B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari preċedenti, jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju jinsabu x-xogħlijiet fuq il-Funtana tal-Iljun fil-Furjana?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol ta’ restawr fuq il-Funtana tal-Iljun, inkluż dak fuq l-iskultura nnifisha, jinsab fi stadju avvanzat. Barra min hekk, fil-ġranet li ġejjin ser tinbeda l-installazzjoni ta’ tagħmir ġdid wara li saru t-tħejjijiet neċessarji.
Għajn Dwieli – Zuntier tal-Knisja ta’ Sant’Antnin — Xogħlijiet
Question
B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari preċedenti, jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju jinsabu x-xogħlijiet fuq iz-Zuntier tal-Knisja ta’ Sant’Antnin f’Għajn Dwieli?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara li tlesta l-bini tal-ħajt u tqiegħed is-sottobank tal-ġebel, beda x-xogħol tal-manifattura tas-soprabank. Wara jibdew jitqiegħdu l-pedestalli, il-balavostri u s-soprabank.
B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari preċedenti, jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju jinsabu x-xogħlijiet fuq ir-railing tax-Xatt tax-Xgħajra?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa hemm 120 metru railing li ġie maħdum ġdid jew li saritlu manutenzjoni, fil-waqt li qed jitwaħħlu 48 metru ta’ railing li saritlu manutenzjoni. Fl-istess ħin, fil-workshop tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi qed jiġu mmanifatturati 200 metru railing ġdid. Wara, dan jintbagħat għall-iggalvanizzar u l-powder coating, u jitwaħħal fil-post.
Bħalissa wkoll qed tiġi preparata sejħa għall-offerti biex jinbidlu l-400 metru railing li jifdal max-xatt tax-Xgħajra u t-300 metru li hemm bejn iż-żewg livelli ta’ Dawret ix-Xatt.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħljiet Pubbliċi — Deputati tal-Gvern
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16001 u jgħid min kien/kienu d-Deputati tal-Gvern li minn April 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kienu/huma jagħmlu parti min xi kumitati, panels u bordijiet fejn il-Gvern għandu b'xi mod interess minoritarju jew maġġoritarju, fid-dekasteru li għalih hu responsabbli u jekk hemm persuni identifikati, jiġi indikat fejn kienu/qiegħdin iservu, il-kariga li kienu/li qed jokkupaw, id-data tal-ingaġġ ta' dawn il-persuni, id-data sakemm baqgħu ngaġġati dawn il-persuni, b'liema mod kienu impjegati (jekk hux b’sejħa pubblika, minn Ministru eċċ.) u kemm kien/hu l-pakkett finanzjarju/honoraria tagħhom?
Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-attendenza tax-xogħol tagħhom, ta’ kemm-il darba attendew fil-kumitat/bord/panels u kemm tħallsu jekk jitħallsu per sitting u l-ammont li tħallsu annwali?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser isiru diversi 'traffic calming measures' (sleeping policemen) fi Triq iż-Żurrieq, Triq il-Qajjenza, Triq il-Girgħien u Triq FM Ferretti f'Birżebbuġa? Jista’ jgħid ukoll x'inhi r-raġuni li għadhom ma sarux?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta m’ghandiex applikazzjonijiet pendenti ghal road humps fit-toroq msemmija.
Jista’ l-Ministru jgħid meta r-rotta bin-numru 82 ser tibda tgħaddi mill-Qajjenza, Birżebbuġa?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninsab infurmat li fit-3 ta’ Marzu 2024 daħlet fis-seħħ modifika fir-rotta 82 sabiex din issa bdiet is-servi ukoll l-inħawi magħrufa bħala tal-Ġebel ġewwa Birżebbuġa.
Infurmat ukoll li l-inħawi tal-Qajjenza, fl-istess lokalità, huma servuti permezz tar-rotot 85, 119 u 210. Transport Malta qiegħda tistudja kif, jekk dan ikun possibbli, tagħmel modifika oħra lir-rotta 82 sabiex tkun tista’ isservi ukoll lil dawn l-inħawi.
