Jista’ l-Ministru jgħid, fil-preżent, kemm qed iddum persuna fuq il-lista ta’ stennija (waiting list) għall-operazzjoni tal-katarretti u kif dan jitqabbel mal-2012?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-2012 pazjent biex issirlu l-operazzjoni tal-kataretti kien idum jistenna madwar tlett snin, filwaqt li taħt amministrazzjoni laburista dan iż-żmien naqas għal madwar erbgħa xhur. Il-lista ta’ stennija fl- 2012 kienet iktar mid-doppju ta’ dak li hi llum.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm qed iddum persuna tistenna biex isirilha t-test tal-MRI u dak tal-bone density u kif dan jikkompara mal-2012?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ż-żmien ta’ stennija għal MRI hija madwar 3 u 4 xhur filwaqt li fl-2013 din kienet ta’ 18 -il xahar.
Rigward it-test tal-
bone density
, m’hemmx lista ta’ stennija u l-pazjenti isirilhom dan it-test kif mitlub mit-tabib tagħhom. Fl-2013 iż- żmien ta’ stennija kien ta’ madwar 7 xhur.
Peress li l-ħamiem salvaġġ jista’ jkun ta’ ħsara kemm lis-saħħa pubblika kif ukoll lill-bini li hu parti mill-patrimonju tagħna, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’inhuma r-regoli dwar il-kontroll tal-ammont ta’ ħamiem salvaġġ f’ċentri storiċi u fil-qalba tal-irħula u tal-ibliet? Jekk bħalissa ma hemmx regoli, meta hemm il-ħsieb li dawn ir-regoli jidħlu fis-seħħ?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali jinvestiga lmenti mill-pubbliku dwar annimali, inklużi ħamiem ġewwa postijiet li jiġi rrapurtat li ġo fihom ikunu qegħdin possibilment jinżammu annimali inklużi ħamiem b’nuqqas ta’ iġjene tajba u jekk dawn l-annimali jinstabu fi stat ħażin ta’ iġjene jintbagħat avviż bil-miktub lill-persuna responsabbli u fin-nuqqas jittieħdu passi legali.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ persuni li mardu bis-Syphilis f’Malta fis-sena 2014, 2015 u 2016 (sena b’sena)? Kemm minnhom kienu Maltin u kemm minnhom kienu ta’ ċittadinanza oħra?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella t’hawn taħt:
Sena
Numru ta' persuni Maltin li mardu bis-
Syphilis
Numru ta' persuni b'nazzjonalita' barranija li mardu bis-
Syphilis
Total
2014
41
14
55
2015
27
14
41
2016
24
16
40
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 32318 tat-12-il Leġiżlatura, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika f’liema lokalitajiet jgħixu t-13,558 persuna b’nuqqas ta’ saħħa mentali li hemm fil-komunità u x’forma ta’ problemi mentali għandhom?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-persuni msemmija jgħixu kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex. Dawn il-persuni għandhom diversi kundizzjonijiet psikjatriċi, iżda l-aktar żewġ każijiet komuni li l-pazjenti soffrew minnhom kienu disturbi mentali minħabba użu ta’ sustanza psikoattiva (mhux alkoħol) u disturbi affettivi.
