Jista’ l-Ministru jinforma x’tip ta’ tindif qed isir, inkluż knis u ħasil ta’ bankini u toroq, fit-toroq kollha (inkluż il-promenade) ta’ San Pawl il-Baħar (inkluż Buġibba, Qawra u Xemxija)? Kull meta jsir dan ix-xogħol? Min qed iwettaq dan ix-xogħol? Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-programm u skeda ta’ dawn ix-xogħlijiet? Jista’ l-Ministru jassigura li dan ix-xogħol isir b’mod regolari b’mod partikolari fix-xhur tas-sajf?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat illi qed isiru diversi tipi ta' tindif madwar il-lokalita ta' San Pawl il-Bahar, kemm mill-kuntratturi privati, minn naha tal-Cleansing & Maintenance Division kif ukoll mill-haddiema tal-Kunsill kif indikat aktar l’isfel:-
Tip ta’ Tindif
Frekwenza ta’ Tindif
Tiknis
Isir bi skeda u/jew skond l-esiġenza mill-kuntrattur tal-Kunsill kif ukoll mill-ħaddiema tal-Cleansing & Maintenance Division.
Matul il-Laqgħa 45 ta' 24 ta' Mejju 2022, il-Kunsill approva x-xiri ta' servizz addizzjonali ta' knies għax-xhur tas-Sajf.
Litter Bins
It-tindif isir mill-kuntrattur tal-Kunsill kif ukoll mill-ħaddiema tal-Cleansing & Maintenance Division, fejn numru sostanzjali minnhom jintbagħtu darbtejn kuljum.
Il-Kunsill jixtri servizz addizzjonali ta' tbattil ta' litter bins kull meta jinzammu attivitajiet tal-massa.
Ġbir ta’ Skart
Isir bis-skeda skont kif iddettat mil-ligijiet tal-pajjiz.
Il-Kunsill joffri servizz addizzjonali għall-gbir tal-borza s-sewda darba fil-gimgħa.
Laqgħa 45 ta' 24 ta' Mejju 2022, il-Kunsill approva x-xiri ta' servizz addizzjonali ta' gbir ta' skart mill-akkwati tal-boat houses f'ta' Fra Ben sa Triq tax-Xtut.
Power Wash
Il-Kunsill joffri servizz ta' hasil bil-power wash ta' diversi nħawi, fosthom turgin u spazji miftuha pubblici u hasil ta' bankijiet u litter l-bins u l-madwar skond l-esigenza.
Il-kuntrattur tal-Kunsill jaħsel il-bins skond il-bzonn.
Il-Cleansing & Maintenance Division toffri servizz ta' ħasil ta' toroq bil-power wash skond l-esigenza.
Kunsill Lokali Ħad-Dingli — miżati għas-sessjonijiet tal-Pilates
Question
Jista' l-Ministru jgħid ir-raġuni għaliex kien hemm żieda sostanzjali fil-miżata tas-sessjonijiet tal-Pilates offruti mill-Kunsill Lokali Ħad-Dingli? Jista' jikkonferma ż-żieda kemm kienet? Jista' l-Ministru jikkonferma wkoll kif qed jinqasam il-qligħ miġbur minn dawn is-sessjonijiet?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onorevoli interpellanta li ninsab infurmat li l-għalliema tal-Pilates in kwistjoni għolliet il-prezz tagħha. Informat ukoll li l-Kunsill imminimizza t-telf tiegħu fuq dan is-servizz sabiex dan l-istess servizz jiġi kważi break-even.
Kunsili li m’għandhomx fejn isiru sessjonijiet ta' keep fit
Question
Jista' l-Ministru jgħid hemmx pjan biex Kunsilli li m’għandhomx binja fejn jospitaw korsijiet jew sessjonijiet ta’ keep fit, pilates, yoga jew oħrajn, jistgħu jagħmlu użu minn swali ta’ skejjel fl-irħula rispettivi tagħhom? Jekk iva, meta ser jibda dan l-arranġament u f’liema lokalitajiet f’Malta u Għawdex?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni tinsab fit-tabella t’hawn taħt.