Jista’ l-Ministru jgħid xi pjanijiet għandu l-Gvern għall-Pjazza tal-Knisja, l-Imqabba li ġiet ippavimentata ftit xhur ilu u ċjoè jekk hux ser tibqa' ppavimentata bil-madum, jekk dan hux ser jinqala’ u tiġi ppavimentata bit-tarmak bħalma sar Raħal Ġdid jew jekk hux ser tibqa’ ppavimentata bil-madum u tiġi trasformata f'żona pedonali?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid xi pjanijiet għandu l-Gvern għall-Misraħ ir-Repubblika, iż-Żurrieq? Jista’ jgħid ukoll jekk din il-pjazza hijiex ġejja 'pedestrian priority area' jew hux ser jibqa’ għaddej it-traffiku kif inhu llum? Jista’ jgħid ukoll x’tip ta' pavimentar hemm il-ħsieb li jsir u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti proposti kif ukoll stima ta' kemm ġej jiswa x-xogħol?
Response (BONETT, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kif u minn meta kien impjegat l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament ġewwa Transport Malta (TM)? Jista’ jgħid ukoll jekk kienx hemm sejħa pubblika u meta nħatar bħala direttur fl-istesss TM?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna msemmija ġiet impjegata mal Awtorità Dwar it-Trasport fl-2005. Meta ġiet stabilita Transport Malta fl-2010 l-impjegati li kienu ma l-Awtorità Tat-Trasport ġew parti mill-Awtorità.
Fl-2020 ħarġet sejħa interna għal post ta’ Direttur.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16770 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16455, jista’ l-Ministru jgħid liema kienu l-prijoritajiet mogħtija lil Infrastructure Malta mill-Kunsill Lokali tal-Qrendi rigward toroq li fihom għandhom isiru xogħlijiet matul is-sena 2024 u f'liema stadju wasal il-proċess ta' konsultazzjoni ma’ entitajiet varji biex il-proposti tagħhom fejn jirrigwarda infrastruttura ta' servizzi jiġu inklużi fil-proġetti rispettivi fil-Qrendi? Jista' jgħid ukoll meta ser jibdew ix-xogħlijiet, triq triq, u meta ser jispiċċaw?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Pjan ta’ Ħidma mal-kunsilli Lokali, l-kunsill tal-Qrendi talab it-toroq segwenti; Triq Tabib Gregorio Mifsud, Resurfacing of Triq Is-siggiewi & P/o Triq Maddorbu, Triq Karwija, Sqaq San Lazzru, Triq Il-Providenza, Madonna Tal-Hniena Area, Triq Congreve, Boathouses area, Triq Kastiljani, Triq Dwardu Borg, Sqaq Mitħna u Qrendi Cemetry Rd.
Għaldaqstant Infrastruttura Malta skattat il-proċess ta’ koordinazzjoni mal-entitajiet varji, liema proċess ta’ konsultazzjoni jibqa għaddej u fejn jkun hemm bżonn jiġi mġedded minn żmien għal żmien, sa ma tinbeda it-triq partikolari. Infrastruttura Malta se tkun qed tibda xogħlijiet ta’ dawn it-toroq minn din is-sena, 2024, b’mod sussegwenti sa biex tillimita l-inkonvenjent f’kull lokalità. Meta dawn joqorbu it- tlestija, Infrastruttura Malta terġgħa tniedi proċess ta’ konstultazzjoni mal-kunsill rispettiv għal xogħlijiet oħra.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15771, jista’ l-Ministru jwieġeb is-segwenti mistoqsijiet għall-proġetti li qegħdin isiru bħalissa minn Infrastructure Malta u li huma msemmija fit-tweġiba;
i. meta beda l-proġett;
ii. meta kien proġettat li kellu jispiċċa;
iii. kemm kien hemm flus budgeted għalih u;
iv. kemm fil-fatt ġie jiswa?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15771, jista’ l-Ministru jipprovdi lista tal-proġetti kollha li saru minn Infrastructure Malta fis-sena 2023?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.
Toroq – Kostruzzjoni u manteniment – tnaqqis fuq in-nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex kien hemm tnaqqis ta’ €20 miljun fuq in-nefqa għall-kostruzzjoni u manteniment tat-toroq?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-budget allokkat għall-manutenzjoni tat-toroq għall-2024 jirrifletti r-rieda ta’ dan il-gvern biex ikompli jinvesti fl-infrastruttura tal-pajjiż, infrastruttura essenzjali biex tilqa’ għal żvilupp ekonomiku b’saħħtu bla preċedent. Infakkar lill-Onor. Interpellant li fl-2023 kellna numru rekord ta’ proġetti kapitali kofinanzjati minn fondi Ewropej li mmaturaw u ġew fi tmiemhom. L-allokazzjoni finanzjarja għall-2024 tirrifletti dan.
