Legislature:
Category:
Reset
Active:

Skejjel sekondarji tal-Knisja — Studenti li għandhom 'non-verbal disorder', 'ADHD', 'Awtiżmu' u 'Down Syndrome'

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li għandhom 'non-verbal disorder', 'ADHD', 'Awtiżmu' u 'Down Syndrome' fl-iskejjel sekondarji tal-Knisja rispettivament?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 14614.

Skejjel sekondarji tal-privat — Studenti li għandhom 'non-verbal disorder', 'ADHD', 'Awtiżmu' u 'Down Syndrome'

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li għandhom 'non-verbal disorder', 'ADHD', 'Awtiżmu' u 'Down Syndrome' fl-iskejjel sekondarji tal-privat rispettivament?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 14615.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Deputati tal-Oppożizzjoni

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14115, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra sick leave requests u approvals relatati mal-persuni kollha li ssemmew f’dik l-istess tweġiba għall-perjodu mill-ewwel ġurnata tal-impjieg ta’ dawn il-persuni sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif qed jinġabar.

Studenti neqsin mis-smigħ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti neqsin mis-smigħ li matul din is-sena skolastika qegħdin jattendu f’kull livell ta’ edukazzjoni b’mod separat għal kull livell ta’ edukazzjoni?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt; Home KG Primary Middle School Secondary State 4 0 57 16 25 Church 0 4 18 10 18 Independent 0 0 3 1 1

Studenti neqsin mill-vista

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti neqsin mill-vista li matul din is-sena skolastika qegħdin jattendu f’kull livell ta’ edukazzjoni b’mod separat għal kull livell ta’ edukazzjoni?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt; Home Childcare Centre KG Primary Middle School Secondary State 4 1 8 28 9 17 Church 0 0 1 10 2 4 Independent 0 0 0 5 0 3

Iklin – Skola Maria Reġina – Petizzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk itteħditx xi azzjoni wara l-petizzjoni li għamlu r-residenti tal-Iklin rigward l-inkonvenjent li qed jiġi kkawżat minn loudspeaker li qed jintuża fl-Iskola Maria Reġina, l-Iklin?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li din l-iskola ma tgħamel xejn differenti mill-iskejjel kollha ta’ Malta u Għawdex.

Awtorità għall-Integrità fl-Isport Malti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12980, 13203, 13476, 13638, 13908, 14099, 14208 u 14301 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12731, jista' l-Ministru jgħid x'inhuma s-salarji, inkluż bonuses, allowances u perkaċċi oħra, li għandhom it-tmien impjegati tal-Awtorità għall-Integrità fl-Isport f'Malta msemmija fl-istess tweġiba?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Initial Investment Plan

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-‘Initial Investment Plan’ imsemmi fil-ftehim bejn il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol u l-iskola li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Il-Korsa tal-Marsa – Kundizzjoni tar-ramel

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk jaqbilx mas-sidien taż-żwiemel li r-ramel tal-korsa taż-żwiemel tal-Marsa sal-lum mhux tajjeb biex isiru t-tiġrijiet fil-korsa u li d-dilettanti taż-żwiemel jixirqilhom aħjar? Jista’ jgħid ukoll: a. Meta l-aħħar li nbidel ir-ramel u għaliex ir-ramel għadu sal-lum mhux f’kundizzjoni tajba? b. Meta se jkun inbidel ir-ramel? ċ. Meta se tkun lesta l-korsa biex isiru t-tiġrijiet kif jixraq u mingħajr ma’ jiġu pperikolati ż-żwiemel?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kemm ilha topera l-EquestriMalta, ir-ramel dejjem ingħata/inbidel fil-ħin. Infurmat li l-aħħar li nbidel ir-ramel kien f’Settembru tal-2023 u mistenni li jerġa jinbidel fil-ġranet li ġejjin sabiex b’hekk tkun lesta biex tintuża kemm għat-taħriġ u kif ukoll għall-laqgħat ta’ tiġrijiet.

Il-Korsa tal-Marsa — Management

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ilu li l-management tal-Korsa tal-Marsa ngħata lill-privat u x’kienu l-kundizzjonijiet tal-kuntratt? Jista’ jgħid ukoll x’kienu s-suppost vantaġġi li ggwadanjaw id-dilettanti taż-żwiemel u jekk il-kuntrattur hux qed iżomm mal-kuntratt?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li nhar l-14 ta’ Lulju fl-2021 f’Seduta Nru 489 ġew impoġġija fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti relatati mal-konċessjoni. Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li daw id-dokumenti jinsabu pubbliċi wkoll.

Il-Korsa tal-Marsa – Kuntratt ta’ privatizzazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt u l-kundizzjonijiet li ġiet ipprivatizzata biha l-Korsa tal-Marsa? Jista’ jqiegħed wkoll fuq il-Mejda tal-Kamra, ir-rapporti li saru minn Equestri Malta u Malta Racing Club (MRC) – Il-Kunsill tal-Marsa fuq iż-żamma tal-kundizzjonijiet tal-konċessjoni mill-kuntrattur? Jista’ jgħid ukoll x’kienu n-nuqqasijiet li nstabu matul is-snin?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Equestri Malta — Membri tal-bord - Pakkett ta’ kundizzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri fuq il-bord ta’ Equestri Malta u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-pakkett ta’ kundizzjonijiet ta’ kull wieħed u waħda minnhom u jekk jistax jagħmel l-istess għall-Malta Racing Club (MRC)? Jista’ jgħid ukoll meta beda t-terminu tagħhom u meta jispiċċa u jispjega r-rwol taż-żewġ entitajiet u x’inhu xogħolhom fil-konfront tal-kuntrattur li rebaħ il-konċessjoni tal-korsa u l-proprjetà ta’ madwarha?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lista tal-membri li jinsabu fuq il-bord ta’ Equestri Malta u Malta Racing Club qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Skemi ta’ għajnuna lill-Isport

