Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk persuna tistax tbiddel l-ispiżerija lokali (tar-raħal tagħha) li minnha tiġbor il-mediċini li hi ntitolata għalihom? Jekk iva, x'inhi l-proċedura li trid tintuża?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li pazjent reġistrat ma' l-Iskema ta' l-Għażla tiegħek jista' jibdel l-Ispiżerija għall-waħda oħra ta' l-Għażla tiegħu/tagħha.
Informat ukoll li l-proċedura li għandha tiġi segwita hija li timtela formola ġdida li magħha l-pazjent ikun se jirreġistra. Din il-formola ta' reġistrazzjoni ġdida għandha tinbagħat lid-Dipartiment ta' l-Iskema ta' l-Ispiżerija Tiegħek fl-Isptar San Luqa flimkien ma ittra mill-pazjent fejn tingħata r-raġunijiet għalfejn se tinbidel l-Ispiżerija.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 3994 u jgħarrafni mill-2004 sal-lum kemm-il direct order ingħatat mill-Ministeru responsabbli għalih u dipartiment li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministru? Lil min ħarġu dawn id-direct orders u kemm kien l-ammont f'ċifra ta' flus?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qiegħed fit-tabelli li ser jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3846 u jara għaliex ma jridux jagħmlu hyperbaric ġewwa l-Isptar Mater Dei, meta t-tobba ta' sptar Amerikan kif ukoll professuri barranin qalu li b'hekk isir progress fil-każ tat-tifel, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li l-każ ta’ dan it-tifel kien ġie riferut lil speċjalista fil-Baromedicine fl-iSptar Mater Dei fit-3 ta’ April 2008. Il-konkużjoni ta’ dan l-ispeċjalista kienet li t-tifel ftit li xejn kien ser jibbenifika mit-terapija tal-Hyperbaric Oxygen filwaqt li kien ser ikun espost għal riskji kawza tal-High Pressure Oxygen. Dan kollu jaqbel mal-konklużjonijiet li ntlaħqu waqt l-aħħar European Consensus Conference fuq l-effetti tal-Hyperbaric Oxygen Therapy li kienet organizzata mill-ECHM (European Committee for Hyperbaric Medicine), li hija l-unika istituzzjoni rikonoxxuta mill-Unjoni Ewropeja.
Informat ukoll li f’ Mejju 2008, l-ispeċjalista spjega dawn il-fatti lil missier dan it-tifel u infurmah ukoll li anki fl-Istati Uniti,
Hyperbaric Oxygen
m’huwiex approvat għall-kundizzjoni tat-tifel u li
c-Chamber
li offra li jitratta lit-tifel ma kienetx qed timxi mar-rakkommandazzjonijiet ta’ l-Istati Uniti.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3885 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Edukazjoni,, Kultura, Żgħażagħ u Sport u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid min jidħol fl-operat tal-CDAU?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema li jaħdmu ma’ kumpanniji li huma allokati fabbriki, uffiċini, ċentri ta’ servizzi, eċċ, fil-qasam industrijali tax-Xewkija fl-aħħar ta’ kull sena mill-1999 ‘l hawn, kif ukoll fl-aħħar ta’ Marzu u fl-aħħar ta’ Settembru u Ottubru ta’ din is-sena? Jista’ jagħti l-informazzjoni skond is-sotto-setturi?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li ebda dipartiment jew entita’ li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħi ma żżomm l-istatistika mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm korsiji f'St Vincent de Paule Residence? Kemm ilhom korsija kull persuna li hemm? Jekk tista' tqis li f'residenza li tgħix ħajtek fiha, korsija hijiex ideali? Xi pjanijiet hemm għal futur ħalli jakkomodaw lil dawn l-anzjani aħjar?
Jista' l-Ministru jagħti statistika ta' kemm anzjani jittieħdu minn St Vincent de Paule Residence għall-Isptar Mater Dei biex ħadulhom chest x-ray matul is-sena 2007, 2008? X'inhi r-raġuni għal dan meta f'St Vincent de Paule Residence hemm l-faċilitajiet kollha biex dan isir?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li qatt ma jintbagħtu anzjani minn San Vincenz għal Mater Dei Hospital biex jittieħdilhom Chest X-Ray.
Chest X-Ray jittieħed dejjem f'San Vincenz u meta r-Radiographer ma jkunx duty, jiġi apposta mid-dar biex jaqdi lir-residenti. Dan anke meta r-resident ikun/tkun bed-ridden għaliex l'X-Ray jittieħed permezz tal-postable machine.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jinħatru d-Deputy Nursing Officers fir-Residenza San Vincenz de Paule li kienu għaddew minn interview u li r-riżultat tiegħu ħareġ fi Frar 2008?
Jista' jgħid l-Acting Deputy Nursing Officers li m'għaddewx mill-imsemmi interview u li sal-lum għadhom jagħmluha ta' acting, meta ser jigu replaced min-nurses li għaddew mill-istess interview?