Kirkop u Ħal Safi — Triq l-Industrija/Triq Carmelo Caruana – Wiċċ ġdid
Question
Jista’ l-Ministru jara li l-wiċċ eżistenti tat-triq fi Triq l-Industrija/Triq Carmelo Caruana, Kirkop/Safi quddiem id-daħla għall-Barracks tal-Forzi Armati ta' Malta jinbidel għax jiżloq, speċjalment meta tagħmel ix-xita u qed jikkaġuna diversi inċidenti għax qed jiskidjaw il-karozzi?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16454, jista’ l-Ministru jgħid liema kienu l-prijoritajiet mogħtija lil Infrastructure Malta mill-Kunsill Lokali ta' Ħal Safi rigward toroq li fihom għandhom isiru xogħlijiet matul is-sena 2024 u f'liema stadju wasal il-proċess ta' konsultazzjoni ma' entitajiet varji biex il-proposti tagħhom fejn jirrigwardja infrastruttura ta' servizzi jiġu inklużi fil-proġetti rispettivi f' Ħal Safi? Jista' jgħid ukoll meta ser jibdew ix-xogħlijiet, triq triq, u meta ser jispiċċaw?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Pjan ta’ ħidma mal-Kunsilli Lokali, l-kunsill ta’ Ħal Safi talab it-toroq segwenti; Triq iz-Żurrieq; Triq l-Iskola; Mistrah Il-knisja – PAVING; Triq San Guzepp; Resurfacing Triq Santa Marija; Triq Salvu Cauchi u Triq Summien.
Għaldaqstant Infrastruttura Malta skattat il-proċess ta koordinazzjoni mall-entitajiet varji, liema proċess ta’ konsultazzjoni jibqa għaddej u fejn jkun hemm bżonn jiġi mġedded minn żmien għal żmien, sa ma tinbeda it-triq partikolari. Infrastruttura Malta se tkun qed tibda xogħolijiet ta’ dawn it-toroq minn din is-sena, 2024, b’mod susseggwenti sa biex tillimita l-inkonvenjent f’kull lokalità. Meta dawn joqorbu it- tlestija, Infrastruttura Malta terġgħa tniedi proċess ta’ konstultazzjoni mall-kunsill rispettiv għal xogħlijiet oħra.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16453, jista’ l-Ministru jgħid liema kienu l-prijoritajiet mogħtija lil Infrastructure Malta mill-Kunsill Lokali ta' Birżebbuġa rigward toroq li fihom għandhom isiru xogħlijiet matul is-sena 2024 u f'liema stadju wasal il-proċess ta' konsultazzjoni ma' entitajiet varji biex il-proposti tagħhom fejn jirrigwardja infrastruttura ta' servizzi jiġu inklużi fil-proġetti rispettivi f'Birżebbuġa? Jista' jgħid ukoll meta ser jibdew ix-xogħlijiet, triq triq, u meta ser jispiċċaw?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Pjan ta Hidma mal-Kunsilli Lokali, l-kunsill ta’ Birżebbuġa talab it-toroq segwenti; Car Park ġewwa Triq Arzella; Triq Għar Dalam; Triq Il-Madonna Ta' Lourdes; Triq Port Hieles - Lower Part; Triq Mons Spit Penza; Triq Rizzi; Triq Florence Nightingale; Triq G Marconi; Triq Il-Fossili; Triq Guzeppi Despott; Triq Il-Gandoffla u Triq Haddiema.
Għaldaqstant Infrastruttura Malta skattat il-proċess ta koordinazzjoni mall-entitajiet varji, liema proċess ta’ konsultazzjoni jibqa għaddej u fejn jkun hemm bżonn jiġi mġedded minn żmien għal żmien, sa ma tinbeda it-triq partikolari. Infrastruttura Malta se tkun qed tibda xogħolijiet ta’ dawn it-toroq minn din is-sena, 2024, b’mod susseggwenti sa biex tillimita l-inkonvenjent f’kull lokalità. Meta dawn joqorbu it-tlestija, Infrastruttura Malta terġa tniedi proċess ta’ konstultazzjoni mall-kunsill rispettiv għal xogħolijet oħra.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħljiet Pubbliċi — Settur pubbliku jew servizz pubbliku - Ħaddiema
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijet parlamentari 15184 u 16046 u jgħid kemm hemm persuni li jaħdmu fis-settur pubbliku jew fis-servizz pubbliku, ma’ dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru li bħalissa qed jaħdmu:
- Full time
- Part time?
