemp, il-Kunsill qed jara li ssir il-manutenzjoni meħtieġa ħalli l-kumpless ikun ndukrat kif inhu xieraq.

Kunsill Lokali Pietà – xogħlijiet infrastrutturali mwettqa

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ xogħlijiet infrastrutturali li wettaq il-Kunsill Lokali Pieta’ fis-snin 2020 u 2021 rispettivament u matul is-sena 2022 sat-30 ta’ April 2022? Jista’ jgħid fejn sar dan ix-xogħol, fiex kien jikkonsisti, kemm sewa u min wettaq dan ix-xogħol?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taht: Xogħlijiet Infrastrutturali li wettaq il-Kunsill Lokali Pietà Sena Fejn sar ix-Xogħol Fiex kien jikkonsisti Kemm sewa Min wettaq dan ix-xogħol 2021 Pjazza Madonna ta’ Fatima Refurbishment ta din il-Pjazza. Inbena wkoll gibjun ghat-tisqija tal-pjanti kif ukoll saret sistema ta’ dawl gdida u street furniture godda Il-kont ghadu qed jigi mahdum minhabba li x-xoghol intemm ricentament Il-fondi ghal dan il-progett gew mid- Development Planning Fund kif ukoll minn Infrastructure Malta

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali – karigi u pożizzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tal-karigi u pożizzjonijiet kollha fi ħdan il-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali inkluż ta' kull entità, dipartiment u awtorità li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tiegħu u li fid-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari fihom hemm impjegati persuni fuq bażi ta’ person of trust jew position of trust, u għal kull kariga/pożizzjoni jgħid kemm-il persuna hemm impjegata fuq din il-bażi fil-kariga u/jew pożizzjoni u x'inhu t-total tal-ispiża tal-pagi, fuq bażi annwali, fil-karigi u/jew pożizzjonijiet rispettivi?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li tlabt biex l-informazzjoni mitluba tinġabar.

Mellieħa – Kunsill Lokali – Infiq ta’ flus f’kamra parti mill-barracks

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa nefaq flus u fiex nefaqhom (b’mod separat) sa mill-2013 sal-lum fil-kamra (parti mill-barracks) devoluta lilu li tinsab fid-daħla tal-Park tal-Majjistral, liema devoluzzjoni kienet saret qabel l-2013?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li attwalment il-binja msemmija ġiet devoluta lill-Bord tal-Park tal-Majjistral permezz ta’ ftehim iffirmat fid-19 ta’ Novembru 2011, bl-obbligu li tenement E26228 jiġi allokat lill-Kunsill Lokali bħala on-side reference point u uffiċċju. L-ispejjeż li saru fuqha sal-lum saru fl-2016 u kienu jammontaw għal €1,308. Dawn kienu jinvolvu l-aperturi sabiex il-binja tkun sikura mill-vandaliżu u okkupazzjoni illegali.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — konsulenzi

Question

Jista’ l-Ministru u/jew Segretarju Parlamentari jagħti rendikont tal-ammont ta’ konsulenzi li tħallsu mill-Ministeru bejn l-2017 u l-2022? Lil min ingħataw u f’liema ammonti ngħataw? Jista’ jgħid min huma l-konsulenti u b’liema proċess ġew maħtura konsulenti? Jista’ jgħid ukoll x’tip ta’ servizz taw u x’tip ta’ kuntratti kienu?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li tlabt biex l-informazzjoni mitluba tinġabar.

Gudja – Bye-law dwar parkeġġ residenzjali

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 156, peress li artikolu 35 (3) u 35 (5) tal-Att Dwar Kunsilli Lokali Kap. 363, jagħmilha ċara ħafna u mingħajr lok ta' interpretazzjoni li l-Ministru huwa l-unika wieħed li jista' jipproponi emendi għal bye-law approvata mill-Kunsill jew joġġezzjona għaliha u li l-Ministru għandu biss tmien ġimgħat ċans biex jagħmel dan, u li allura d-Diviżjoni m'għandha l-ebda funzjoni li tipproċessa u temenda bye-law approvata mill-Kunsill, jista' l-Ministru jispjega kif aktar minn ħames xhur wara li dawn waslu għand id-Direttur tal-Kunsill Lokali, il-Kunsill Lokali għadu bla risposta? Jista' jgħid min qed jikser artikolu 35 tal-Att Dwar Kunsilli Lokali, jekk hux hu jew id-Diviżjoni?