Ċentru ta’ Matul il-Jum għall-persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali — spejjeż
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kienet l-ispiża f’kull Ċentru ta’ Matul il-Jum għall-persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali u kif dawn il-flus intefqu f’kull Ċentru fis-sena 2016?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispiża għall-persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali li attendew fiċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum fl-2016 kienet ta’ €848,201.00. Ninfurmaha ukoll illi fl-2012 in-nefqa kienet ta’ €411,035.82.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta se titnieda l-iskema tat-tobba tal-familja sabiex pazjenti jieħdu parti mill-kura psikjatrika tagħhom fil-komunità tagħhom stess?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iskema tat-tobba tal-familja sabiex pazjenti jieħdu parti mill-kura psikjatrika tagħhom fil-komunità tagħhom stess bdiet bi proġett pilota f’Novembru tal-2016. Bħalissa dan il-proġett qed jiġi assessjat.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kienet in-nefqa totali għall-kura ta’ persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali li jgħixu fil-komunità u kif dawn il-flus intefqu fis-sena 2016?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-nefqa totali għall-kura ta’ persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali li jgħixu fil-komunità għas-sena 2016 kienet € 7,755,133.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid mit-13,558 persuna li jbatu min-nuqqas ta’ saħħa mentali, kemm hemm li qed jgħixu fil-komunità u qed jirċievu s-servizz importanti tal-Programm ta’ Ħbiberija? Kemm hemm persuni fuq il-waiting list biex jirċievu dan is-servizz?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Programm ta’ Ħbiberija qiegħed ikun ta’ benefiċċju għal numru ta’ persuni li jbatu bi problemi ta’ saħħa mentali. Bħalissa għaddej il-proċess fejn qed jiġu abbinati aktar persuni ma’ voluntiera ġodda. Dawn il-voluntiera kollha jingħataw it-taħriġ meħtieġ minn professjonisti f’dan il-qasam.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid mill-elezzjoni ‘l hawn kemm-il darba kellhom jingħalqu l-operating theatres jew jitwaqqfu l-operazzjonijiet fl-Isptar Mater Dei minħabba nuqqas ta’ nurses?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fl-ebda mument it-teatri f’Mater Dei ma ngħalqu.Ninfurmah ukoll illi kull xahar ikun hemm interventi li jkollhom jiġu posposti minħabba diversi raġunijiet fosthom minħabba il-kundizzjoni medika tal-pazjenti, pazjenti li ma jattendux għal operazzjoni u kif ukoll pazjenti li jirrifjutaw l-operazzjoni fl-aħħar ħinijiet.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'inhi l-policy tal-Isptar Mater Dei dwar reklamar fl-istess Sptar Mater Dei?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mill-ftuħ tiegħu l-isptar Mater Dei qatt ma kellu policy dwar reklamar. F’dawn il-ġimgħat qiegħed jiġi ppreparat dokument dwar l-aħjar użu tal-ispazji mhux mediċi li jeżistu fl-isptar.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien l-ammont ta' demm tal-kurdun li nġabar fl-Isptar Mater Dei matul dawn l-aħħar tnax-il xahar?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bejn Ottubru tal-2016 u Settembru tal-2017 fl-isptar Mater Dei saru 4,093 test tad-demm tal-kurdun. Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jikklarifika jekk hux qed jitlob għal xi raġunijiet speċifiċi oħra li jista’ jkun qed jinġabar id-demm tal-kurdun.
Ministeru għas-Saħħa — Spiża fuq Fuel ta' vetturi Ministerjali
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kienet l-ispiża fuq fuel għall-vettura Ministerjali tal-Ministru/Seg Parlamentari konċernat fl-2014, fl-2015 u fl-2016?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ispiża fuq fuel għall-vettura Ministerjali tal-Ministru/Seg Parlamentari fi żmien indikat minnu, fejn jiena kont responsabbli mill-Ministeru għas-Saħħa hija skont it-tabella t’hawn taħt.
Sena
Spiż
a (€)
2014
(1
t’
April sal-31
ta’ Diċembru
)
1,305.60
2015
2,234.81
2016
1,770.12
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ispiża fuq
fuel
għall-vettura Ministerjali tal-Ministru responsabbli mis-Saħħa, fl-2013 u l-2014, hija skont kif indikata fit-tabella t’hawn taħt.
Spiż
a (€)
2013
(18
ta’ Marzu sal-31 ta’ Diċembru)
4,501.16
2014(
1 ta’ Jannar sal- 31
st
Marzu)
931.09
Tajjeb li jkun infurmat ukoll illi l-istess spiża fuq
fuel
mill-2008 sa Marzu tal-2013 kienet ta’ €28,901.
B’referenza għall-implimentazzjoni tal-Kannabis Medika, jista’ l-Ministru jgħid kif se tkun qed tintuża eżatt il-control card mill-pazjent u t-tabib li se jippreskrivi?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-control card tintuża għall-Kannabis Medika bħal ma tintuża għall-mediċini l-oħra narkotiċi jew psikotropiċi. Dan isir wara li jkun hemm approvazzjoni tal-applikazzjoni għall-użu tal-prodott mit-tabib.
B’referenza għall-implimentazzjoni tal-Kannabis Medika, jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni għalfejn it-trattament li mhux THC għandu bżonn l-approvazzjoni tas-Supretindent tas-Saħħa Pubblika?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika trid tiżgura li pazjenti jagħmlu użu minn mediċini li jkunu magħmulin taħt GMP (good manufacturing practice) u għalhekk il-Kannabis Medika jkollha bżonn l-approvazzjoni msemmi.