Kunsill Lokali
Il-Kunsill Lokali tagħkom għandu pjan biex jekk ma għandkomx binja fejn jospitaw korsijiet jew sessjonijiet ta’ keep fit, pilates, yoga jew oħrajn, jistgħu jagħmlu użu minn swali ta’ skejjel fil-lokal rispettiv tagħkom? (IVA/LE)
Jekk IVA, Meta ser jibda dan l-arranġament?
Birkirkara
IVA
Infurmat li fil-Binja tal-Kunsill Lokali hemm post fejn isiru l-korsijiet u nfurmat li l-Kunsill ghandu arrangament ma’ skola tal-gvern
Ħad Dingli
IVA
Infurmat li l-Kunsill ghandu binja Devoluta lilu fejn isiru dawn il-korsijiet
Ħal Għargħur
IVA
Infurmat li diġa jsiru diversi sessjonijiet fil-Sala tal-Komunita' tal-Kunsill Lokali Ħal Għargħur.
Ir-Rabat
IVA
Infurmat li l-Kunsill rispettiv ser jiddiskutu dan waqt il-laqgħa tal-Kunsill peress li nfurmat li l-Kunsill ma setax jibda qabel minħabba l-miżuri tal-Covid 19
Santa Venera
IVA
Infurmat mill-Kunsill li l-arranġament diġa qed iseħħ.
Tas-Sliema
IVA
Infurmat mill-Kunsill li l-arrangament beda fis-segwenti data: 21.06.2022
Swieqi
IVA
Infurmat mill-Kunsill li diġa qegħdin isiru arrangementi.
Kunsill Lokali San Pawl il-Baħar — Telgħa tal-Imbordin - spezzjoni
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 114, jista’ l-Ministru jgħid xi rriżulta mill-ispezzjoni li għamel il-Kunsill Lokali San Pawl il-Baħar fiż-żona msemmija fl-istess mistoqsija parlamentari ġewwa l-Imbordin?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li ninsab infurmat li wara li daħlet id-domanda parlamentari, saret ispezzjoni oħra mill-Contracts Manager tal-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar fejn ma jirriżultax li hemm problema partikolari u għaldaqstant jiġi apprezzat jekk jiġi indikat eżatt fejn u x’inhi l-problema, jekk dejjem din teżisti.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali – Għajnuniet lil għaqdiet involuti fil-festi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ għajnuniet ta l-Ministeru tiegħu lill-għaqdiet involuti fil-festi tul l-aħħar ħames snin, inkluż meta l-festi ma sarux jew kienu mnaqqsa minħabba l-pandemija?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Arts Council Malta tat dawn it-tip ta’ għajnuniet lill-għaqdiet involuti fil-festi tul l-aħħar ħames snin (2018-2022):
· Skema għal aktar Saħħa u Sikurezza fil-Kmamar tan-Nar (2018-2022);
· Skema ta’ Finanzjament Artistiku għall-Għaqdiet tal-Armar tal-Festi, Għaqdiet Kulturali u Soċjali (2020-2021);
· Skema ta’ Finanzjament ta’ Proġetti Artistiċi għas-Soċjetajiet tal-Banda (2018-2021)
Dan minbarra għajnuniet oħra li jingħataw lill-għaqdiet involuti fil-festi mid-diversi entitajiet oħra kulturali li jifformaw parti mill-Ministeru. Pereżempju l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta (li twaqqfet fl-2019) ħadmet mill-qrib ħafna tal-għaqdiet involuti fil-festi kemm tal-Belt kif ukoll ta’ bnadi oħra. L-Aġenzija kkuntrattat (bi ħlas) is-servizzi tagħhom kif ukoll użat (dejjem bi ħlas) diversi spazji li huma propjetajiet ta’ dawn l-għaqdiet sabiex tellgħet bosta mill-avvenimenti tagħha kif ukoll għal skopijiet oħra relatati max-xogħol tal-Aġenzija.
