Legislature:
Category:
Reset
Active:

Dependency Ratio

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet id-dependency ratio f’Malta u f’Għawdex separatament fl-aħħar ta’ kull sena mill-2006 ‘l hawn?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi ċ-ċifri ppreżentati fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra juru d-dependency ratios għas-snin 2006-2010. Dependency ratios għas-snin 2006-2008 ma setgħux jinħadmu għal Malta u Għawdex separatament.

Gozo Channel — vjaġġi bejn Imġarr u Sa Maison

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kemm-il vjaġġ bir-ritorn sar mill-Gozo Channel bejn l-Imġarr u Sa Maison xahar xahar minn Settembru 2008 sal-lum?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

kumpanija Palumbo — obbligi kuntrattwali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-gvern huwiex sodisfatt li l-kumpanija Palumbo qed tesegwixxi l-obbligi kuntrattwali tagħha fit-Tarzna? Jista’ jikkonferma jekk il-kumpanija investietx €5.45 miljun fl-ewwel sena ta’ operazzjoni, kif kienet marbuta li tagħmel fil-kuntratt approvat minn din il-Kamra? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista u costings tal-istess investimenti li saru mill-kumpanija matul l-ewwel sena?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-kuntratt li ġie ffirmat mill-kumpanija jagħti lill-gvern id-dritt li jagħmel eżerċizzji ta’ verifika skont il-provvedimenti u l-kundizzjonijiet tal-istess kuntratt. L-ewwel sena mill-iffirmar tal-kuntratt għalqet f’Ġunju li għadda u bħalissa qed isiru l-preparazzjonijiet kollha meħtieġa biex l-ewwel eżerċizzju ta’ verifika jseħħ. Huwa maħsub li x-xogħol jibda fil-ġimgħat li ġejjin.

Vot Kapitali tal-Ministeru għal Għawdex — item of expenditure

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'kienet in-nefqa taħt kull item of expenditure tal-vot kapitali tal-Ministeru għal Għawdex għas-sena 2010 u sal-aħħar ta’ Settembru ta’ din is-sena?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

Vot rikorrenti tal-Ministeru għal Għawdex — virements

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’virements saru taħt kull standard item of expenditure tal-vot rikorrenti tal-Ministeru għal Għawdex din is-sena sal-aħħar ta’ Settembru?

Response (FENECH, TONIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru responsabbli għal Għawdex.

Vot Kapitali tal-Ministeru għal Għawdex — virements

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’virements saru taħt kull item of expenditure tal-vot kapitali tal-Ministeru għal Għawdex din is-sena sal-aħħar ta’ Settembru?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — konsulenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti kemm dawk legali kif ukoll dawk li m’humiex, kemm ilhom fil-karigi rispettivi tagħhom u kemm qed jitħallsu fis-sena referibbilment mis-segwenti entitajiet: Accountancy Board, AirMalta p.l.c, Auctioneers Board of Examiners, Bank of Valletta, Board of Special Commissioners on Death and Donation Duty, CASMA Limited, Central Bank Malta, Controller of Companies Appeals Board, Copyright Board, Court of Revision of Notarial Acts, Enemalta Corporation, Financial Intelligence Analysis Unit/ Board of Governors, Financial Services Tribunal, General Contracts Committee u Gozo Channel Company Limited? Jista’ jgħid ukoll kemm-il seduta attendew il-membri rispettivi tal-membri tal-bordijiet, awtoritajiet, agenziji u kumpaniji governattivi? Min huma s-segretarji rispettivi ta’ dawn l-entitajiet imsemmija, jekk humiex full-time u x’paga għadhom? Dan kollu senjatament għas-snin 2008, 2009 u 2010. Jista’ jgħid ukoll min huma l-konsulenti kemm dawk legali kif ukoll dawk li m’humiex u x’ retainers għandhom għall-Ministeru nnifsu?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Rapport tal-Bord t'inkjesta dwar il-VAT

Question

Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterju l-consultancy firm KPMG li tissemma' fir-rapport tal-bord t'inkjesta dwar il-VAT ġiet magħżula? Kien hemm xi avviż ta' expression of interest? Jista' jgħid kemm se jħallas jew ħallas it-taxpayer għal dan ir-rapport?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-KPMG intagħżlet abbażi tal-kredenzjali tagħha u għaliex hija ditta ta’ awditjar finanzjarji rikonoxxuta internazzjonalment b’uffiċċju f’Malta. Din ipprovdiet servizz tajjeb skont ir-rekwiżiti tal-bord u bi prezz tajjeb. Il-kumpanija tqabbdet b’direct order u r-rapport ġie jiswa €100,300 inkluża l-VAT.

