Legislature:
Category:
Reset
Active:

numru ta' vetturi reġistrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien in-numru ta' vetturi reġistrati matul is-sena 1990 (maqsumin f'kategoriji) u x'kien in-numru fl-aħħar tas-sena 2010?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ vetturi reġistrati matul is-sena 1990 maqsumin f’kategoriji u n-numru ta’ vetturi reġistrati fl-aħħar tas-sena 2010 huma ta’: Kategorija Numru ta’vetturi reġistrati matul is-sena 1990 Numru ta’ vetturi reġistrati fl-aħħar tas-sena 2010 Agricultural Tractors 50 2325 Ambulance 5 91 M1 – passenger vehicles 10205 344274 M2 – passenger vehicles (more than 8 seats) 37 1071 M3 – passenger vehicles (more than 8 seats) 7 970 N1; N2; N3 commercial vehicles 2478 73328 Motorcycles 288 30133 Total: 13,070 452,192

Ġnien Irmik — Xagħra Għawdex - ilmenti fuq toroq fl-inħawi

Question

Peress li r-residenti fl-inħawi ta' Ġnien Imrik qed jilmentaw minħabba dewmien fix-xogħlijiet f'din it-triq, jista' l-Ministru jara li dan l-inkonvenjent jiġi ndirizzat?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Heavy vehicles, karozzi ġodda reġistrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' karozzi, heavy vehicleseċċ., ġodda li ġew reġistrati f'Malta u Għawdex matul l-ewwl tliet xhur tas-sena 2011? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għall-aħħar tliet snin sena b'sena?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Heavy vehicles u karozzi second hand reġistrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' karozzi, heavy vehicalseċċ., second hand li ġew reġistrati f'Malta u Għawdex matul l-ewwl tliet xhur tas-sena 2011? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għall-aħħar tliet snin sena b'sena?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Xatt ta' Bormla — xogħlijiet - tħawwil ta' siġar

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' siġar se jitħawwlu fit-toroq tax-Xatt ta' Bormla fix-xogħlijiet li qed isiru bħalissa? Min ħa t-tender sabiex jipprovdi dawn is-siġar u l-pjanti?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-ħsieb huwa li s-siġar li se jitħawlu fit-toroq tax-Xatt ta’ Bormla jkunu tat-tip “Tipuana Tipo” u “Brachychitom”. Il-Marinelli Costruzioni Spa, li huma l-kuntratturi, se jissupplixxu dawn is-siġar bħala parti mill-kuntratt ewlieni għax-xogħlijiet fiż-żona tal-Baċir numru wieħed..

Ħal Qormi — Triq l-Imdina - sinjali tat-traffiku

Question

Jista' l-Ministru jara li Transport Malta tieħu ħsieb tiżboħ mill-ġdid is-sinjali tat-traffiku fi Triq l-Imdina Ħal Qormi, partikolarment fl-inħawi tal-indirizz li qed jintbagħat separatament minħabba li l-vetturi qed jimblukkaw xi garaxxijiet tar-residenti li hemm fl-inħawi, meta suppost diġà hemm il-linji sofor?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejt dan il-każ lil Transport Malta biex tinvestiga.

Talbiet għall-Pelican Lights

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent kemm hemm talbiet biex isiru pelican lights? Fejn huma mitluba li jridu jsiru? Meta saret it-talba? Min għamel it-talba? Meta mistennija jsiru?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li n-numru ta' talbiet pendenti għall-pelican crossings huwa ta' tnejn u għoxrin (22), li d-dettalji dwarhom qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Dawn it-talbiet qegħdin jiġu analizzati skond il-policies applikabbli, sabiex jitressqu għall-kunsiderazzjoni tal-Bord għall-Immaniġġjar tat-Traffiku. Dawk it-talbiet li jiġu approvati, jgħaddu għand l-uffiċjali responsabbli sabiex isir ix-xogħol meħtieġ.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — vakanzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'vakanzi hemm fid-Dipartimenti, uffiċini kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru u x'sejħiet jew applikazzjonijiet huma maħsuba li joħorġu fix-xahrejn li ġejjin?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

berths proġettati sa tliet snin oħra

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu proġettat li għandu jkun hemm berths disponibbli sa tliet snin oħra u kemm minnhom huma għal super yachts?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li sa tliet snin oħra hu pproġettat li jkun hawn madwar 2,540 berth għal yachts u minn dawn madwar 95 għandhom ikunu għal super yachts. Dan ifisser żieda ta' l-fuq minn 800 yacht berth fuq dawk eżistenti illum. Dawn il-berths jkopru kemm berths permanenti kif ukoll dawk fuq bażi temporanja. L-iżvilupp tal-berths il-ġodda huwa suġġett għall-approvazzjoni tal-permessi relattivi MEPA, sejħa għall-offerti għall-bini tal-marinas u ż-żmien li l-operaturi privati jkun jeħtiġilhom biex jiżviluppaw il-marinas.

yacht marinas proġettati sa tliet snin oħra

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu proġettat li għandu jkun hawn yacht marinas sa tliet snin oħra u jagħti d-dettalji?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li fil-preżent hawn 7 yacht marina. Fi żmien tliet snin oħra għandhom jiżdiedu 2 yacht marinas oħra f'Sa Maison u l-area ta’ Dock 1.