Jista’ l-Ministru jgħid kif ibbenefikaw l-artisti mill-iskemi li kien hemm matul il-pandemija, b’mod partikolari fis-sena 2020/2021? X’kien l-ammont totali investit minn dawn l-iskemi u kemm ibbenefikaw artisti?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt biex l-informazzjoni mitluba tinġabar.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali – Proġetti ta’ restawr
Question
Jista’ l-Ministru jgħid xi proġetti ta’ restawr hemm għaddejjin bħalissa taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru tiegħu, inkluż dawk li qed jinħadmu ma’ terzi?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt:
Projects and works currently in hand by the Restoration Directorate.
1. RESTORATION WORKS BY TENDER
1.a Local Funds – Votes administered by the Restoration Directorate
· Fort Ricasoli, Kalkara - St Dominic Demi-Bastion
· Fort Ricasoli, Kalkara - Rebuilding and Restoration Works on the Façade of the Casemates along the Tenaille
· Cospicua, St. John Bastion, Cottonera Lines
· Cospicua, St. John's Curtain and Gate, Cottonera Lines
· Senglea, Restoration of Bastion Wall on Triq is-Sur
· Vittoriosa, Restoration of the Upper Part of Notre Dame Gate
· Mdina, Restoration of Gharreqien wall
· Jesuit Church, Valletta - Interior of Sacristy and Oratories
· Jesuit Church, Valletta - electrical and mechanical works in the Sacristy and the Oratories;
· Valletta, Embellishment works at St. Christopher Str c/w Mediterranean Str Valletta
· Vittoriosa, Restoration of the Façade at auberge d’Anglaterre
1.b Local Funds – third party funding allocations
· MICAS Floriana - Ground Works and Construction Works at the parking and approach area (Phase 4)
· MICAS Floriana – Finishing (embellishment and landscaping) works at the parking and approach area (Phase 4)
· Valletta, VDC, Refurbishment of Offices for VCA at 74, Melita Street Valletta, Tender for the restoration of the facades
1.c ERDF Funds
· Notarial Archives, Valletta - internal alterations and refurbishment.
· MICAS Galleries, Floriana - Excavation to finishes
2. RESTORATION WORKS BY DIRECT LABOUR
· Victoria Lines
· Qrendi – Tal-Hniena Sanctuary
· Wardija Tower, Zurrieq
· Oratorju Santissimu Kurcifiss, Valletta
· Maria Regina Parish Church, Marsa
· Kirkop Historic Arch
· Floriana – St. Publius Statue
· Valletta – Lion’s Column
· Lija – Chapel of Our Lady
· Hamrun – Water tower
· Rabat – historic parvis wall
· Various – Fortifications maintenance and emergency interventions on historic structures
Projects and works currently in hand by Heritage Malta
· Grandmaster's Palace, Valletta
· Maritime Museum, Birgu
· Inquisitor's Palace, Birgu
· Main Guard, Valletta
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali – Entitajiet – Organizzazzjoni tal-Karnival
Question
Jista’ l-Ministru jindika x’kien is-sehem tal-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu biex kien possibbli li jerġa’ jkun organizzat il-Karnival din is-sena?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni tinsab f’din it-tabella t’hawn taħt:
Festivals Malta
Festivals Malta huwa l-Organizzatur ewlieni responsabbli sabiex jorganizza l-Karnival ta’ Malta, bl-għajnuna tal-Kumitat Tal-Karnival li jinħatar kull sena mill-Ministru, u li jaqa’ taħt ir-responsabilta’ ta’ Festivals Malta. Qabel dik is-sena, l-Karnival ta’ Malta kien organizzat mill-Kunsill Malti Għall-Arti.
