ftehim tal-Konferenza ta' Copenhagen dwar il-bidla fil-klima
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim tal-Konferenza ta' Copenhagen dwar il-bidla fil-klima?
Response (PULLICINO, GEORGE)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Membru ilha pubblika għal diversi ġranet fuq il-websajt tas-segretarjat tal-United Nations Framework Convention on Climate Change (UNFCCC).
Bejjiegħa tal-laħam li bbenefikaw minn fondi tal-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3563 u jgħid jekk kienx hemm individwi fil-qasam tal-bejgħ tal-laħam li bbenefikaw minn fondi tal-Unjoni Ewropea? Jekk iva, kemm kienu dawn l-individwi bħala numru u kemm ibbenefikaw b'mod individwali f'kull każ?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob l-Onor Interpellant jiċċara jekk hux qiegħed jirreferi għall-butchers tradizzjonali biss jew hux qed jinkludi dawk tal-ipproċessar.
Fish farming u fish-hatchering — policy nazzjonali
Question
Jista' l-Ministru jispjega x'inhi l-policy nazzjonali dwar il-fishfarming u l-fish-hatchering?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat illi l-policy nazzjonali tal-akwakultura preżenti ġiet addottata mill-MEPA fl-2004. L-Onor Interpellant huwa mitlub jirreferi wkoll għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 12305
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm u f'liema lokalitajiet hu mistenni li jiġu organizzati attivitajiet taħt il-kappa ta' "Naturalment Malti" li matul l-2009 kienu suċċess kull fejn kienu organizzati?
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa l-impjant tal-inċineratur tal-Marsa biex jiġi stallat?
Kemm intnefqu flus fuq ir-
retrofitting tiegħu
?
Kemm kienu l-
o
perational costs
tiegħu sa mill-i
start up
sal-lum sena b’sena, inkluż il-perjodu qabel ma ġie
fully commissioned
?
Kemm-il tunnellata skart ġie inċinerat?
Kemm kien hemm waqfien tal-impjant li ma kienx skedat u ppjanat bil-quddiem?
Kemm-il darba twaqqaf l-impjant għall-manteniment mill-bidu tiegħu sal-lum?
Jista' jaghti
breakdown
dettaljat dwar kemm ġie proċessat skart mill-biċċerija, skart kliniku u skart kimiku f’termini ta’ volumi sena b’sena?
Response (PULLICINO, GEORGE)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor Membru għadha qed tinġabar u risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13025 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, kopja tal-aħħar accounts tal-WasteServ?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Il- Wasteserv hija kumpannija pubblika limitata li hija regolata bil-Companies Act. Dan jobbligaha li tissottometti l-accounts awditjati lill-MFSA u għalhekk diġà huma aċċessibli.
Unjoni Ewropea — Cohesion Funds - Modernizar tal-Impjant għar-Riċiklaġġ ta' Sant' Antnin
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12527 u jgħid jekk il-fondi approvati mill-Unjoni Ewropea mill-Cohesion Funds għall-Immodernizar tal-Impjant għar-Riċiklaġġ ta' Sant' Antnin f'Wied il-Għajn, għaddewx għand l-awtoritajiet/entijiet rispettivi? Jekk fl-affermattiv, meta? Lil liema awtorità/enti? Kemm flus?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob l-Onor Membru biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — Informazzjoni dwar bordijiet
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra tar-Rappreżentanti kif ġej:
a. Liema Bordijiet jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu?
b. In-numru ta’ diretturi fuq dawn il-bordijiet?
ċ. Kemm minnhom huma nisa u kemm huma rġiel?
d. Kemm hemm
chairpersons
nisa fuq il-Bordijiet tal-Ministeru konċernat?
e. Kemm inħatru diretturi u
chairpersons
wara li saret sejħa għall-applikazzjonijiet?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Qiegħed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid ġaladarba diġà hemm kumpaniji li diġà kienu involuti f sistemi ta' riċiklar, allura għalfejn se ssir skema pilota, hekk kif tħabbar fil-budget? Dawn l-azjendi li kienu diġà bdew, ingħataw lura bħala refunds xi eko-kontribuzzjonijiet? Jekk fl-affermativ, kemm u meta? Jekk fin-negattiv, għaliex le?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat illi fl-aħħar baġit il-Gvern ħabbar li ser jagħmel proġett pilota fl-amministrazzjoni tal-eko kontribuzzjoni u mhux ta’sistema ta riċiklar. Tant hu hekk li dakinhar li ġie ppreżentat il-baġit ġew ippublikati numru ta’abbozzi ta’avviżi legali f’dan ir-rigward.
Fuq it-tieni parti tal-mistoqsija irrid jingħad illi sakemm ma jidħolx fis-seħħ l-avviż legali ma tista’ titħallas l-ebda rifużjoni tal-eko kontribuzzjoni
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14066 u jgħid kemm hemm ħaddiema impjegati bħala plumbers fil-Garage Section tal-Marsa? Jista' jgħid kemm saru inspections b'kollox fuq din il-kategorija ta' ħaddiema? Jista' jgħid kemm-il inspection saret fuq kull ħaddiem f'dawn l-aħħar tliet snin?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat illi fid-Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi tal-Marsa preżentament hemm 41 ħaddiem bil-grad ta’ Plumber u 4 ħaddiema bil-grad ta’ General Water Fitter. Fil-perjodu li qed isemmi l-Onor Membru saru ħames spezzjonijiet. Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija, l-informazzjoni mitluba ma tistax tingħata minħabba l-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data.
Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal in-National Flood Relief Project? Meta hu ppjanat li se jinbeda x-xogħol? Kemm hu stmat li se jiġi jiswa l-proġett? Meta hu previst li jitlesta? Min hu l-perit responsabbli minn dan il-proġett?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat illi l-proġett nazzjonali għat-taffija tal-għargħar (National Flood Relief Project) wasal fl-istadju fejn qed jiġu finaliżżati il-proposti preliminari u bdew jitħejjew stimi preliminari. F’dan iż-żmien qed isiru ukoll il-Cost Benefit Analysis kif ukoll l-Environmetal Impact Assessment. Ix-xogħol ippjanat li jibda fis-sena 2011 u maħsub li jitlesta lejn l-aħħar tas-sena 2013. Skont stimi preliminari il-proġett ser jiswa madwar €55 miljun. Il-proġett qed jitmexxa minn Project Team ikkordinat mit-Taqsima tas-Servizzi.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' bdiewa full-time u part-time li matul is-sena li għaddiet (2009) daħlu biegħa fil-pitkalija ta' Malta u Għawdex?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat illi matul is-sena 2009 kien hemm 2039 bidwi full-time u part-time li daħħlu l-biegħa fil-pitkalija ta’ Malta u Għawdex.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-ministeru hux se jieħu xi passi partikolari biex f'każ ta' mewt ta' persuna f'Malta u f'Għawdex titħawwel siġra fil-lokalità fejn kien joqgħod, simili għall-inizjattiva marbuta mat-tħawwil tas-siġar għal wild li jkun hemm fil-lokalità?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat illi l-Gvern diġa għandu skema msejjħa Tree for Life li tħeġġeġ lill-pubbliku b’mod volontarju jħawwel siġra meta jmut xi ħadd għażiż għalihom, bħala parti mill-kampanja 34U.
Jista’ l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 14111 u 13888 u jagħti breakdown tal-ispiża li saret fil-proġett ta’ Pjazza San Ġorġ inkluż il-ħlas li sar lil kull kuntrattur? Kemm kienet in-nefqa għall-attivitajiet promozzjonali li saru fil-ftuħ ta’ dan il-proġett?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba fl-ewwel parti tal-mistoqsija. Għat-tieni parti tal-mistoqsija nirreferi lill-Onor Membru ghat-tweġiba numru 13732.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14110 jgħid x'qiegħed jiġri mill-winerytal-Gvern fil-Buskett? Din il-winery ingħatat lill-privat? Jekk fl-affermattiv, b'liema kundizzjonijiet?
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-fish farms humiex regolarizzati b'xi tip ta' regolamenti nazzjonali, tal-Unjoni Ewropea jew internazzjonali?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-
fish farms
huma regolati minn diversi entitajiet fosthom l-
Agriculture and Fisheries Regulation Division , il-Malta Maritime Authority, l-MEPA u minn rakkomandazjonijiet tal-ICCAT.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8756 u jgħid x’miżuri qed jittieħdu mill-Environment Landscaping Consortium biex jiġi assigurat li n-numru ta’ pjanti u siġar importati ma jdaħħlux magħhom mard, insetti u annimali oħra li jistgħu jkunu ta’ dannu kemm għall-ambjent naturali, kif ukoll għall-agrikoltura, bħalma ġara fil-każ tal-Bumunqar Aħmar tal-Palm u oħrajn?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-monitoraġġ f’dan il-kamp jaqa’ taħt id-Dipartiment tas-Saħħa tal-Pjanti u mhux taħt l-ELC. Bħal kull operatur lokali ieħor, l-ELC irridu joqgħodu għal kull direttiva maħruġa minn dan id-Dipartiment.
Nirreferi wkoll l-Onor. Membru għar-risposta li kont tajt għall-mistoqsija nru 5322.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9705 li saret sitt xhur ilu u jgħid jekk l-operatur tal-pompa tal-petrol fin-naħa ta’ fuq ta’ Rue D’Argens Sliema/Gżira għandux il-permessi kollha meħtiega biex jopera skond il-liġi?
Jista' l-Ministru jikkonferma x’passi konkreti qed jittieħdu dwar traceability ta’ animal by products fil-biċċerija li mhumiex adegwati għall-konsum uman biex jiġi żgurat li ma jerġgħux jidħlu fil-food chain?
Jista' l-Ministru jgħid minn liema ditta sar ix-xogħol tal-conversion tal-inċineratur tal-Marsa biex issir espansjoni tal-operat tiegħu? Kif intgħażlet din id-ditta?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurma lid-Ditta responsabbli mill-upgrading tal-Impjant kienet Barbier & Tarozzi SpA, l-istess waħda li bniet l-impjant. L-iskop li nżammet din id-ditta kien li kienet taf eżattament fiex tikkonsisti l-installazzjoni. Il-WasteServ ma setgħetx iddaħħal kumpanija oħra peress li kienet titlef il-garanzija tal-Impjant oriġinali. Dan kien importanti minħabba li l-impjant oriġinali kien għadu ma ġiex ikkummissjonat u operat għal numru ta’ snin.
Kien hemm estensjoni tal-kuntratt oriġinali mid-Dipartiment tal-Kuntratti wara li nġiebet
clearance
dwar l-iffinanzjar tiegħu mill-Ministeru tal-Finanzi.