Garaxxijiet tal-Arriva

Question

B'referenza għas-servizz tal-aħbarijiet fuq ix-Xandir tal-Istat ta' nhar it-Tlieta 26 ta’ April 2011 li kien jitratta l-wasla tal-karozzi li se jintużaw għat-trasport pubbliku mill-kumpanija Arriva, fejn intqal li ‘se jkun hemm żewġ garaxxijiet, f’Ħaż-Żebbuġ u x-Xewkija, għat-tiswijiet.’, jista' l-Ministru jidentifika b’mod speċifiku dawn il-garaxxijiet fejn se jkunu u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra site plans li juru l-garaxxijiet inkwistjoni?

Response (GATT, AUSTIN)

Peress illi l-garaxxijiet li se jintużaw mhumiex propjeta tal-Gvern, m'inhix f'pożizzjoni li nagħmel dak li talab l-Onorevoli Interpellant.

Reserved Parking

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'Malta kemm-il reserved parking hawn u li huma approvati mill-istess ministeru għal raġuni ta' saħħa jew diżabilità? Jista' jagħti din l-informazzjoni lokalità b’lokalità?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Reserved Parking — awditjar

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk minn żmien għal żmien isirx awditjar tar-reserved parkings approvati fuq bażi ta’ saħħa jew diżabilità sabiex terġa' tiġi verifikata n-neċessità tar-reserved parking? Jekk fl-affermattiv, jista jgħid meta l-aħħar li sar dan l-awditjar u jispjega x’jiġri meta jiġi stabbilit li reserved parking partikolari m'għadux ġustifikat?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Bini tal-Parlamentari il-ġdid

Question

Jista' l-Minsitru jikkonferma jekk il-ġebel tal-qawwi li se jintuża għall-bini tal-parlament il-ġdid hux qed jinqata' minn barriera fil-Qala? Jekk fl-affermattiv, jista' jingħata l-isem tal-kumpanija jew sid il-barriera?

Response (GATT, AUSTIN)

Nikkonferma li l-ġebel tal-qawwi li se jintuża għal bini tal-Parlament il-Ġdid ser jinqata' minn barriera fil-Qala li s-sid tagħha hija l-kumpanija roads construction. Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 24140 dwar kif saret din l-għażla.

MITA — ftehim fuq sistema ġdida

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19442, jista' l-Ministru jgħid jekk id-diskussjonijiet bejn il-Malta Information Technology Agency u l-kuntrattur imsemmi f’din it-tweġiba dwar is-sistema l-ġdida li ssemmiet fl-istess tweġiba ġewx fi tmiemhom u fiex tikkonsisti s-sistema ġdida msemmija fit-tweġiba?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li d-diskussjonijiet inkwistjoni fil-fatt tlestew. Is-sistema ġdida tikkonsisti f'numru ta' komponenti li jinkludu sistema għall-reġistrazzjoni taċ-ċittadini, sistema għall-ħruġ taċ-ċertifikati diġitali (li tissejjaħ Public Key Infrastructure) u sistema għall-produzzjoni u l-personalizazzjoni tal-karti tal-identità.

Karti tal-identità elettroniċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex għall-mistoqsija parlamentari 10658 kien wieġeb li l-karti tal-identità elettroniċi kienu se jinħarġu sa nofs l-2010, iżda dan baqa' ma seħħx?

Response (GATT, AUSTIN)

Għal darb’ oħra nerġa nispjega li l-Ministeru tiegħi hu responsabbli għall-iżvilupp tal-proċess elettroniku ġdid li jintuża biex, fost oħrajn, jinħarġu eID's u mhux għal-ħruġ tal-Karti tal-Identità nniffsu. Id-dewmien kien kaġunat mill-bżonn li jiġu kalibrati l-pass ta' żvilupp ma riżorsi disponnibli. Nikkonferma li l-Ministeru tiegħi applika għall-fondi għal ko-finanzjament taħt il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali sabiex tkun żviluppata s-sistema l-ġdida għall-Karti tal-identita` il-ġodda. Din l-applikazzjoni ġiet aċċettata sena wara li ġiet ippreżentata. Wara li issa ġew approvati l-finanzjamenti mill-Unjoni Ewropea, beda l-iżvilupp tas-sistema elettronika mid- De La Rue li kien ħa l-kuntratt tan-NIDMS