Jista' l-Ministru, permezz ta' Transport Malta jassigura li x-xogħol li qed isir bħalissa fuq diversi bus stops, madwar Malta, ma jikkawżax problemi billi l-arbli li qed jitwaħħlu ma jitwaħħlux f'nofs il-bankina kif jidher li diġà hu l-każ, f'xi okkazjonijiet? Jista' l-kuntrattur li qed jagħmel ix-xogħol jingħata struzzjonijiet biex ma jwaħħalx l-arbli b'mod li jtellef lil min ikun għaddej minn fuq il-bankina?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejt l-osservazzjoni tiegħu lil Transport Malta. Intant ninsab infurmat li Transport Malta għandha linji gwida dwar kif għandhom jitwaħħlu l-arbli fuq il-bus stops. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra estratt tad-dokument rilevanti.
Jista' l-Ministru jghid jekk jistax ikun ikkunsidrat li jsiru traffic lights fil-parti t'isfel ta' Triq Palma f’Raħal Ġdid liema parti tagħti għal Vjal Santa Luċija, quddiem iċ-Ċimiterju tal-Addolorata?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li bl-iskop li ntejbu s-sigurtà fl-inħawi msemmija mill-Onor. Interpellant, qed jiġu kkunsidrati diversi proposti, fosthom l-istallazzjoni ta' traffic lights.
Jista' l-Ministru jinforma liema huma l-liċenzji ta' vetturi li għolew sena b'sena mill-2008 sal-lum?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li fis-sena 2008 ma kienx hemm liċenzji ta’ vetturi li għolew.
Fis-sena 2009 il-gvern kien għamel reviżjoni dwar kif tiġi kkalkulata t-taxxa tar-reġistrazzjoni għall-vetturi tat-tip M1 u għall-muturi. F'dan ir-rigward ġew imħabbra rati ġodda ta' liċenzji fejn dawk il-vetturi jew muturi li kienu reġistrati sa l-aħħar ta' l-2008 komplew iħallsu l-liċenzja tagħhom skont il-qawwa tal-magna u ż-żmien tal-vettura, filwaqt li dawk reġistrati wara l-ewwel ta' Jannar 2009 bdew iħallsu l-liċenzja tagħhom skont iż-żmien tal-vettura kif ukoll skont l-emissjonijiet (CO2 u
particulate matter
). B’hekk, il-liċenzja ta’ vetturi li kienu reġistrati qabel l-2009, tiżdied kull sena skont l-età tal-vettura.
Fis-sena 2010, saret ukoll reviżjoni dwar kif tiġi kkalkulata t-taxxa tar-reġistrazzjoni għall-vetturi kummerċjali kollha kif ukoll tal-vetturi għall-ġarr tal-passiġġieri. F'dan ir-rigward ġew introdotti rati ġodda ta' liċenzji fejn dawk il-vetturi reġistrati sa l-aħħar ta' l-2009 komplew iħallsu l-liċenzja tagħhom skont il-piż tal-vettura, tip ta' sospensjoni u n-numru ta' fusien, filwaqt li dawk reġistrati wara l-ewwel ta' Jannar 2010 bdew iħallsu l-liċenzja tagħhom skont in-numru ta' fusien, iż-żmien tal-vettura, l-piż tal-vettura u tip ta' sospensjoni.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — ħaddiema ġodda
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-sena 2010, xahar b'xahar? Jista' jgħid ukoll xi grad kien kull impjieg? Kif sar l-ingaġġ, jekk hux b'sejħa pubblika jew mod ieħor?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 23523. Jien infurmat li fir-rigward tal-MGTIL, il-grad tal-impjegat li ġie ngaġġat huwa dak ta' konsulent u mhux ta' quantity surveyor kif muri fit-tabella tal-istess mistoqsija. Dan il-konsulent kien ingaġġat f'Settembru 2010 mhux f'Diċembru kif erranjament indikat fir-risposta msemmija.