Bħas-snin ta’ qabel, dak kollu li jkun organizzat b’mod uffiċċjali u li jagħmel parti mill-programm uffiċċjali jkun organizzat u moniterjat mill-Uffiċċjali ta’ Festivals Malta. Biex attivita bħal din tkun tista ssir b’success, Festivals Malta jkollha l-koperazzjoni tal-Forzi tal-Ordni, s-CPD, d-Dept. tas-Saħħa Pubblika, l-Cleansing and Maintenance Directorate, l-Għaqda tal-Parteċipanti, l-Valletta Cultural Agency, l-MTA, l-Kunsill Lokali tal-Belt flimkien ma Kunsilli Lokali oħra, Spazju Kreattiv u diversi entitajiet oħra li jikkoperaw bis-sħieħ sabiex attivita daqstant kbira tkun suċċess.
Spazju Kreattiv
Spazju Kreattiv provda kmamar biex ikun jistghu ibidlu u jinzammu ‘props’ u kostumi taz-zeffiena u partecipanti.
Valletta Cultural Agency
Il-Valletta Cultural Agency għaddiet Eur10,000 lil Festivals Malta speċifikament għall-Ballu tal-Karnival.
Kunsill tal-Ilsien Malti
Il-qarċilla hija tradizzjoni lokali ta’ ¿mien il-Karnival li reġgħet magħna fl-aħħar snin. Minn ¿mien il-Kavallieri kienet waħda mill-ftit xogħlijiet letterarji bil-Malti li kienu sabu post ċentrali f’dawn iċ-ċelebrazzjonijiet. Il-Kunsill tal-Malti kien fost l-ewwel entitajiet li fehem l-importanza li nikkuraw dan il-ġeneru letterarju. Tradizzjonalment il-qarċilla kienu jistampawha u, għalhekk, il-Kunsill jidħol għal dan biex inkomplu nsaħħu t-tradizzjoni.
Public Broadcasting Services
Il-Public Broadcasting Services iffilmjat u xandret b'mod dirett il-Karnival fuq TVMNews+ nhar is-Sibt 21 ta' Mejju mid-09:30 sa 12:00 u l-Ħadd 22 ta' Mejju mit-15:00 sas-18:45.
Teatru Manoel
Teatru Manoel ta’ self ta’ kostumi lil Festivals Malta sabiex jerġa jiġi organizzat il-Karnival.
Kunsilli Lokali — Segretarji Eżekuttivi u skrivani klerikali nieqsa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx Segretarji Eżekuttivi u skrivani klerikali nieqsa mill-kunsilli lokali? Kif ilhom dawn nieqsa fil-kunsilli ikkonċernati?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt biex l-informazzjoni mitluba tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid:
A. Id-data li fiha ħarġet is-sejħa għall-Chief Operations Officer (COO) fl-Aġenzija Malta Libraries;
B. Fejn ġiet ippubblikata;
C. X’rekwiżiti ntalbu fis-sejħa għall-istess COO.;
D. Minn min kien kompost il-bord tal-għażla, u fuq liema kompetenza;
E. Kemm applikaw kandidati;
F. Min kien il-kandidat jew kandidata li ntagħażlet;
G. Xi kwalifiċi għandu jew għandha fix-Xjenzi tal-Libreriji u Arkivji;
H. X’kienu x-xogħlijiet preċendenti tal-kandidat magħżul; u
I. Minn meta beda t-terminu tiegħu/tagħha fil-Malta Libraries?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li il-pożizzjoni ta’ Chief Operations Officer (COO) ma’ Malta Libraries ġiet mimlija skont id-Direttiva Nru 7 (Delegation of Authority to Recruit in the Public Sector Entities) nhar it-23 ta’ Novembru 2020 u dan għal perjodu ta’ tliet snin.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 680 u jinforma lill-Kamra bil-proċedura li wieħed jista' jsegwi biex ikun jista’ jakkwista jew iżomm għandu artifatt tal-istorja?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed nifhem li, meta l-Onor. Interpellant qed jirreferi għal artifatti tal-istorja, hu qed jirreferi għal oġġett ta’ valur tal-patrimonju kulturali. Dan hu regolat bl-Att tal-Patrimonju Kulturali (Kap. 445).
