Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — direct orders
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw direct orders u l-ammont totali tal-valur tagħhom, matul is-sena 2023, xahar b'xahar, mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Statementing Moderating Panel – Tfal u żgħażagħ li għandhom bżonn LSA
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm tfal jew żgħażagħ li qed jistennew li jidhru quddiem l-iStatementing Moderating Panel sabiex jiġi determinat jekk dawn ikollhomx bżonn Learning Support Assistant (LSA) fl-aħħar tas-sena 2022 u fl-aħħar ta-sena 2023 separatament? Għal kull sena, jista’ jgħid kemm-il talba għal statementing report kien hemm u kemm minn dawn ġew statemented?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Infurmat li matul l-2022 kien hemm total ta’ 990 applikazzjoni u ngħataw 808 statement of needs. Filwaqt li matul l-2023 kien hemm total ta’ 1,030 applikazzjoni u ngħataw 840 statement of needs.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – karigi u pożizzjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tal-karigi u pożizzjonijiet kollha fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni inkluż ta' kull entità, dipartiment u awtorità li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tiegħu u li fid-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari fihom hemm impjegati persuni fuq bażi ta’ person of trust jew position of trust, u għal kull kariga/pożizzjoni jgħid kemm-il persuna hemm impjegata fuq din il-bażi fil-kariga u/jew pożizzjoni u x'inhu t-total tal-ispiża tal-pagi, fuq bażi annwali, fil-karigi u/jew pożizzjonijiet rispettivi?
Response (GRIMA, CLIFTON)
L-informazzjoni hi skont il-Manwal li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm hemm studenti jsegwu l-kors tal-MTL fl-Università (part-time u/jew full-time fejn hu l-każ) f'dawn is-suġġetti:
a. Geography;
b. Ethics Education;
ċ. Home Economics;
d. Health and Social Care;
e. Textiles and Fashion;
f. Retailing;
ġ. Media Literacy;
g. Science;
għ. Computing;
h. PSCD;
ħ. PE;
j. Design and Technology;
k. Art; u
l. Hospitality?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’kollox hemm total ta’ 182 student isegwu l-kors imsemmi.
Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – persuni li jmexxu l-entitajiet fil-vesti ta’ CEOs jew Kapijiet
Question
Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ kemm hemm persuni li qegħdin imexxu l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu fil-vesti ta’ CEOs jew Heads illi waslu għall-età tal-irtirar u jekk ittieħdux passi biex ikun hemm succession plan biex meta dawn jirtiraw, l-entità tibqa’ għaddejja taħdem mingħajr ebda skossi?
Ħal Tarxien – Skola medja – lockers mhux aċċessibbli
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li minħabba fiha, il-lockers fl-Iskola Medja ta' Ħal Tarxien mhumiex aċċessibbli għall-istudenti?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-iskola msemmija l-lockers kienu tneħħew bħala parti mill-proċeduri relatati mal-pandemija. Dawn il-lockers ġew ritornati lura u għaldaqstant jistgħu jintużaw mill-istudenti.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3795 u jgħid meta ser jibda u jintemm ix-xogħol fuq l-estensjoni tal-Iskola Primarja tal-Mellieħa?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa għaddejin id-diskussjonijiet neċessarji mall-istakeholders konċernati.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx diskussjonijiet biex il-Laboratory Technicians ġewwa l-iskejjel tal-Gvern jingħataw il-promotions ta' ATO, TO, STO U PTO? Jekk iva, fiex waslu dawn id-diskussjonijiet?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minħabba li l-gradi ta’ ATO, TO, STO u PTO jimtlew wara li tinħareġ sejħa u jsir proċess ta’ għażla, ma jkunx hemm il-ħtieġa ta’ ebda diskussjonijiet.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamanetari 5851, jista' l-Ministru jgħid jekk l-istudenti tal-primarja li qabel kienu jagħmlu l-karta alternattiva (li hija l-karta ta' eżami ta' livell iktar baxx li kienet tkun komuni għat-tfal kollha li jagħżlu li jagħmluha – liema karta mhux se tkun qed titkompla u l-istudenti se jkunu mħeġġa jagħmlu tal-anqas partijiet mill-karti prinċipali) u li issa mhux se jkunu qed joqogħdu għal eżami, humiex ser ikunu mitluba jibqgħu d-dar fil-jiem li fihom ikunu qed isiru l-eżamijiet?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tfal mhux ser ikunu mitluba jibqgħu d-dar fil-jiem li fihom ikunu qed isiru l-eżamijiet, iżda ser ikunu qed isegwu programm t’attivitajiet edukattivi adattati għalihom.