Jista' l-Ministru jagħti elenku ta' policies u programmi ta' żvilupp sostenibbli u komunitajiet sostenibbli li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jindika d-dipartimenti u l-aġenzji li huma responsabbli minn dawn il-programmi? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti li jiddiskrivu dawn il-policies u programmi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 25504 li oriġinarjament saret lill-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u li issa ġiet riferuta lilu u ċioe: B'referenza għall-parti ta' Strada Stretta li tibda minn wara l-Uffiċċju Legali tal-Bank of Valletta u li tispiċċa ma' Strada Arcivescovo u li fil-passat kienu jservu ta' ħwienet tad-divertiment u anke boutique hotels, jista' l-Ministru jgħid liema proprjetajiet huma proprjeta' tal-gvern? Liema minnhom jinsabu fil-pussess ta' terzi u taħt liema titlu?
Bl-istess mod li l-gvern għen lill-fondazzjoni Temi Zammit biex l-ex Splendid Hotel jinbidel f'ċentru ta' esebizzjoni għall-artisti, jaħseb il-Ministru li l-gvern għandu jagħmel ferm iktar biex, bl-istess mod kif sar fl- imħazen tal-Valletta Waterfront imma naturalment fuq skala iżgħar, jinvesti f'din iż-żona li bħalissa hija mifnija bil-kruha u l-ħmieġ sabiex jirripristinaha, anke billi jirrestawra l-ħwienet li kien hemm fil-passat (u li għandhom valur ta' memorja kollettiva) u jbiddilha f'ċentru kulturali u artistiku ħaj u letterarju?
Jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq f'din il-leġislatura l-Gvern fir-riġenerazzjoni ta' Strada Stretta kollha kemm hi?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala l-parkeġġ li kien hemm mal-coast road fil-Belt mil-Lukanda Excelsior sax-xatt tneħħa bil-konsegwenza li l-ispazji ta' parkeġġ fil-belt tnaqqsu b'mod sinifikanti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-
intersection
bejn Triq l-Assedju l-Kbir
u l-Foss tal-Belt ġiet
upgraded
reċentament bħala parti minn program ta’
junction upgrading
tul Triq l-Assedju l-Kbir
u Triq Marsamxett. Dan l-iżvilupp sar sabiex ikun akkomodat b’mod sikur l-influss ikbar ta’ traffiku li issa qed jgħaddi minn Triq l-Assedju l-Kbir u Triq Marsamxett minħabba l-għeluq ta’ Triq Papa Piju V. Dan il-
junction upgrading
sar sabiex titjieb il-viżibilita’ għall-vetturi ħerġin mill-Foss tal-Belt, kif ukoll sabiex tiġi provduta karreġjata għall-vetturi li jduru fuq il-lemin lejn il-Foss tal-Belt. Bħala riżultat ta’ dan il-
junction upgrading
, numru ta’ postijiet ta’ parkeġġ fil-viċinanzi ta’ din il
-junction
kellhom jitneħħew.
Jista' l-Ministru jara li jsir l-iċċekjar tal-pelican lights li huma mifruxa ma' Malta kollha għax hemm diversi minnhom li ma jaħdmux jew għandhom xi bozza maqtugħa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li għalkemm Transport Malta hija responsabbli mis-sistemi ta’ traffic lights, is-sezzjoni tat-Traffic Lights tal-MSD fi ħdan l-MRRA tagħmel ix-xogħol meħtieġ ta’ manutenzjoni fuq dawn is-sistemi skont kif tiġi mitluba minn Transport Malta.
Infurmat ukoll li r-rapporti ta’ ħsarat li jaslu għand l-MSD normalment jiġu ndirizzati fi żmien jumejn minn meta jiġu rrappurtati. Madanakollu, bħalissa Transport Malta għandha xogħol aktar min-normal fuq istallazzjonijiet ta’ sistemi ġodda li qed isir minn din is-sezzjoni. Minħabba din is-sitwazzjoni, jista’ jittieħed ftit aktar żmien sabiex il-ħsarat msemmija jiġu rranġati.