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-għaqdiet sportivi li bbenefikaw minn skemi ta' għajnuna tal-isport matul is-sena 2023 u jagħti l-ammont ta’ assistenza li ngħatat għaqda b’għaqda u taħt liema skema bbenefikaw?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Studenti li jirrappreżentaw lil Malta f’attivitajiet sportivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-istudenti li jirrappreżentaw lil Malta fi kwalunkwe tip ta' attività sportiva jiġux skużati milli jattendu l-iskola? Jista’ jgħid ukoll jekk meta jsir dan, anke jekk jiġu skużati u allura ma jitniżżlux bħala assenti fl-attendenza, jitnaqqasx l-istipendju ta' dawn l-istudenti?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fl-Universita ta’ Malta hemm skema bl-isem Student Athlete Support Programme (SASP) biex tħeġġeġ lill-istudenti jieħdu sehem f’attivitajiet sportivi kemm nazzjonali u anke internazzjonali. L-istudenti jridu jinfurmaw lil mentor tal-isport sabiex b’hekk jġu eżentati. Infurmat li kemm l-istudenti li jgħamlu parti mil-iskema tal-Universita u kif ukoll l-istudenti tal-MCAST li jirrappre¿enaw lil Malta fi kwalunkwe tip ta’ attivita sportiva ma jkollomx tnaqqis fl-istipendju. Infurmat ukoll li f’livelli varji dawk l-istudenti li jieħdu sehem f’attivitajiet sportivi kemm lokali u dawk internazzjoni jiġu skużati u ma jkollomx tnaqqis fl-istipendju.

Ħal Qormi – San Ġorġ – Skola Primarja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-pjan li jkun hemm estensjoni tal-Iskola Primarja ta’ Ħal Qormi San Ġorġ? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 6559.

Childcare centres immexxija mill-Gvern u mill-privat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm childcare centres immexxija mill-Gvern u mill-privat, rispettivament u kemm hi twila l-waiting list għal kull wieħed minnhom?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa hawn total ta’ 196 childcare centre mmexxija mill-Gvern jew mill-privat.

Tfal li għandhom statement of needs

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm tfal li għandhom statement of needs, kemm minnhom għandhom full-time LSE u kemm minnhom għandhom shared LSE?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lil Onor. Interpellant li hemm 4,202 studenti li għandhom statement of needs fejn 1,473 għandhom full-time LSE u 2,729 għandhom shared LSE.

Skejjel Statali – Sena skolastika 2023-2024 – Warrants ta’ Edukaturi fil-livell sekondarju

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14376, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-edukaturi ngaġġati minflok dawk li rriżenjaw għandhomx warrant permanenti, temporanja jew jekk humiex ingaġġati bħala Supply?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-edukaturi ingaġġati kollha għandhom warrant.

MATSEC – Answer Sheet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14373, jista' l-Ministru jgħid liema huma s-suġġetti li għalihom il-MATSEC tipprovdi answer sheet (karta bit-tweġibiet skont kif jiġu kkoreġuti l-karti mill-eżaminaturi tal-MATSEC) dettaljata fil-livell ta' O'Level u A'Level u jekk din hix aċċessibbli għall-edukaturi, għall-istudenti u għall-ġenituri li jaċċessaw is-sit?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Bord tal-MATSEC kien iddeċieda li kull sena jippubblika skemi ta’ assessjar (marking schemes) f’ċertu suġġetti. Dawn mhumiex answer sheets. Jista jgħati l-każ li ċertu skemi jkollhom fihom xi risposti li jkunu mistennija mill-eżaminaturi, iżda dan ma jfissirx li ma hemmx risposti oħrajn li huma daqstant tajbin. L-iskop tal-pubblikazzjoni tal-iskema tal-assessjar hu li wieħed jista’ jara kif ingħataw il-marki għal domanda partikolari sabiex b’hekk il-kandidati u l-għalliema tagħhom ikollhom idea ċara tal-istruttura tal-eżami u kif ukoll ta’ kif ingħataw il-marki. Din tgħin fil-preparazzjoni tal-kandidati waqt li tinżamm l-integrità tal-assessjar. Jekk jiġu ppubblikati answer sheets, hemm il-possibbiltà li jiżdied it-tagħlim bl-amment, fejn il-kandidati jitgħallmu risposti diretti minflok jippruvaw jifhmu l-kunċett. Il-Bord tal-MATSEC jara li perjodikament tiġi ppubblikata l-iskema tal-assessjar ta’ kull suġġett li jkun qiegħed joffri.

Skejjel primarji tal-Istat — Studenti li għandhom 'non-verbal disorder', 'ADHD', 'Awtiżmu' u 'Down Syndrome'

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li għandhom 'non-verbal disorder', 'ADHD', 'Awtiżmu' u 'Down Syndrome' fl-iskejjel primarji tal-Istat rispettivament?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-iskejjel tal-Istat kollha hemm total ta’ 5,356 student li għandhom ‘ADHD’, ‘Awtiżmu’ jew ‘Down Syndrome’.