Għawdex – Ix-Xewkija – Triq il-Ħamrija – Traffic Management Plan
Question
Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Traffic Management Plan imħejji mill-kuntrattur li qed jagħmel ix-xogħol fi Triq il-Ħamrija fix-Xewkija Għawdex u dak imħejji mill-kuntrattur li qed jagħmel ix-xogħol fi Triq l-Imġarr fin-Nadur? Tista' tikkonferma li dan it-Traffic Management Plan qed jiġi segwit u mwettaq?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-Traffic Management Plans huma approvati u qed jiġu mwettqa mill-kuntrattur skont direzzjonijiet mogħtija minn Transport Malta.
Tista’ l-Ministru tgħid fiex wasal il-proċess biex issir it-tieni parti ta’ Triq Sannat, Xewkija? Inħarġu t-tenders u ġew awarded? Min hu l-perit inkarigat minn din it-triq, kif intgħażel u kemm tħallas sa issa? Tista’ tgħid min ipprepara l-Bill of Quantities għal din it-triq?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tender ġiet evalwata, u eventwalment ġiet sottomessa oġġezzjoni għar-riżultat u bħalissa għaddej il-proċess relattiv.
Ministeru għal Għawdex – rapport ta’ ristrutturar – għażla ta’ individwu
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kif intgħażel l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament biex jagħmel rapport ta’ ristrutturar fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex? Kemm-il siegħa xogħol ħadem sa issa fuq dan ir-ristrutturar u kemm qed jitħallas għal kull siegħa xogħol li jagħmel u kemm tħallas sa issa? Tista’ tgħid x’ġie implimentat sa issa minn dak li ppropona dan l-individwu fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan l-individwu ħadem bħala Policy Consultant fl-Istrategic and Priorities Unit tal-Ministeru għal Għawdex mit-3 ta’ Lulju 2017 sal-31 ta’ Mejju 2018. Skont il-kuntratt hu kien jaħdem fuq bażi part-time, ġimgħa ta’ 20 siegħa. F’dan il-perjodu tħallas total ta’ €22,853.20. Dan il-Konsulent għamel rakkomandazzjonijiet dwar l-istrutturar tal-Ministeru li qed jiġu evalwati biex jitwetqu flimkien ma’ xogħol ieħor marbut mal-irwol ta’ Poilcy Consultant.
Tista’ l-Ministru tgħid x’inhi r-raġuni li għadu ma sar ebda tip ta’ xogħol ta’ emerġenza f’parti mill-ħajt tat-triq tal-Bajja tax-Xwejni peress li jinsab fi stat ħażin ħafna u ta' periklu kbir għan-nies u turisti li jiffrekwentaw din il-bajja matul is-sena?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tender biex isiru x-xogħlijiet meħtieġa ġiet ippubblikata. Il-ħruġ tat-tender kien meħtieġ minħabba li l-ħsara hija pjuttost estensiva.
Ix-Xagħra – Azzjonijiet fi Triq Marga u Triq Għajn Damm
Question
Tista' l-Ministru tgħid fl-immedjat, x’azzjoni qed tieħu rigward Triq Marga u Triq Għajn Damma, fix-Xagħra, Għawdex peress li dawn qed iċċedu u hemm periklu għan-nies, sewwieqa u għal bdiewa li għandom l-għelieqi fl-inħawi?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Direttorat tal-Proġetti u Żvilupp beda ħidma estensiva fejn qed jindirizza toroq bħal dawn, u anke oħrajn li jinsabu fi stat agħar, li snin twal qatt ma saret manutenzjoni fuqhom.
Tista' l-Ministru tgħid sena b'sena u xahar b'xahar, mis-sena 2013 sal-lum, kemm kien hemm membri attivi li jħallsu l-miżata fi ħdan il-Gozo Sports Complex? X'nazzjonalità huma u x'etajiet għandhom? X'kien l-ammont ta' flus li nġabru sena b'sena mis-sena 2013 sal-lum u għalxiex intużaw dawn il-flus miġbura mill-miżati tal-Gozo Sports Complex?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 8167 Gozo Sports Complex Ħlas ta' miżati.pdf
Peress li qed ikun hemm perjodi fejn qed ikun hemm skarsezza ta’ ħrieqi għall-adulti f’Għawdex, tista’ l-Ministru tgħid x’rimedji qed jittieħdu biex dan ma jerġax iseħħ?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Direttorat tal-Customer Services ma rċieva l-ebda ilment dwar dan. Jekk l-interpellant għandu xi informazzjoni jista’ jgħaddiha b’mod kunfidenzjali ħalli tkun tista’ tiġi indirizzata.
Ministeru għal Għawdex — trasferimenti/pagamenti f’bank
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk sarux trasferimenti u/jew pagamenti, inkluż iżda mhux biss, ta' pagi, f'kontijiet li jinsabu fil-bank li l-isem u d-dettalji tiegħu qegħdin jingħataw separatament, mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtha mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsijia parlamentari? Jekk iva, tista' tgħid dwar xiex kienu dawn it-trasferimenti u/jew pagi u kemm kien it-total tal-ammont li ġie trasferit?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mis-sena 2013 sal-lum ma saru ebda trasferimenti u/jew pagamenti mill-Ministeru għal Għawdex u/jew mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu lill-Bank imsemmi f’dil-mistoqsija parlamentari.