Jista' jikkonferma jekk hux minnu li dawn in-nurses ser jintbagħtu jagħmluha ta' Acting Deputies fis-swali l-ġodda li ser jiftħu fir-residenza?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4183 u jgħid kemm kienet il-perinatal mortality u still birth rate f'Malta u Għawdex f'dawn l-aħħar għaxar snin sena b'sena?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li matul is-snin 1998-2007 il-perinatal mortality u still birth rate kienet hekk :-
Sena
Numru ta' Stillbirths
SB rate/1000 total births
Numru ta' perinatal deaths
Perinatal rate/1000 total births
1998
23
5.1
35
7.8
1999
27
6.2
43
9.9
2000
16
3.6
32
7.3
2001
20
5.1
30
7.6
2002
20
5.1
36
9.2
2003
16
3.9
34
8.4
2004
15
3.8
27
6.9
2005
8
2.1
21
5.4
2006
10
2.6
14
3.6
2007
12
3.1
29
7.4
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4184 u jgħid kemm kienet ir-rata ta' ċesarji f'Malta u f'Għawdex f'dawn l-aħħar għaxar snin sena b'sena? Kemm kienet l-ispiża totali taċ-ċesarji fl-isptarijiet tal-gvern f'dawn l-aħħar għaxar snin sena b'sena? Kemm tqum kull ċesarja f'isptar tal-gvern?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li n-numra ta' ċesarji f'Malta u Għawdex bejn is-sena 1999 u l-2007 kien kif jidher fit-tabella hawn taħt.
Sena
Numru ta' Ċesarji
1999
951
2000
994
2001
926
2002
914
2003
1039
2004
1048
2005
1165
2006
1329
2007
1243
Informat ukoll li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant dwar l-ispiża taċ-ċesarji ma tinżammx.
Ċimiterju ta' Santa Marija Addolorata — Master Plan propost
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4134 u 3954 u jgħid:
a) X'kien qed jagħmel sa ftit żmien ilu l-makkinarju tal-iskavazzjoni fuq il-post fejn kellha ssir l-estensjoni taċ-Ċimiterju ta' Santa Marija Addolorata?
b) Jekk instabx xi materjal tossiku fuq il-post fejn kellu jibda t-tħammil?
ċ) Jekk il-master plan propost u li jsemmi l-Ministru jirrigwardjax ir-re-engineering tal-landfill jew taċ-ċimiterju li jinkludi wkoll r-restawrar taċ-ċimiterju?
d)X'jinkludi l-master plan propost?
e) Jekk hux il-fatt li l-master plan propost ser jintbagħat għand id-Dipartiment tas-Saħħa Ambjentali minħabba li nstab xi materjal tossiku?
f) Meta ġie propost dan il-master plan?
g) Minn min ġie propost?
ġ) Jekk teżistix target date li fiha l-pjanti riveduti skond il-master plan propost għandhom jaslu fid-Dipartiment għas-Saħħa Ambjentali?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li l-makkinarju ta’ l-iskavazzjoni li qiegħda ssir referenza għaliħ huwa ‘Hymac’ u li s’issa għadu fuq il post. Id-Dipartiment għas-Saħħa Ambjentali ma irċieva l-ebda rapport li instab xi materjal tossiku fil-lok indikat mill-Onorevoli Interpellant.
Ninsab informat ukoll li għall-kumplament tal-Mistoqsija, mistoqsija ċ) u d) ma tistax tiġi mwieġba f’dan l-istadju il-għaliex il-Master Plan għadu qed jiġi ppreparat, f) il-Master Plan ġie propost f’Awissu 2008, g) ġie propost mill-Ministeru għall-Politika Soċjali, u ġ) ma hemmx target date stabilita sabiex il-pjanti riveduti jaslu fid-Dipartiment għas-Saħħa Ambjentali.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu care orders minn Mejju ta' din is-sena sad-data ta' din il-mistoqsija u kemm huma dawk it-tfal li fuqhom inħareġ care order iżda għadhom fid-dar tal-ġeneturi tagħhom?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4168 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja dettaljata tar-rapport annwali kif ukoll l-audited accounts tal-Aġenzija Sapport għas-sena 2007?
Response (DALLI, JOHN)
Ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport mitlub mill-Onor. Interpellant.
Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għal Avviż Numru 559, ippubblikat fil-Gazetta tal-Gvern tas-26 ta’ Ġunju 2008.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4166 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra ż-żewġ rapporti annwali tal-Kummissjoni dwar il-Vjolenza Domestika? Jista' jgħid kemm-il Ministeru wettaq mir-rakkmandazzjonijiet li sarulu f'dawn ir-rapporti biex inaqqsu l-vjolenza domestika f'pajjiżna?
Response (DALLI, JOHN)
Ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti ndikati mill-Onor. Interpellant.
Dwar it-Tieni Parti tal-Mistoqsija ninsab infurmat li ttieħdu dawn il-miżuri:
· tnaqqas id-dewmien biex vittmi ta’ vjolenza domestika jingħataw
legal aid
meta jkun meħtieġ;
· nħarġu linji gwida lill-Pulizija dwar il-vjolenza domestika permezz ta’ ċirkulari nterna mill-Kummissarju tal-Pulizija ;
· saru laqgħat mal-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern u mistennija ssir laqgħa mal-Ġudikatura dwar is-suġġett ;
· permezz tas-sottokumitat għar-Riċerka u Ġbir ta’
Data,
il-Kummissjoni qed taħdem sabiex jibda x-xogħol fuq l-istandardizzazzjoni ta’ l-istatistika. Il-Kummissjoni qed tistenna risposta dwar l-applikazzjoni għal-fondi mill-Unjoni Ewropeja taħt il-Programm Operattiv II tal-Politika ta’ Koeżjoni 2007-2013, sabiex tagħmel studju dwar il-prevalenza.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hux mistenni li jkun hemm bini ta' iktar djar għall-anzjani f'Malta u f'Għawdex? Meta hu mistenni li jinbdew il-proċeduri għall-bini ta' dawn id-djar u fejn?
Jista' l-Ministru jindika kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għas-servizz Home Help biex jingħataw is-sapport tal-Gvern? Kemm ilhom pendenti dawn l-applikazzjonijiet u minn liema lokalità qegħdin jitolbu l-għajnuna?