Response (BONNICI, OWEN)

Filwqt illi hu minnu li l-emendi għal proposta ta’ bye-laws isiru mill-Ministru skont l-imsemmija dispożizzjoni tal-Att dwar Gvern Lokali, l-ivvettjar ta’ proposta tal-bye-laws fejn jirrigwardja abbozzar, dokumentazzjoni meħtieġa u jekk hemmx leġiżlazzjoni nazzjonali li tirregola l-materja li dwarha tkun qed issir il-proposta ta’ bye-law, isir mid-Diviżjoni għall-Gvern Lokali. Dan il-proċess isir sabiex meta tgħaddi l-imsemmija proposta għand il-Ministru ghall-konsiderazzjoni tiegħu dwar jekk għandux japprova o meno il-proposta tal-bye-laws, il-Ministru ikollu l-istampa kollha quddiemu. F'ċirkostanzi fejn il-proposta tal-bye-law ma tkunx kompluta bid-dokumentazzjoni meħtieġa, tali proposta tintbagħat lura lill-Kunsill sabiex dawn jerġgħu jissottomettu l-proposta bid-dokumentazzjoni kollha meħtieġa. Huwa biss fl-istadju meta l-proposta tal-bye law tintbghat lura kompluta bid-dokumentazzjoni kollha mehtiega illi tali bye-law tiġi proċessata skont kif tesiġi l-liġi. Fil-każ tal-proposta ta’ Bye-Laws ippreżentata mill-Kunsill Lokali tal-Gudja, dawn ġew mibgħuta lid-Direttur nhar it-28 ta’ April 2022. Fit-2 ta’ Mejju 2022, il-Legal Unit tad-Diviżjoni infurmat lill-Kunsill li sabiex id-Diviżjoni tkun tista’ tipproċessa l-imsemmija Bye Laws jeħtieġ li jintbgħatu wkoll kopja tal-minuti tal-laqgħa li fiha ġew diskussi u approvati dawn il-bye-laws u ċ-checklist li bħalissa qed tintalab lill-Kunsilli Lokali sabiex ikunu jistgħu jiġu proċessati u ppublikati bye-laws. FL-10 ta’ Mejju 2022 il-Kunsill Lokali tal-Gudja reġa’ bagħat kopja tal-Bye laws bil-Malti u bl-Ingliż, flimkien ma` Checklist u kopja tal-Minuti. Fid-dawl tal-ispjega t’hawn fuq, mhuwiex minnu dak li qed jissuġġerixxi l-Onorevoli interpellant u m’hemm l-ebda ksur tad-dispożizzjoni tal-Artikolu msemmi mill-Onor. Interpellant stante li l-Ministru għadu fiż-żmien li jezercita d-dmirijiet tieghu skont l-artikolu ċitat mill-istess Onor. Interpellant u ghalhekk tigi eccepita l-intempestivita tad-domanda tal-Onor. Interpellant.

Żona tal-imbordin – triq bejn san pawl il-baħar u l-mellieħa – stallazzjoni ta’ dawl

Question

Jista’ l-Ministru jassigura li t-triq bejn San Pawl il-Baħar u l-Mellieħa fiż-żona Ta’ l-Imbordin ikollha iktar dawl installat? Meta jista’ jitwettaq dan ix-xogħol?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li minħabba regolamenti ambjentali u spiża pjuttost kbira, il-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar mhuwiex fil-pożizzjoni li jsaħħaħ id-distribuzzjoni tad-dawl fi Triq Limbordin, fil-parti li taqa’ taħt ir-risponsabilità tiegħu. Minkejja dan, tlesta xogħol biex tliet bozoz imwaħħla fl-inħawi jingħataw il-kurrent bi spiża ta’ mhux inqas minn €5,333.60. Min-naħa tiegħu, il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa attwalment m’għandux pjani li jintroduċi dwal ġodda fit-triq tal-Miżieb fil-parti li taqa’ fil-konfini tiegħu. L-introduzzjoni ta’ skemi ġodda ta’ dwal f’żoni ’l barra mill-konfini tal-iżvilupp (ODZ) tirrikjedi permess mill-Awtorità tal-Ippjanar.

Kunsill Lokali Ħamrun – xogħlijiet infrastrutturali mwettqa

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ xogħlijiet infrastrutturali li wettaq il-Kunsill Lokali tal-Ħamrun fis-snin 2020 u 2021 rispettivament u matul is-sena 2022 sat-30 ta’ April 2022? Jista’ jgħid fejn sar dan ix-xogħol, fiex kien jikkonsisti, kemm sewa u min wettaq dan ix-xogħol?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt biex l-informazzjoni mitluba tinġabar.