Ministeru għal Għawdex – ħaddiema li jagħmlu xogħol ta’ restawr
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm ħaddiema jagħmlu xogħol ta’ restawr fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex sena b’sena u xahar b’xahar mis-sena 2013 sal-lum? X’inhu l-grad ta' dawn il-ħaddiema? Tista' tgħid kemm ilu jaħdem maċ-Ċivil kull wieħed minn dawn il-ħaddiema? Tista' tgħid ukoll x’korsijiet intbagħtu jagħmlu fir-restawr dawn il-ħaddiema sena b'sena mis-sena 2013 sal-lum u x’korsijiet hemm ippjanati li jsirulhom matul is-sena 2019?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mis-sena 2013 sal-aħħar tas-sena 2016 kien hemm tmien ħaddiema jagħmlu xogħol ta’ restawr fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex, filwaqt li mis-sena 2017 sal-lum żdiedu magħhom tlettax-il ħaddiem taċ-ċivil kif ukoll sbatax-il ħaddiem tal-Community Scheme. Għas-sena 2019 għad ma ġiex iffissat programm ta’ taħriġ. L-informazzjoni mitluba dwar dawn il-ħaddiema hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 8149 - MINISTERU GĦAL GĦAWDEX ħaddiema li jagħmlu xogħol ta restawr .._.pdf
Tista' l-Ministru tgħid xi proġetti ta' restawr hemm ippjanati li jsiru mill-ħaddiema tat-Taqsima tar-Restawr matul is-sena 2019? Tista' tgħid f'liema lokalitajiet jinsabu dawn is-siti li se jiġu restawrati u kemm hu maħsub li jiswa kull proġett?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-restawr li hemm ippjanat li jsir matul is-sena 2019 huwa dak fil-Learning Hub f’Għajnsielem u fil-Fanal ta’ Ġordan. Dan ix-xogħol qed isir bil- ħaddiema tal-Gvern.
Flimkien ma’ dan ix-xogħol, hemm ukoll dak relatat mal-iskema tar-rewstawr li huma l-Monument ta’ Mro Vincenzo Caruana fis-Sannat, l-istatwa tal-Madonna tar-Ramla, niċċa fi Triq Salvinu Gambin fl-Għasri, il-Village Cross Monument, fiż-Żebbuġ, u n-niċċa tal-Madonna ta’ Loretu fir-Rabat.
Issa ħarġet ukoll it-tieni sejħa.
Hemm mukoll ix-xogħol li qed isir ma’ Wirt Għawdex li jkopri r-restawr tal-Barrakka fir-Rabat Għawdex u restawr tax-xelters tal-Gwerra li jinsabu fiċ-Ċittadella.
Qed jiġi wkoll maqbul il-kumplament tal-programmta’ restawr għall-2019.
Tista’ l-Ministru tgħid sena b'sena mis-sena 2013 sal-lum kemm ġew impjegati Social Assistants fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex? Taħt liema Direttorat jifformaw parti u kull wieħed minn dawn il-ħaddiema?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mis-sena 2013 sal-lum, preċiżament fis-sena bejn April u Mejju tal-2017, ġew impjegati sitt (6) Social Assistants fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex. Dawn jifformaw parti mid-Direttorat tal-Customer Services.
Ix-Xagħra – L-Għar ta’ Calypso – għeluq ta’ akkwati għall-pubbliku
Question
Tista’ l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li parti mill-akkwati tal-Għar ta’ Calypso ġewwa x-Xagħra ngħalqu għall-pubbliku? Kemm ilhom li ngħalqu u x'azzjoni qed jieħu l-Ministeru biex jerġgħu jinfetħu mill-aktar fis possibbli?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din il-parti ngħalqet sabiex jitnaqqas l-aċċess għal din parti mill-pubbliku inġenerali u għalhekk titnaqqas il-possibilità ta’ iktar ħsarat lis-sit filwaqt li tassigura li l-veduta minn dan il-post tibqa’ titgawda. Bħalissa għaddejjin 3D scanning tas-sit u tal-għar biex, flimkien ma’ studji oħra, tiġi ddeterminata l-aħjar triq li għandu jieħu l-Ministeru sabiex jiġu kkonsolidati l-għar u s-sit tal-madwar.
