Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li tinfetaħ berġa fil-lokalità tal-Qrendi? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid fejn ser tkun din il-berġa u meta hemm il-ħsieb li tibda sservi lir-residenti tal-lokalità tal-Qrendi?
Sptar Ġenerali ta’ Għawdex — 'Emergency Ambulance Responder Trainee / Emergency Ambulance Responder 1 at the Gozo General Hospital' - Applikanti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-interviews għas-sejħa li ħarġet fix-xhur li għaddew biex jiddaħħlu persuni fil-grad ta' 'Emergency Ambulance Responder Trainee / Emergency Ambulance Responder 1 at the Gozo General Hospital' sarux u meta ħareġ ir-riżultat? Kemm kien hemm applikanti u kemm minnhom għaddew mill-interview? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm ippjanati li jiddaħħlu ħaddiema f'dan il-grad skont il-Capacity Building fil-ġimgħat li ġejjin?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-interviews għal Emergency Ambulance Responder Trainee / Emergency Ambulance Responder 1 għall-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex saru u r-riżultat inħareġ fil-5 ta’ Marzu 2024. Kien hemm 101 applikant li minnhom 55 għaddew dan il-proċess ta’ selezzjoni. Ir-riżultat huwa validu għal-sena u jiġu appuntati kandidati skont l-eżiġenzi tas-Servizz tul din-is-sena.
Jista’ l-Ministru jgħid meta (xahar u sena) ser tkun qed terġa’ topera mill-ġdid il-Berġa tas-Saħħa ġewwa Għajnsielem f’Għawdex?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li ċ-ċwievet tas-sit li fih li kien hemm il-Berġa ta’ Għajnsielem kienu ġew mogħtija lura lill-Kunsill Lokali ta’ Għajnsielem f’Diċembru 2021.
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet is-sejħa għall-offerti għall-kiri ta' sit għall-klinika fil-komunità f’San Pawl il-Baħar? Jista' jgħid meta nħarġet is-sejħa għall-offerti hekk kif din is-sejħa nħarġet iktar minn darba? Jista' jgħid ukoll jekk ġewx mitfugħa offerti għas-sejħa tal-offerti li nħarġet l-aħħar? Jekk iva, kemm-il offerta ġiet mitfugħa u liema ġiet aċċettata u x’kienet ir-raġuni għaliex l-oħrajn ma ġewx aċċettati? Jekk le, x’azzjoni ser tkun qiegħda tittieħed biex jinstab post għall-użu ta’ klinika fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat illi f’Jannar 2024 sar Market Research fejn ġew involuti numru ta’ Real Estate Agents fejn ġew mogħtija l-informazzjoni meħtieġa skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-offerti ppubblikati. Infurmat ukoll li ddaħlu żewġ offerti, u qed tiġi esplorata waħda minnhom peress li l-oħra ma kienitx skont l-ispeċifikazzjonijiet mibgħuta.
Dawn huma d-dati meta s-sena l-oħra nħarġu s-sejħiet tal-offerti: 11 ta’ Awwissu 2023; 5 ta’ Settembru 2023; u 11 ta’ Ottubru 2023. L-ebda offerta ma ġiet mitfugħa.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ilha out-of-stock il-mediċina Valsartan (tal-pressjoni)? Jista’ l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għal dan, u meta ser terġa' tkun disponibbli?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li qed titqassam il-Candesartan u mhix out of stock.
Jista’ l-Ministru jgħid min hu intitolat għal Blood Glucose Monitor? Jista’ jgħid ukoll liema hi d-data tat-twelid li titqies bħala l-cut off date għall-persuni ta’ 45 sena?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif ħabbart meta nidejt l-estensjoni tas-servizz tal-Continuous Glucose Monitoring, il-persuni ntitolati huma:
• Persuni li għandhom il-kundizzjoni tad-dijabete tip 1 (dipendenti fuq l-insulina) li għandhom età bejn 35 u 45 sena;
• Persuni li minħabba mard relatat mal-frixa jiġu dipendenti fuq l-insulina;
• Persuni li jbatu mill-kundizzjoni tad-dijabete matul it-tqala (Gestational Diabetes).
B’hekk, il-Gvern qed jwettaq wegħda oħra hekk kif qed jestendi s-servizz tal-monitoraġġ tad-dijabete, mhux biss tat-tip 1 imma wkoll f'ċirkostanzi partikolari. Huwa mistenni li madwar 200 persuna ser jibbenefikaw għall-ewwel darba minn dan is-servizz, li qed jsir b'investiment ta' aktar minn miljun ewro.
Għar-rigward tal-cut off date marbuta mal-età ta’ 45 sena, din għandha tfisser li kull persuna li għad għandha sa 45 sena, li jfisser sad-data qabel tagħlaq 46 sena.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18899, jista' l-Ministru jgħid jekk hux se tinfetaħ community clinic fil-lokalità tal-Qrendi? Jekk fl-affermattiv, fejn se ssir din il-community clinic u meta hu ppjanat li tibda' tagħti servizz lir-residenti tal-Qrendi?
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista dettaljata tal-pagamenti bid-dati, l-ammont u r-raġuni, li saru lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament matul l-2022 u l-2023?
Jista’ l-Ministru jgħid x’sistema hemm biex tiggarantixxi post għal servizz ta’ respite residenzjali ta’ emerġenza f’każ pereżempju li l-primary carer jiddaħħal l-isptar b’emerġenza?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li meta jkun hemm bżonn ta’ respite residenzjali ta’ emerġenza, jintużaw sodod li huma vakanti taħt l-iskema tar-respite. Jekk dawn ikunu kollha okkupati, tintuża sodda vakanti taħt l-iskema ta’ residenza fit-tul.
Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva — Artikli u opinjonijiet fuq gazzetti - Nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu fuq artikli u opinjonijiet fuq gazzetti mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn l-artikli, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-gazzetti li l-Ministeru xtara artiklu? Jista' jindika wkoll liema minn dawn l-artikli kienu intervisti jew rapporti?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux qed ikun hemm ħalib adattat għal min jgħix fuq il-PEG feeding?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-ħalib mixtri hu nutrizzjoni kompleta f’forma ta’ likwidu u huwa adattat għal min jgħix fuq il-PEG feeding. Jekk il-pazjent jixtieq xi għajnuna għandu jkellem lill-kliniku.