Issa li Transport Malta għoġobha tikkonverti Triq San Mark fil-Belt bħala l-aċċess prinċipali peress li din hi triq residenzjali u dejqa ħafna, jista' l-Ministru jara li jsiru l-bankini fuq iż-żewġ naħat tat-triq għax bħalissa m'hemmx bankini bil-konsegwenza li meta wieħed joħroġ mill-bieb tal-proprjetà tiegħu jispiċċa dritt fit-triq b'periklu kbir għalih?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta qed tikkonsidra x'interventi jistgħu isiru fi Triq San Mark biex jonqos il-periklu għar-residenti li jogħqodu f'din it-triq.
B'referenza għal proġetti ta' upgrading ta' erba' sections ta' toroq magħrufa bħala TEN-T liema proġetti mistennija jibdew dalwaqt, jista' l-Ministru jgħid liema kuntratturi rebħu liema tenders u b'liema prezz? Liema project managers rebħu liema tenders u b'liema prezz? Meta se jibda x-xogħol fuq kull triq u meta hu ppjanat li se jitlesta?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25484, jista' l-Ministru jgħid x’kienet ir-raġuni li għaliha l-Malta Transport Authority (illum Transport Malta) lejn l-aħħar tas-sena 2009 kienet ħarġet is-sejħa għal proposti ta' kiri ta' post għall-ipparkjar, garaxxjar, manuntezjoni, tindif u tiswija ta’ karozzi tal-linja (Avviż Nru. 353/CSD/2009)? Jista' l-Minstru jgħid kemm-il proposta Malta Transport Authority irċeviet u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra site plan li turi kull sit propost? Jista' jgħid x’kien ir-riżultat ta' din is-sejħa għal proposti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta kienet ħarġet sejħa għal proposti sabiex jinkrew postijiet mill-awtorità bil-għan li hi stess tikrihom lill-operatur tas-servizz il-ġdid ta’ tal-linja.
Is-sejħa għall-proposti li inħarġet għal Għawdex fis-7 ta’ Mejju 2010 ma’ kelliex sottomissjonijiet. Is-sejħa għall-proposti li nħarġet f’Malta fit-18 ta’ Dicembru 2010 kellha (7) seba' sottomissjonijiet.
Infurmat ukoll illi madanakollu, kien ġie deċiż mill-awtorità illi l-operatur kellu jissupplixxi dawn il-garaxxijiet huwa stess u għaldaqstant, din is-sejħa ġiet ikkanċellata u l-offerenti kollha ġew notifikati.
Għal ragunijiet tal-interessi kummerċjali tal-offerenti, ma naħsibx li għandi inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra s
-site plans
tas-siti proposti.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21901 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u issa qed tiġi riferuta lilu u ċioe: B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 21507, jista' l-Ministru jindika jekk barranin li jiġu joqogħdu f'Malta bil-vettura tagħhom, fil-fatt jiġux reġistrati bħala li impurtaw il-vettura tagħhom f'pajjiżna?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Artikolu 18 tal-Att dwar ir-Reġistrazzjoni u l-Liċenzjar ta’ Vetturi bil-Mutur tippermetti u teżenta minn kull restrizzjoni jew limitazzjoni lil persuni li jkollhom residenza normali tagħhom barra minn Malta, li jġibu vettura privata li tkun reġistrata f’pajjiż ieħor li tiddaħħal f' Malta temporanjament għall-perjodu, konsekuttiv jew mod ieħor, li ma jkunx jaqbeż seba’ xhur f’perjodu ta’ tnax-il xahar.
Tali vettura tkun tista' tintuża fit-triq mingħajr ma tkun tħallset fuqha t-taxxa ta' reġistrazzjoni.
Għaldaqstant dawn il-vetturi ma jiġux reġistrati mill-awtorità.