Ix-Xlendi, Marsalforn, Ramla, Dwejra u Ħondoq ir-Rummien – ħaddiema li jagħmlu xogħol ta’ cleaning
Question
Tista’ l-Ministru tgħid sena b'sena u xahar b’xahar mis-sena 2013 sal-lum kemm kien hemm ħaddiema mid-diversi Direttorati li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex li jagħmlu xogħol ta’ cleaning u manutenzjoni ġewwa l-areas tax-Xlendi, Marsalforn, Ramla, Dwejra u Ħondoq ir-Rummien, x’inhu il-grad tagħhom u dawn il-ħaddiema taħt min huma responsabbli? Tista’ tgħid ukoll x’ħinijet u ġranet jaħdmu dawn il-ħaddiema?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 8126 - ĦADDIEMA LI JAGĦMLU XOGĦOL TA' CLEANING U MANUTENZJONI.pdf
Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx Skrivana, Executive Officers, Assistant Principles u Principles li jaħdmu ġewwa Kemmuna u jekk iva kemm hu n-numru? X'tip ta’ xogħol klerikali jagħmlu, fejn huma dawn l-uffiċini ġewwa Kemmuna u kif inhuma attrezzati? X'inhuma l-ħinijiet tax-xogħol tagħhom fix-xitwa u fis-sajf u meta jkun il-maltemp fejn jirrapportaw għax-xogħol? X'tip ta’ xogħol jagħmlu u taħt liema Direttorat jaqgħu? Min hu responsabbli għal dawn il-ħaddiema?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-gradi msemmija l-Ministeru għandu uffiċjal wieħed li qed jagħmel superviżjoni f’Kemmuna kuljum mit-Tnejn sas-Sibt bejn is-7.00 a.m u s-2.00 p.m. Bħala uffiċċju hu juża l-kamra li hemm fil-Blue Lagoon u jissorvelja u jintervjeni skont l-esiġenza tas-servizz mitlub minnu. Dan l-uffiċjal jirrapporta lill-uffiċċju tal-Intervention Team li jaqa’ taħt ir-responsabilta’ tas-Segretarju Permanenti tal-Ministeru. Kull meta t-temp ma jippermettix, hu jirrapporta l-Uffiċċju tal-Intervention Team f’Għawdex.
Tista’ l-Ministru tgħid fiex wasal il-proġett ta' Airfield ġewwa Għawdex? Fiex waslu l-preparamenti biex jitwettaq dan il-proġett? Meta hu mistenni li jibda jintuża?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor Interpellant li qiegħdin f’taħdidiet avvanzati flimkien mal-Ministeru tat-Turiżmu dwar il-possibilta’ ta’ servizz bil-ħelikopter bejn iż-żewġ Gżejjer
Construction and Maintenance Unit – użu ta’ bricks
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm intużaw bricks mill-Construction and Maintenance Unit u mid-Direttorat għall-Proġetti u Żvilupp minn Jannar 2018 sal-lum? Fuq liema proġetti ntużaw u kemm intużaw bricks fuq kull proġett? Tista' tgħid fuq kull proġett min kienet il-persuna li ordnat il-bricks u min kienet il-persuna li ċċertifikat li ntuża dan l-ammont?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Construction and Maintenance Unit – użu ta’ soft stone
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm intużaw soft stone (kantun) mill-Construction and Maintenance Unit u mid-Direttorat għall-Proġetti u Żvilupp minn Jannar 2018 sal-lum? Fuq liema proġetti ntużaw u kemm intużaw soft stone (kantun) fuq kull proġett? Tista' tgħid fuq kull proġett min kienet il-persuna li ordnat is-soft stone (kantun) u min kienet il-persuna li ċċertifikat li ntuża dan l-ammont?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta għal din il-Mistoqsija Parlamentari ser tingħata f'xi seduta oħra
Attivitajiet Kulturali f’Għawdex – ħaddiema tal-Gvern
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew organizzati attivitajiet kulturali f'Għawdex u kemm ġew inkarigati ħaddiema tal-Gvern u mill-privat, biex għamlu xogħol in konnessjoni ma' dawn l-attivitajiet mis-sena 2013 sal-lum, għal kull attività separatament u maqsuma sena b'sena?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta għal din il-Mistoqsija Parlamentari ser tingħata f'xi seduta oħra
Ministeru għal Għawdex – xogħlijiet biex l-uffiċċju jsir aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'xogħlijiet saru f'kull uffiċċju tal-Ministeru u d-dipartimenti u entitajiet kollha li jaqgħu taħtha biex ikunu aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità nkluż għal dawk li għandhom nuqqas ta' smigħ jew nuqqas ta' dawl mis-sena 2013 sal-lum, maqsuma sena b'sena?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta għal din il-Mistoqsija Parlamentari ser tingħata f'xi seduta oħra
Tista’ l-Ministru tgħid kif ġie ristrutturat dak li kien id-Direttorat Proġetti u Żvilupp fil-Ministeru għal Għawdex? Liema taqsimiet u dipartiment kienu jaqgħu taħt dan id-Direttorat u issa taħt liema direttorat ġew? Min huma d-diretturi li ġew appuntati wara r-ristrutturar?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li il-Ministeru kkummissjona lis-Sur David Spiteri Gingell biex isir rapport għar-ristrutturar tal-Ministeru. Kull tibdil huwa marbut ma’ dan l-eżerċizzju.