Kunsill Lokali Beltt Valletta – xogħlijiet infrastrutturali mwettqa

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ xogħlijiet infrastrutturali li wettaq il-Kunsill Lokali tal-Belt fis-snin 2020 u 2021 rispettivament u matul is-sena 2022 sat-30 ta’ April 2022? Jista’ jgħid fejn sar dan ix-xogħol, fiex kien jikkonsisti, kemm sewa u min wettaq dan ix-xogħol?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dettalji mitluba jinsabu hawn taht: Xogħlijiet Infrastrutturali li wettaq il-Kunsill Lokali Belt Valletta Sena Fejn sar ix-Xogħol Fiex kien jikkonsisti Kemm sewa Min wettaq dan ix-xogħol 2021 Parti minn Triq l-Ifran, Parti minn Triq il-Merkanti Bdil ta' Bankini €260,000.00 Premier Ltd Planning Development 2020 Triq Sant'Orsla Soup Kitchen Fire and Safety €13,755.84 Alberta Soup Kitchen: Heating, Ventilation & Air Conditioning €55,734.39 Engenuity Ltd Soup Kitchen: Mechanical & Electrical Works €64,313.00 Engenuity Ltd Soup Kitchen: Restoration €86,317.52 Hirise Ltd €220,120.75 Total Planning Development 2021 Hasting Car Park Xiri u Installazjoni ta Parking Sensors €48,247.84 CVA Technology Ltd Tabelli u Sinjali fil-Parkegg €23,057.29 B. Grima & Sons Ltd Clearance ta' Karozzi €559.15 Police €71,864.28 Total EU Funds

Kunsill Lokali Floriana – xogħlijiet infrastrutturali mwettqa

Question

Jista’ l-Ministru jpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ xogħlijiet infrastrutturali li wettaq il-Kunsill Lokali Floriana fis-snin 2020 u 2021 rispettivament u matul is-sena 2022 sat-30 ta’ April 2022? Jista’ jgħid fejn sar dan ix-xogħol, fiex kien jikkonsisti, kemm sewa u min wettaq dan ix-xogħol?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taht: Xogħlijiet Infrastrutturali li wettaq il-Kunsill Lokali Floriana Sena Fejn sar ix-Xogħol Fiex kien jikkonsisti Kemm sewa Min wettaq dan ix-xogħol 2020 Tri il-Mall Resurfacing u Servizzi tal-ilma ġodda €88,464.89 Road Servicing Ltd 2020-2021 Ġnien Re Ġorġ V Pavimentar, playing field and putdoor gym, drainage works for public convenience, underground laying of cables, concrete lamp post bases, irrigation system. €382,459.36 Road Servicing Ltd, Paul Borg, Med Developers, Road Maintenance Services Ltd, Camilleri & Cuschieri, Anthony Attard, Tony Aquilina Ltd, Fire & Theft, Nexos Lighting, FM Core, Big Expo, Christopher Ellul, MCCAA. 2021 Triq San Franġisk Bankina €654.45 ħaddiema tar-Reġjun 2022 Ġnien re Ġorġ V Tiswija ta' ċint €424.00 ħaddiema tar-Reġjun

Kunsill Lokali Marsa – xogħlijiet infrastrutturali mwettqa

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ xogħlijiet infrastrutturali li wettaq il-Kunsill Lokali Marsa fis-snin 2020 u 2021 rispettivament u matul is-sena 2022 sat-30 ta’ April 2022? Jista’ jgħid fejn sar dan ix-xogħol, fiex kien jikkonsisti, kemm sewa u min wettaq dan ix-xogħol?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella t’hawn taħt: Xogħlijiet Infrastrutturali li wettaq il-Kunsill Lokali Marsa Sena Fejn sar ix-Xogħol Fiex kien jikkonsisti Kemm sewa Min wettaq dan ix-xogħol 2021/2022 Gnien Belveder Refurbishment totali tal-Ġnien €381,686 Ambjent Malta; Planning Development funds; Architworks 2020 Triq Nerik Sacco Refurbishment tal-bankini €7,034 Karmig Ltd 2021 Triq Nerik Sacco Refurbishment tal-bankini €7,493 Karmig Ltd 2021 Marsa Road Refurbishment tal-bankini €11,617 Karmig Ltd