Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #4191 Sitting 62 2008-11-26 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Isptar Mater Dei — Tiswija u Manutenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'affarijiet bħal tiswija, manutenzjoni u xiri ta' apparat ġdid minn mindu nfetaħ l-Isptar Mater Dei?

Response (DALLI, JOHN)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 11 PQ #4211 Sitting 62 2008-11-26 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ħrieqi li qed jingħataw lill-anzjani

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4022 u jara li l-kwalità tal-ħrieqi li qed jingħataw l-anzjani huma ta' kwalità inferjuri, saħansitra lanqas jinxtraw mill-konsumatur? Jista' jara li jittieħdu l-passi neċessarji biex dawn il-ħrieqi jkunu ta' kwalità tajba?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li l-kwalita' tal-ħrieqi li qed jingħataw lill-anzjani hija skond il-kriterji mitluba u kif stabilliti fit-Technical Specifications tal-kuntrattur kurrenti maħruġ mid-Dipartiment tal-Kuntratti. Informat ukoll li kull meta jkun hemm ilmenti dwar il-ħrieqi, dawn jiġu immedjatament mgħoddija lill-Kuntrattur biex jieħu l-miżuri meħtieġa skond il-każ.
Leg 11 PQ #4241 Sitting 62 2008-11-26 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ċimiterju tal-addolorata — aċċess għall-persuni anzjani jew b'diżabilità

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4010 u jinvestiga ilmenti ta' persuni anzjani/b'diżabilità li jixtiequ li jkollhom aċċess biex ikunu jistgħu jżuru l-oqbra li hemm f'section KA-M taċ-ċimiterju tal-Addolorata imma minħabba li t-taraġ huwa tal-franka jagħmel dan diffiċli?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li diversi inħawi taċ-Ċimiterju ta’ l-Addolorata m’humiex aċċessibli għal persuni anzjani/b'diżabilità. Dan minħabba li fil pjan oriġinali ta’ kostruzzjoni, tali kriterji ma kienux jiġu kkonsidrati. Għaldaqstant is-suġġeriment tal-Onorevoli inyterpellant qiegħed jiġi mgħoddi lil Building and Engineering Department, Works Department Ministry for Resources and Infrastructure għal konsiderazzjoni.
Leg 11 PQ #4268 Sitting 62 2008-11-26 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Requisition orders urġenti

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'inhu, u fejn huma, maqsuma raħal b'raħal, ir-requisition orders li għadhom urġenti bħalissa? F'liema nħawi kienu ir-requisition orders li tneħħew matul l-aħħar sena?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #4277 Sitting 62 2008-11-26 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Mediċina — Interfereon

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamnetari 3663 u jindika meta ġejja l-mediċina Interfereon għaliex ninsab infurmat li allegatament pazjenti li jbatu bil-multiple sclerosis ilhom 15-il jum mingħajrha b’periklu kbir għal saħħithom tant li jistgħu saħansitra jispiċċaw paralizzati?

Response (DALLI, JOHN)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Kuntratturi li joffru servizz lil gvern

Question

Jista' l-Ministru jipprovdi l-informazzjoni ta' kemm hawn kuntratturi li qed joffru s-servizzi tagħhom lill-Gvern? Min huma? Fejn qed joffru dawn is-servizzi? Kemm hemm ħaddiema li jaħdmu mal-kuntrattur imma qed joffru s-servizz tagħhom lill-Gvern? Dawn il-ħaddiema jaħdmu fuq bażi full-time jew part-time? Dawn il-ħaddiema għandhom l-istess kundizzjonijiet ta' xogħol jekk ikunu qed jagħmlu l-istess xogħol?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

ħlas tal-ħaddiema mill-Kuntratturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm jħallas il-Gvern lil kull kuntrattur li jiprovdi is-servizzi, ta' kull ħaddiem li jħaddem miegħu f'kull livell li jimpjega? Kemm dawk tad-tindif, sigurtà u kull tip ta' servizz ieħor li l-Gvern jixtri minn għand il-kuntrattur?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Ministeru għall-Politika Soċjali — refurbishment

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx xi xogħol ta' refurbishment fil-ministeru, (private secretariat) minn April 2008 sal-lum? Jekk fl-affermattiv, kemm kien il-valur tax-xogħlijiet?

Response (DALLI, JOHN)

Ix-xogħlijiet ta’ refurbishment fil-Ministeru, (Private Secretariat) sar mill-impjegati ta’ l-istess Ministeru. In-nefqa minn April 2008 sal-lum tammonta għal € 24,255.91 biex inxtrat għamara ġdida.
Leg 11 PQ #4166 Sitting 61 2008-11-25 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Kummissjoni dwar il-Vjolenza Domestika

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra ż-żewġ rapporti annwali tal-Kummissjoni dwar il-Vjolenza Domestika? Jista' jgħid kemm-il Ministeru wettaq mir-rakkmandazzjonijiet li sarulu f'dawn ir-rapporti biex inaqqsu l-vjolenza domestika f'pajjiżna?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #4167 Sitting 61 2008-11-25 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Reati kriminali fuq l-anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru reati kriminali fuq l-anzjani matul l-aħħar tliet snin? Kemm inqabdu kriminali li abbużaw minn dawn l-anzjani? X'kienu s-sentenzi mogħtija mill-Qorti minħabba dawn ir-reati gravi?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel it-Tweġiba lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #4168 Sitting 61 2008-11-25 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Agenzija Sapport — rapport annwali/audited accounts

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja dettaljata tar-rapport annwali kif ukoll l-audited accounts tal-Aġenzija Sapport għas-sena 2007?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #4171 Sitting 61 2008-11-25 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Każ ta' Nurse