Twaqqiegħ ta' Bieb il-Belt — tibdil fid-direzzjoni tat-traffiku
Question
Peress li minħabba t-tneħħija tal-arterja prinċipali fuq Bieb il-Belt, it-traffiku li qed jidħol il-Belt minn Triq Marsamxett u Triq San Pawl hu wisq qawwi, jista' l-Ministru jgħid jekk sarx studju biex jibda jidħol it-traffiku minn Victoria Gate (Triq il-Lvant) b'tibdil fid-direzzjoni tat-traffiku tal-istess Triq il-Lvant, Triq San Kristofru u Triq San Duminku?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-istudju dwar l-impatt tat-traffiku, li kien sar bħala parti mill-applikazzjoni tal-iżvilupp għall-proġett ta' Bieb il-Belt, kien eżamina 21 skemi differenti ta' immanniġġjar tat-traffiku. L-iskema ppreferita li ġiet identifikata fl-istudju kienet ikkunsidrata bħala l-aħjar soluzzjoni mil-lat ta' ċirkolazzjoni tat-traffiku u tnaqqis ta' konġestjoni tat-traffiku u impatt ambjentali.
Jista' l-Ministru jgħid jekk bit-tneħħija tal-arterja prinċipali fuq Bieb il-Belt, huwiex ippjanat li jonqos drastikament it-traffiku fil-Belt? Jekk fin-negattiv, huwa ppjanat li b'mod partikolari fil-parti ta' fuq, fuq in-naħa tal-Port ta' Marsamxett, jerġgħu jinfetħu għat-traffiku xi toroq li laħqu ġew pedestrianised?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-iskop tal-għeluq ta' Triq Papa Piju V ma kienx sabiex jitnaqqas il-volum ta' traffiku li jidħol il-Belt għax hemm toroq oħra li minnhom tista' tidħol ġewwa l-Belt Valletta. Hemm inizzjattivi oħra tal-Gvern Ċentrali, relatati mal-ippjanar tas-sistemi tat-trasport bħar-riforma tas-servizz tat-trasport pubbliku, l-upgrading tal-venda tal-Belt, it-tkabbir tal-Park and Ride tal-Furjana u l-lift il-ġdid tal-Barrakka ta' Fuq, li ġew ippjanati sabiex jinkoraġġixxu individwi li deħlin il-Belt biex jużaw mezzi tat-trasport li huma ambjentalment aktar sostenibbli.
Min-naħa l-oħra vetturi tal-ġarr tal-merkanzija jistgħu jidħlu sal-parti tal-Ġnien ta’ Hastings minn ġewwa ż-żona pedonali f'ħinijiet speċifiċi. M'hemmx bżonn li jinfetħu żoni pedestrijanizzati.
xogħlijiet fit-triq bejn ix-Xewkija u r-Rabat Għawdex
Question
Peress li b'konsegwenza tax-xogħlijiet fit-triq bejn ix-Xewkija u r-Rabat l-influss tat-traffiku fix-Xewkija żdied u se jkompli jiżdied konsiderevolment u peress li ħafna mit-toroq fix-Xewkija ilhom snin bil-ħtieġa li ssirilhom manutenzjoni u baqgħet qatt ma saret, partikolarment Triq il-Mitħna li tinsab fi stat ħażin u fiha ħofor fondi li jikkostitwixxu ukoll periklu, minkejja li ħafna mit-traffiku għar-Rabat appuntu qed jgħaddi minn din l-istess triq, jista' l-Ministru jgħid meta huwa maħsub li din it-triq isirulha x-xogħlijiet neċessarji ta' manutenzjoni?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li huwa ppjanat li jsir
patching
f’numru ta’ toroq li se jintużaw għad-devjazzjoni tat-traffiku waqt li jsiru x-xogħlijiet fuq Triq l-Imġarr, fosthom hemm numru ta’ toroq ġewwa x-Xewkija. Il-parti ta’ fuq biss ta’ Triq il-Mitħna (bejn Triq l-Imġarr sa Triq l-Indipendenza) hi ppjanata li tintuża bħala devjazzjoni.