Jista’ jgħid kemm minnhom jagħmlu użu minn wieħed minn dawn l-għażliet ta’ Modern Work Practices biex isibu bilanċ bejn ix-xogħol u l-familja:
- Flexi Time
- Flexi Week
- Reduced Hours
- Extended Remote Working
- Remote working?
Jista’ jgħid ukoll hemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma rġiel?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub jinsab fit-tabella ta’ hawn taħt.
Uffiċjali Pubbliċi fl-Uffiċċju tal-Ministru Transport, l-Infrasttrutura u x-Xogħlijiet Pubbliċi
Irġiel
Nisa
Total
Full Time
747
124
871
Part-Time
0
0
0
Flexitime
111
58
169
Flexiweek
0
2
2
Reduced Hours
0
9
9
Extended Remote Working
22
50
72
Remote Working
26
18
44
Entitajiet fi ħdan l-Uffiċċju tal-Ministru Transport, l-Infrasttrutura u x-Xogħlijiet Pubbliċi
Irġiel
Nisa
Total
Full Time
772
254
1026
Part-Time
9
0
9
Flexitime
91
39
130
Flexiweek
68
36
104
Reduced Hours
1
7
8
Extended Remote Working
1
2
3
Remote Working
18
64
82
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16771 u jgħid għalfejn numru kbir ta’ Variable Message Signs (VMS) li ġew installati f’diversi partijiet tan-network tat-toroq, inklużi fil-proġetti tat-toroq li saru fl-aħħar snin, għadhom mhumiex qed jintużaw? Jista’ jgħid kemm swew u jekk dawn inxtrawx wara sejħa pubblika għall-offerti? Jista’ jgħid ukoll jekk it-traffic control centre li miegħu suppost huma konnessi l-VMSs huwiex qed jopera u jekk qed jopera, kemm hemm ħaddiema assenjati għalih u meta ġew impjegati?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara li, relattivement riċenti, ġew installati numru sostanzjali ta' VMSs, bħalissa qegħdin fil-proċess fejn dawn jiġu ntegrati ma’ numru ta' VMSs li kienu mwahhla qabel fi progetti separati. Sar t-tahriġ u handover neċessarju minn Infrastructure Malta għal-Transport Malta u bħalissa qed isiru testijiet sabiex dawn il-VMSs jigu mhaddma kif kien il-pajn oriġinali. Tajjeb ta' min jinnota li dawn il-VMSs jiffurmaw ukoll parti ntegrali minn pjan iktar wiesa fejn dawn se jiġu mħaddma bl-għajnuna ta' Intelliġenza Artifiċjali fi proġett tal-ITS (Intelligent Transport System).
It-traffic control centre ilu jopera mill-2017. It-TCC jopera b'sittax-il uffiċjal li jahdmu fiċ-ċentru fuq bażi 24/7. Ħaddiema ġew assenjati ma din is-sezzjoni mill-2017 'il quddiem.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16914 u jgħid x’ser ikun iż-żmien minimu li fih se jibdew jitħallsu l-fondi tal-karozzi elettriċi?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara li tirċievi l-applikazzjoni Transport Malta tagħmel diversi verifiċi u meta dawn l-verifiċi jkunu saru tinhareġ ittra lill- applikant fejn jiġi infurmat li l-aplikazzjoni tiegħu ġiet aċċettata u approvata u li ser jirċievu il-pagament.
Karozzi elettriċi – Applikazzjonijiet pendenti biex jitħallsu r-rifużjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16915 u jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti biex jitħallsu r-rifużjoni tax-xiri ta’ karozzi elettriċi sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lil-Onor. Interpellant li hemm 1,264 applikazzjoni pendenti li nbgħatu lill-Awtorità sal-aħħar ta’ Diċembru 2023 u 280 applikazzjoni li inbgħatu bejn Jannar u l-aħħar ta Frar 2024 biex jitħallsu r-rifużjoni tax-xiri ta’ karozzi elettriċi.