Question

B'referenza għall-każ ta' persuna li dettalji dwarha qed jingħataw separatament (a), li kiseb id-degree fin-nursing fis-sajf tas-sena 2003, baqa' jaħdem mad-Dipartiment tas-Saħħa, minn dak iż-żmien sa Jannar 2006 ħadem fid-dipartiment tal-emerġenza, talab għall-emigration leave u kiseb awtorizzazzjoni għal sitt xhur. Lejn tmien is-sitt xhur applika għal estensjoni ta' unpaidstudy leave billi kien għadu qed jagħmel xi studji. It-talba tiegħu kienet ġiet rifjutata, b'hekk f'Lulju 2007 ikkunsidrawh li rreżenja. F'Jannar 2008 il-MUMN kienu għarrfu lill-membri tagħhom li kien intlaħaq ftehim mal-OPM li nurses li rriżenjaw kienu ser jiġu appuntati lura b'salary scale li kellhom qabel irreżenjaw. F'dan il-każ scale9. Fid-dawl ta' dan l-iżvilupp il-persuna indikata ġiet lura Malta. Il-persuna li dettalji dwarha qed jinagħtaw separatament (b), kien ikkonfermalu li seta' jkompli jaħdem mill-ġdid bi salary scale li kellu qabel ir-reżenja. Meta beda xogħlu fit-3/3/08, sab li ngħata xogħol ta' casual nurse bi scale 12. It-tweġiba li ngħata mingħand il-persuna li dettalji dwaraha qed jintbagħtu separatament (ċ) kienet li n-nurses impjegati mal-Gvern mill-ġdid, jitpoġġew fuq casual basis - scale 12 - sakemm jiġu proċessati l-karti u l-paperwork kollu. Għalkemm huwa ffirma bl-understanding li wara ftit jiem kien ser jitpoġġa mill-ġdid fuq scale 9 u ankè jieħu d-differenza fil-paga back dated kif wegħditu il-human resources manager, sal-lum għadu ma sema' xejn ġdid. Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3657 u jinvestiga dan il-każ?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li f'dan il-każ, il-persuna (a) peress li ma kienetx għadha ġiet appuntata uffiċjal pubbliku u l-impjieg tagħha kien fuq bazi ta' Temporary Suspensive Condition (Casual basis), meta daħlet lura tpoġġiet fil-minimu ta' Skala 12. Din hija proċedura normali u irrispettivament jekk wieħed għandux Diploma jew Degree. Persuna li l-impjieg tagħha għadu fuq bażi ta' Temporary Suspensive Condition ma tkunx intitolata għal bridging . Pero’, ladarba l-impjegat konċernat jiġi appuntat fil-grad ta' Staff Nurse, ikun jista' jitpoġġa fuq l-iskala tas-salarju li kellu qabel bħalma hu deskritt f' paragrafu 2 tal-Ftehim Kollettiv iffirmat bejn il-gvern u l-MUMN fil-25 t'Ottubru 2007. Qatt ma saru wegħdiet personali lill-impjegat imsemmi li ser isir xi pagament back dated . L-ispjegazzjonijiet li ngħataw mill-H uman R esources manager (ċ) lill-impjegat konċernat kienu li l-pagament fi Skala 9 isir mid-data tal-ħatra fil-grad ta' Staff Nurse.
Leg 11 PQ #4185 Sitting 61 2008-11-25 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Isptar San Luqa — Spiża Totali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża totali biex jitmexxa l-Isptar San Luqa fl-aħħar sena qabel għalaq?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #4187 Sitting 61 2008-11-25 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sptar Mater Dei — Spiża totali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża totali li ntefqet fl-Isptar Mater Dei minn Jannar sa Ottubru 2008 xahar b'xahar?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #4188 Sitting 61 2008-11-25 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sptarijiet ta' Malta — inpatient

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm jiswa inpatient fl-Isptar Mater Dei, fl-Isptar ta' Għawdex, f'San Vinċenz de Paule, fl-Isptar Sir Paul Boffa u f'Zammit Clapp kuljum?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #4189 Sitting 61 2008-11-25 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sptar San Luqa — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' impjegati fl-Isptar San Luqa fl-aħħar sena li kien miftuħ? Kif kienu mqassma skond l-iskali ta' estacode? Kemm kienu fl-Isptar Mater Dei fl-aħħar 12-il xahar (Ottubru 2007 - Ottubru 2008)?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #4190 Sitting 61 2008-11-25 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sptar Mater Dei u San Luqa — Numru ta' sodod

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' sodod f'kull dipartiment fl-Isptar Mater Dei? Kemm kien in-numru ta' sodod fl-istess dipartimenti fl-Isptar San Luqa?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #4238 Sitting 61 2008-11-25 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Politika Soċjali

San Vinċenza de Paule — Child care centre għall-istaff

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4042 u 3331 u jgħid fiex wasal ix-xogħol biex jitwaqqaf child care centre għall-istaff li jaħdmu fl-Isptar San Vinċenz de Paule?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li t-tender għax-xogħol biex jiġi mwaqqaf Child Care Centre f'San Vinċenz de Paule qiegħed fl-istadju ta' aġġudikazzjoni. Huwa mistenni li l-Letter of Acceptance toħroġ dalwaqt. Kien hemm xi dewmien f'dan il-proċess minħabba li kienu jinħtieġu kjarifiki fuq it-tenders mitfugħa.
Leg 11 PQ #4254 Sitting 61 2008-11-25 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Training Grants Scheme

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kumpanniji li joperaw fis-settur industrijali f’Għawdex gawdew mit-Training Grants Scheme kull sena mill-1999 ‘l hawn u kemm tħallsu fondi fuq kull skema kull sena? Jista’ jagħti l-istess informazzjoni dwar kumpanniji li joperaw f’Malta?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.