Ħal Qormi – Triq l-Għargħar 1979 – Proġett tal-ġnien
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 262, li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid x’qiegħed jikkawża d-dewmien fil-proġett tal-ġnien fi Triq l-Għargħar 1979 f’Ħal Qormi? Jista’ jagħti indikazzjoni ta’ meta hu mistenni li jitlesta?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi li r-residenti kienu pprotestaw ma’ Wasteserv, fuq kwistjonijiet ta’ spazji tal-parkeġġ.
Għaldaqstant saru laqgħat sabiex tinstab soluzzjoni, li tmur lil hinn mill-remit tal-Kunsill Lokali de quo.
Ħal Qormi – Triq l-Għargħar 1979 – Proġett tal-Ġnien — Ħitan
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 263, li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali u li issa ġiet riferuta lilu, u jinforma lill-Kamra jekk kienx hemm tibdil fl-għoli tal-ħitan mis-simulazzjoni diġitali li kienet intweriet fit-tnedija tal-proġett tal-ġnien fi Triq l-Għargħar 1979 f’Ħal Qormi?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt biex l-informazzjoni mitluba tinġabar.
Skont it-Terms of Reference tal-Bord Editorjali tal-PBS (para 6d) l-istess Bord irid jippreżenta rapport kull sena, għaldaqstant, jista' l-Ministru jippubblika r-rapporti tal-PBS mill-2016 sal-lum?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt biex l-informazzjoni mitluba tinġabar.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-Bord tad-Diretturi tal-PBS? Meta jagħlaq it-terminu tal-ħatra tagħhom? Kemm hija r-remunerazzjoni tagħhom?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-membri attwali tal-Bord offrew ir-riżenja tagħhom u ninsabu fil-proċess li jinħatar Bord ġdid.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx rekords tax-xelters li kienu jintużaw fil-gwerra u llum jinsabu magħluqa?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li s-Sovrintendenza għandha l-pjanti tax-xelters pubbliċi tat-Tieni Gwerra Dinjija ta’ Malta.
Riċentament sar eżerċizzju fejn dawn ġew immarkati fuq is-sistema tal-GIS (s’issa għadha interna). Ħafna minn dawn ix-xelters jinsabu f’toroq, b’hekk huma magħluqa. L-unika xelters li kienu mogħtija taħt Att ta’ Kurazija, u b’hekk huma operati bħala mużew, huma dawk ta’ Couvre Porte fil-Birgu.
Iżda hemm numru ta’ xelters oħrajn, speċjalment fil-pjazzez ta’ bliet u rħula, li jinfetħu okkażjonalment, waqt festi jew ġranet speċjali, mill-kunsilli lokali jew għaqdiet.
Bormla – Triq l-Inkurunazzjoni – restawr ta’ knisja
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk qattx kien hemm pjan li tiġi restawrata u miftuħa għat-turisti knisja mill-eqdem li hemm taħt l-art fi Triq il-Inkurunazzjoni f’Bormla?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-Kappella tan-Natività li hemm taħt l-art fi Triq l-Inkurunazzjoni f’Bormla hija waħda mill-proġetti fil-pjan tax-xogħolijiet tal-Uffiċju tal-Proġetti ta’ Rijabilitazzjoni fi ħdan id-Direttorat tar-Restawr.
Kunsill Lokali Marsaskala — Sistema ta’ Software speċjalizzat
Question
B’referenza għar-risposta ta’ mistoqsija parlamentari 21370 tal-Leġiżlatura XIII, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala daħħalx software speċjalizzat dwar l-ilmenti li jressqu r-residenti?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala għad m’għandux software speċjalizzat fuq l-ilmenti madanakollu hemm l-intendiment li tali software jiddaħħal fl-iqsar żmien possibbli.
Infurmat ukoll illi l-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala jaċċetta proċessar ta’ permessi u servizzi oħra minn fuq l-internet u għalhekk se jara kif jista' jadatta l-istess software għall-ilmenti.