Health Promotion Unit – struzzjonijiet u ingredjenti fuq pakketti tal-ikel
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid x’qed tagħmel il-Health Promotion Unit biex tassigura li l-istruzzjonijiet u l-ingredjenti fuq il-pakketti tal-ikel importati jifhimhom kull ċittadin bħala parti mill-kampanja tiegħu ta’ Healthy Eating? Jista’ jgħid jekk is-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika kellux laqgħat mal-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) dwar dan?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-Mard joffri lill-pubbliku firxa ta’ fuljetti dwar l-ikel u s-Saħħa fosthom; Linji Gwida dwar id-Dieta’ għall-Adulti Maltin, Sett ta’ riċetti kif ukoll fuljetti dwar: l-melħ u l-pressjoni, z-zokkor, u x-xaħmijiet sabiex wieħed ikun jista’ jikkontrolla aħjar ix-xaħmijiet fid-demm fosthom il-kolesterol.
Dan ix-xahar, id-Direttorat, aġġorna t-tabella (forma ta’
credit card
) sabiex jgħin lill-pubbliku jagħmel għażla ta’ prodotti tal-ikel u xorb tajbin għas-saħħa, jiġifieri dawk li fihom inqas ammont ta’ zokkor, xaħam, xaħam saturat u melħ; filwaqt li fihom kwantita’ tajba ta’ fibra (fibre).
Din il-card tinkludi skema dwar x’inhuma l-ammonti kkunsidrati bħala: baxxi, medja u għolja ta’ zokkor (anke fil-kategorija taċ-ċereali), xaħam, xaħam saturat u melħ għal kull 100g ta’ ikel jew 100ml ta’ xorb.
Din l-istess
card
tagħti wkoll spjegazzjoni tal-ammont ta’ fibra (għal kull 100g) sabiex l-manufattur jista’ jgħid li l-prodott tiegħu fih il-fibra (fibre) kif ukoll l-ammont (ta’ fibra għal kull 100g) sabiex l- l-prodott jista’ jiġi ddikjarat bħala wieħed għoli fil-fibra (fibre).
Id-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard qiegħed preżentament iħejji fuljett ieħor abbinatt mal-istess imsemmija
card
, li se tinkludi ukoll informazzjoni aktar iddettaljata dwar il-qari tat-tikketti tal-ikel. Dan il-fuljett se jitħejja wara li hu mistenni li jkun hemm konsultazzjoni mal-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA).
Ninfurmah ukoll illi l-informazzjoni dwar it-tiketti fuq l-paketti hija regulata permezz ta’ Annex tar-Regola tal-Unjoni Ewropeja dwar in-
Nutrition Claims
jiġifieri EC No: 1924/2006 amendata l-aħħar b’EU 1047/2012.
Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa – Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni — talbiet
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1748 u ċjoe: Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid sena b’sena kemm ġew ippreżentati talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lill-Ministeru u lill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn meta din il-liġi daħlet fis-seħħ sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid dawn it-talbiet minn min saru u dwar xiex saru? Jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa, kemm ġew irrifjutati u kemm għadhom pendenti? Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu r-raġunijiet li ngħataw f’każ ta’ talbiet li ġew rifjutati?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għat-tabella t’hawn taħt.
Talba Rifjutata
Talba Milqugħa
Talba Pendenti
Total ta' talbiet minn 2013 sa 22 ta’ Novembru tal-2017
2013
1
0
0
1
2014
0
1
0
1
2015
4
5
0
9
2016
2
6
0
8
2017
4
0
1
5
11
12
1
24
Ċentri ta’ Matul il-Jum – attivitajiet organizzati
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jelenka l-attivitajiet li ġew organizzati f’kull Ċentru ta’ Matul il-Jum matul din is-sena sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Jista’ jgħid kemm kien in-numru ta’ klijenti li attendew għal dawn l-attivitajiet?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi jiġu organizzati diversi attivitajiet għal persuni bi problemi ta’ saħħa mentali fiċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum. L-attivitajiet huma varji biex jindirizzaw il-bżonnijiet tal-persuni li jattendu f’dawn iċ-ċentri. Dawn l-attivitajiet jiġu mfassla kemm fuq bażi individwali kif ukoll fi gruppi.
L-attivitajiet individwali jinkludu dan li ġej:
- Uħud mill-attivitajiet jiġu ndirizzati lejn individwi li, minħabba l-kundizzjoni tagħhom, jistgħu jsibu diffikulta’ biex iwettqu attivitajiet bażiċi ta’ kuljum bħal tindif u qadi domestiku. Dawn l-attivitajiet ikunu mmirati biex l-individwu jerġa’ jikseb l-indipendenza tiegħu.
- Jiġu mwettqa wkoll sessjonijiet li jipprovdu l-opportunita’ għal riflessjoni fuq il-ħiliet intrapersonali kif ukoll interpersonali tal-individwi. Sessjonijiet fuq ħiliet interpersonali jindirizzaw kwalitajiet li jintużaw biex persuni jirrelataw man-nies ta’ madwarhom, filwaqt li ħiliet intrapersonali jippermettu li l-persuna jkollha ħiliet fil-komunikazzjoni magħha nfisha biex tgħin il-kwalita’ tar-relazzjonijiet soċjali tal-persuna.
Attivitajiet fi gruppi jinkludu:
- Sessjonijiet terapewtiċi immirati lejn proġetti, sessjonijiet krejattivi, diskussjoni fi gruppi, gruppi ta’ eżerċizzju fiżiku, xogħol volontarju u ħarġiet soċjali. Isir ukoll taħriġ pre-vokazzjonali u professjonali bħal għarfien ta’ kif wieħed għandu jikteb
curriculum vitae
, u kif għandu jġib ruħu waqt intervista relatata ma’ mpjieg eċċ.
Għal dawk il-pazjenti li għal xi raġuni jew oħra ma jkunux jistaw jattendu personalment għal dawn is-sessjonijiet isiru ukoll sessjonijiet permezz ta’ żjarat fid-djar ta’ dawn l-persuni.
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bejn Jannar u Ottubru tal-2017, l-medja fix-xahar ta’ pazjenti bi problemi ta’ saħħa mentali li kienu rreġistrati fiċ-Ċentri tas-Saħħa ta’ Matul il-Jum kien ta’ 240.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il darba ltaqa’ l-Bord tad-Diretturi għas-Saħħa Mentali li ilu mwaqqaf mill-bidu ta’ din is-sena u x’rakkomandazzjonijiet fassal dan il-Bord biex jipproponi strateġija ħolisitka għall-kura tas-saħħa mentali?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-bord imsemmi minnu ltaqgħa 4 darbiet.
Servizzi ta' sapport għall-persuni b'nuqqas ta' saħħa mentali u l-carers tagħhom
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 29964 tat-12-il Leġiżlatura, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jelenka fid-dettal is-servizzi kollha ta’ sapport lill-persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali u min jieħu ħsiebhom?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-kura għal każijiet akuti tingħata fl-Acute Wards tal-isptar Monte Carmeli u fis-Psychiatric Unit tal-isptar Mater Dei. Fl-isptar Monte Carmeli hemm ukoll sezzjonijiet għal kura ta' rijabilitazzjoni għal dawk il-pazjenti bi problemi ta' dipendenza fuq sustanzi, b’learning disability kif ukoll sezzjoni għal ġerjatrija psikjatrika. Qrib dan l-istess sptar hemm ukoll il-Youth Residency Unit għal tfal u adoloxxenti bi problemi psikjatriċi. Id-dipartiment joffri servizz ta' Out Patients għal psikjatrija tal-adulti, adoloxxenti u tfal. Is-sessjonijiet tal-Out Patients għal adulti isiru f'Mater Dei u f’ 7 kliniċi fil-komunita’ filwaqt li dawk tat-tfal u l-adoloxxenti isiru fl-isptar San Luqa.
Il-
Liaison Clinics
isiru fl-isptar Mater Dei fin-
Neuropsychiatry
u l-
Perinatal Psychiatry
u tal-Isptar Karen Grech isiru fis-sezzjoni tal-Ġerjatrija. Fl-isptar Mater Dei hemm ukoll servizz ta'
Liaison Psychiatry
għas-swali kollha kif ukoll fid-Dipartiment ta' l-Emerġenza. Dan id-Dipartiment imexxi ħames ċentri tas-saħħa mentali fil-komunita’.F’dawn iċ-ċentri jattendu
day users
. L-
Outreach Team
huwa tim multidixxiplinarju li jsegwi pazjenti ġo djarhom u l-ambjent tagħhom. Dan it-tim huwa iffukat l-iktar fuq l-pazjenti li jkollhom
Treatment Order
. Id-Dipartiment jaħdem b'kollaborazzjoni diretta mal-Fondazzjonijiet Dar Kenn Għal Saħħtek, Appoġġ, Sedqa, Caritas, Richmond Foundation u Suret il-Bniedem.
Il-kura msemmija hawn fuq tingħata kollha min timijiet multidixxiplinari li jikkonsistu fi psikjatri, tobba, infermiera, psikologi,
social workers
u
occupational therapists
.