Partikolarment fi Triq il-Mitħna, ix-xogħol li se jsir jikkonsisti f’
patching works
estensivi bejn fejn Triq il-Mitħna tagħqad ma’ Triq l-Imġarr u Triq l-Indipendenza. Fi Triq l-Indipendenza huwa ukoll ippjanat li jsir xi
patching
skont fejn hemm bżonn u partikolarment viċin il-Knisja tax-Xewkija.
Dan ix-xogħol huwa ntenzjonat sabiex jiġi mtejjeb il-wiċċ eżistenti għall-użu tal-vetturi waqt ix-xogħlijiet fuq it-triq prinċipali u m'hemm l-ebda xogħol ieħor fil-pjanijiet ta’ Transport Malta għal dan il-proġett. Il-manutenzjoni ta’ dawn it-toroq hija fir-responsabilità tal-kunsill lokali tal-lokalità.
San Pawl il-Baħar — Triq San Ġorġ - proċess għall-cable
Question
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji permezz ta' Transport Malta biex jiġi assigurat li l-Kumpanija Go tħaffef il-proċess biex il-cable tagħha jitqiegħed fil-fond rikjest, jew jiġi protett b'mod ieħor, fi Triq San Ġorġ, San Pawl il-Baħar?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-cable li qed jagħmel referenza għalih l-Onor. Interpellant ġie mikxuf waqt li qed isiru xogħlijiet min naħa tal-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar. Minn informazzjoni li għandha Transport Malta jidher li għaddejjin diskussjonijiet bejn il-kunsill lokali u l-kumpanija Go rigward dan il-cable sabiex ikunu jistgħu jitkomplew ix-xogħlijiet fuq Triq San Ġorġ. Nirrimarka li sallum Trasport Malta ma rċeviet l-ebda talba mill-kunsill lokali sabiex tassisti f’dawn id-diskussjonijiet. Ladarba jsiru t-talbiet formali Transport Malta tkun lesta tintervjeni sabiex tinstab soluzzjoni adekwata fl-interess taż-żewġ partijiet.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar fiex waslet l-applikazzjoni għall-pelican lights fi Triq il-Wilġ, San Pawl il-Baħar? Jista' jagħti tagħrif dwar meta se jiġu rranġati l-pelican lights fil-bypass ta' San Pawl il-Baħar peress li issa għaddew diversi ġimgħat minn meta tkissru?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-pelican lights fil-bypass ta' San Pawl il-Baħar u pelican lights fi Triq il-Wilġ, San Pawl il-Baħar se jiġu stallati fi ġranet li ġejjin.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm żwiġijiet fis-snin 2001, 2002, 2003, 2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009 u 2010? Kemm minn dawn kienu biċ-ċivil u kemm minn dawk kienu bil-knisja, kemm minn dawn saru b'xi reliġjon oħra?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm trabi li ommhom tgħid u tiddikjarhom li għandhom unknown father mill 2001, 2002, 2003, 2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009 u 2010?
Response (GATT, AUSTIN)
Filwaqt li nirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 23882, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni għas-snin mitluba.
Jista' l-Ministru jara li t-traffic lights li hemm fi Triq Dun Karm Psaila, Birkirkara jissewwew malajr peress li issa ilhom weqfin għal diversi ġimgħat bil-konsegwenza li ta' sikwit u regolarment qed isir abbuż minn sewwieqa li fis-sigħat bikrin ta' filgħodu jagħmlu sewqan eċċessiv u perikoluż meta jtellqu l-vetturi tagħhom b'distorbju kbir?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta qed tistenna quotes mill-kuntratturi għal dawn ix-xogħlijiet. L-istess xogħlijiet mistennija jinbdew fil-futur qarib.