MOBC — letter of credit

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk bejn is-snin 2002 - 2004 l-MOBC għamlitx tajjeb permezz ta' letter of credit għan-nom tal-IBOL (Island Bunker Oils), meta l-istess IBOL kienet kompetitur tal-istess MOBC?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-MOBC kellha arranġament mal-Island Bunkering Oils Ltd fejn l-MOBC tipprovdi letter of credit, sabiex jinxtara ż-żejt. L-Island Bunkering Oils Ltd imbagħad tħallas l-ispejjeż għas-servizz u l-prodott lill-MOBC. Din hija proċedura li tintuża f’każijiet fejn kumpanija toħroġ letter of credit għall-kumpanija oħra.

Bank of Valetta — Chairman

Question

Peress li l-Ministru gie kkwotat minn The Times tal-5 ta’ Lulju 2011 li ma jara l-ebda konflitt ta’ interess fir-rwol tal-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, bħala Chairman tal-Bank of Valetta u tal-famuża Valletta Fund Management Ltd, kif ukoll ta’ direttur tal-Air Malta, jista' l-Ministru jikkonferma li ma jezistu l-ebda faċilitajiet ta’ kreditu teknikament unsecured li l-Bank jista’ qed jestendi lil Air Malta bi ksur ta’ dak li jipprovdi Artiklu 15(1) tal-Banking Act, taħt it-titlu Prohibited Transactions?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 27593.

Enemalta — ġenerazzjoni ta' elettriku

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm jiswa lill-Korporazzjoni Enemalta biex jiġġenera 100MW elettriku mill-Power Station tal-Marsa u ta' Delimara rispettivament? X'inhi l-current selling rate - tariff per 1kw/h, mingħajr purchasing power adjustment? X'inhi t-total electricity generation capacity f'MW bħalissa? X'inhi d-daily current electricity demand tal-konsumaturi f'dawk li huma MW?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Enemalta — wire b'kurrent qawwi

Question

Jista' l-Ministru jara li jitmexxa l-każ tal-Korporazzjoni Enemalta fejn instab wire b'kurrent qawwi fil-parapett ta' kopja li se jiżżewġu, u li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament, li dawn minkejja li kitbu lill-Korporazzjoni Enemalta u kellhom iwaqqfu x-xogħol li qed jagħmlu, għadhom bla risposta?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi d-distrett tal-Enemalta kien ikkuntattjat il-ġimgħa li għaddiet dwar dan il-cable. Dan il-cable ma jidhrix li hu tal-Enemalta. Il-klijent ġie infurmat biex jagħmel kuntatt mal-GO biex jivverifika jekk dan il-cable huwiex taghhom.

Pole tad-dawl f'sit ta' kostruzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jara li l-pole tad-dawl li hemm vent miegħu u dan irid jersaq f'post ieħor peress li jrid isir xi xogħol ta' kostruzzjoni, jista' l-Ministru jara li s-sid min se jagħmel din il-kostruzzjoni jiġi kkuntatjat peress li jrid jibda x-xogħol?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi dawn ix-xogħlijiet saru.

Bejgħ tal-Holiday Inn

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inbiegħet il-lukanda Holiday Inn Tas-Sliema? X'persentaġġ fi flus marru għand l-Air Malta?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-bejgħ tal-lukanda Holiday Inn sar permezz ta’ kuntratt fl-atti tan-Nutar Vincent Miceli fis-27 ta’April 2007 wara tender maħruġ mid-Dipartiment tal-Artijiet. Il-kuntratt ta’ bejgħ huwa att pubbliku u fih id-dettalji rikjesti mill-Interpellant.