B’referenza għar-rapport mill-Uffiċċju tal-Ombudsman “Recommendations not implemented: the Ombudsman and the Commissioner for Education send report to the House of Representatives” datat 5 ta’ April 2021, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm progress u x’inhi r-raġuni għalfejn dawn ir-rakkomandazzjonijiet ġew injorati?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li r-rakomandazzjonijiet fuq il-każ imsemmi ma ġewx injorati iżda ma ġewx aċċettati.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi twila l-waiting list biex isir educational psychologist assessment li jwassal, f’każ ta’ bżonn, li student ikollu LSE?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull każ irid jiġi evalwat b’mod sensittiv u bl-akbar professjonalita b’hekk l-informazzjoni mitluba ma tistax tiġi ppublikata.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Kuntratti ta’ fiduċja
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma l-entitajiet li jaqgħu taħtu? Jista’ jgħid ukoll min huma l-persuni li ngħataw kuntratti ta’ fiduċja u/jew li ġew impjegati f'dawn l-entitajiet, xi rwol ingħataw u x'kienet il-kwalifika li ddistingwithom biex intgħażlu għal dan l-irwol, minn wara li laħaq Ministru hu?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru huma;
· Agenzija Żgħażagħ
· Authority for Integrity in Maltese Sport
· English Language Teaching Council
· EquestriMalta
· Foundation for Educational Services
· Foundation for Information Technology Accessibility
· Foundation for Tomorrow’s Schools
· Institute for Education
· Malta College of Arts, Science and Technology
· Malta Council for Science and Technology
· Malta Further and Higher Education Authority
· National Book Council
· National Literacy Agency
· National Skills Council
· SportMalta
· University of Malta
Infurmat li fl-entitajiet t’hawn fuq m’hemm l-ebda impjegat fil-kariga msemmija.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm għad hemm studenti li l-applikazzjoni għal-LSE għadha qed tiġi pproċessata u x’inhi d-data tal-iktar applikazzjoni antika pendenti?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm total ta’ 180 applikazzjoni pendenti fejn l-iżjed waħda antika tmur lura għal Ottubru tas-sena 2022.
(
Korrezzjoni: Ara Dokument PL 3108 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 206 tal-14 ta' Frar 2024)
Jista’ l-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu mill-Ministeru tiegħu u/jew mill-iskejjel sabiex it-tfal ma jitwasslux l-iskejjel iktar minn siegħa qabel ma tibda l-iskola?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-operatur huwa obbligat skont il-ħinijiet stabbiliti fil-kuntratt li jwassal lit-tfal mhux aktar tard minn siegħa mill-ftuħ tal-iskola.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Fotografi jew vidjografi – Direct Orders
Question
Jista’ l-Ministru jipprovdi lista ta' kemm-il direct order għall-fotografi jew vidjografi inkarigati mill-Ministeru li ngħataw f'din l-aħħar sena u dan billi jipprovdi l-isem tal-kuntrattur, id-dati tal-inkarigu, l-attivitajiet li saru u kif ukoll l-ammonti mħallsa?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-total ta’ direct orders għall-fotografi jew vidjografi matul is-sena 2023 kien ta’ €41,256.64. Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li uħud mid-Direct Orders imsemmija hawn fuq ingħataw wara pubblikazzjoni ta’ Expression of Interest fuq il-Gazzetta tal-Gvern.
Skejjel medji/sekondarji tal-Istat — Studenti li għandhom 'non-verbal disorder', 'ADHD', 'Awtiżmu' u 'Down Syndrome'
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li għandhom 'non-verbal disorder', 'ADHD', 'Awtiżmu' u 'Down Syndrome' fl-iskejjel medji/sekondarji tal-Istat rispettivament?