kwestjoni dwar numru ta' qbiela li jridu jħallsu l-bdiewa

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27450, jista' l-Ministru jgħid jekk mill-persuni msemmija hemmx xi membru li jagħmel xogħol ieħor bil-ħlas mad-Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern jew il-Ministeru tal-Finanzi? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid x'inhu x-xogħol u kemm jitħallas?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi mill-membri li jiffurmaw parti mit-Tenders Committee fi ħdan id-Dipartiment Proprjetà tal-Gvern, hemm 2 membri li jagħmlu xogħol għad-dipartiment. Wieħed mill-membri jitħallas €15 is-siegħa inkluż il-VAT, għal servizz ta’ konsulenza fuq xogħol konness ma’ proprjetà u s-sistema tal-Lemis, filwaqt li l-membru l-ieħor jagħmel xogħol ta’ valutazzjoni tal-art għad-Dipartiment, imma ma jitħallasx mid-Dipartiment Proprjetà tal-Gvern, iżda mill-Ministeru tal-Finanzi.

Art għal skopjiet agrikoli

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27449, jista' l-Ministru jgħid jekk it-tender committee ikkunsidrax il-possibilità li din l-art fil-maġġor parti tagħha kien kultivabbli, hux se tingħata b'ċens għal 50 sena għal skopijiet agrikoli, tista' allura tintuża għal xi skop ieħor jew tispiċċa tiġi negozjata ma' terzi għas-snin taċ-ċens? F'din l-eventwalità l-kuntratt se jagħamel xi tip ta' kundizzjoni li l-gvern jiġi kumpensat?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Sistema Lemis

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27494, jista' l-Ministru jgħid f'liema sena ġiet imħabbra l-introduzzjoni tas-sistema Lemis? Jista' jgħid min hu l-konsulent fid-Dipartiment fuq din is-sistema? Kemm qed jitħallas? Kif ġie mqabbad? Jista' jgħid x'differenza hemm bejn l-ewwel fażi tal-Lemis kif deskritta minnu fit-tweġiba u s-sistema komputerizzata li qiegħed preżentament juża d-Dipartiment?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

San Pawl il-Baħar — Triq San Pawl - main tad-drenaġġ

Question

Billi jidher li f'xi partijiet tiegħu l-main tad-drenaġġ jista' jkun qed iċedi, jew li xi xaftijiet li saru fil-passat qed tiġrilhom il-ħsara, jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex issir spezzjoni fuq il-main prinċipali ta' Triq San Pawl, San Pawl il-Baħar? Tista' din l-ispezzjoni tikkonċentra dwar dak li qed jiġri fid-daħla tal-isqaq li hemm fi Triq San Pawl, liema sqaq jinsab fl-ewwel daħla wara li taqbeż Triq id-Duluri fid-direzzjoni tal-Mellieħa, qabel ma wieħed jasal ħdejn il-Knisja tal-Karmnu, fl-istess triq?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li diġà saret spezzjoni fuq il-main prinċipali fi Triq San Pawl u x-xogħol li hemm bżonn ġie inkluż fil-programm ta’ xogħlijiet rigward id-daħla ta’ l-isqaq. Nifhem li qed jirreferi għal Sqaq tax-Xama.

San Pawl il-Baħar — Triq Desguanez - Xogħlijiet ta' ilma u drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex jekk fadal xogħol ta' ilma u drenagg li jrid isir fi Triq Desguanez f'San Pawl il-Baħar dan jitlesta biex tkun tista' ssir t-triq bit-tarmak?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi x-xogħol tal-ilma u d-drenaġġ fi Triq Desguanez, San Pawl il-Baħar se ssir mill-istess kuntrattur li se jagħmel it-tarmak, waqt ix-xogħlijiet.

każ ta' kont tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga l-kont ta' din persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li tgħix bl-għajnuna soċjali u qed titlob revizjoni fil-kont tad-dawl ul-ilma minħabba kont eċċessiv li hija kienet irċeviet diversi xhur ilu kawża ta' leakage ta' ilma? Jista' jgħid kif baqa' dan il-każ minħabba li din il-persuna m'għandix mezzi finanzjarji biex tħallas dan il-kont u għalhekk qed tħallas il-kontijiet li ġew b'mod normali filwaqt li żammet dak li kien eċċessiv?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ingħatat lil-ARMS Ltd li min-naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijient.