Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #8544 Sitting 192 2019-02-04 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Breakwater ta’ Marsalforn – tim ta’ esperti tekniċi

Question

Tista’ l-Ministru tgħid min huma t-'tim ta’ esperti tekniċi' u xi kwalifiki għandhom rigward xogħol marittimu li raw u evalwaw ir-rapporti u l-istudji li sara qabel Marzu 2013 dwar il-breakwater ta' Marsalforn? Kif intgħażlu, min għażilhom u kemm qed jitħallsu għal kull siegħa xogħol li għamlu u kemm tħallsu sa issa?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tim ta’ esperti tekniċi li evalwaw ir-rapporti u l-istudji li saru qabel Marzu 2013 dwar il-breakwater ta’ Marsalforn huma diversi kemm lokali kif ukoll internazzjonali u qed jiġu kkordinati mill-kumpanija DORIC Studios. Din il-kumpanija ntgħażlet permezz ta’ sejħa għall-espressjoni ta’ interess. Sa issa għadu ma sar l-ebda ħlas.
Leg 13 PQ #8174 Sitting 191 2019-01-31 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

White Flags – spiża għall-proġett

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kienet l-ispiża għall-proġett tal-White Flags u kemm minnhom kienu Fondi Ewropej?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għar-risposta li ingħatat għall-Mistqosija Parlamentari 8223.
Leg 13 PQ #8504 Sitting 191 2019-01-31 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Breakwater ta’ Marsalforn – periti inkarigati

Question

Tista’ l-Ministru tgħid min hu l-perit/kumpanija ta' periti inkarigati mill-proġett tal-Breakwater ta’ Marsalforn? Kif intgħażel dan il-perit/kumpanija u min ta l-awtorizzazzjoni biex jintgħażel/tintgħażel dan il-perit/kumpanija u kemm-il siegħa xogħol għamel/għamlet s’issa u x’tip ta’ xogħol fuq dan il-proġett u kemm tħallas/tħallset s’issa? Min ta l-awtorizzazzjoni biex jitħallas/titħallas? Kemm hu ppjanat li jitħallas/titħallas dan l-individwu/kumpanija fuq il-Breakwater ta' Marsalforn matul is-sena 2019?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol kollu konness mal-Breakwater qed jiġi kkordinat minn pool ta’ periti tal-Ministeru għal Għawdex.
Leg 13 PQ #8505 Sitting 191 2019-01-31 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ix-Xewkija — Gozo Experimental Farm - ħaddiema

Question

Tista’ l-Ministru tgħid sena b'sena u xahar b’xahar minn Marzu 2013 sal-lum kemm hemm ħaddiema jaħdmu fil-Gozo Experimental Farm fix-Xewkija? X'inhu l-grad tagħhom? X’tip ta’ xogħol jagħmlu u x’responsabilitajiet għandhom? Kemm ilhom jaħdmu kull wieħed u waħda minn dawn il-ħaddiema fiċ-Ċivil u x’inhuma l-ħinijiet tax-xogħol tagħhom?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 13 PQ #8506 Sitting 191 2019-01-31 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – Master Plans

Question

Tista’ l-Ministru taġġorna lill-Kamra fuq il-varji Masters Plans li qed iħejji u jagħmel il-Ministeru għal Għawdex bħalissa? Fiex jikkonsisti u għalxiex qed isiru dawn il-Masters Plans u minn min qed isiru? Kif intgħażlu l-persuni li qed jagħmluhom u kemm tħallsu s’issa u meta huma ppjanati li jiġu konklużi dawn il-Master Plans? Tista' tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Master Plans li ġew konklużi fl-aħħar sena u nofs?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, żewġ stqarrijiet li ħarġu mid-DOI waħa dwar ix-Xlendi u l-oħra dwar Marsalforn.
Leg 13 PQ #8258 Sitting 189 2019-01-29 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — nefqa fuq reklamar fuq Facebook

Question

B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 7534 waqt is-seduta ta' nhar it-28 ta' Novembru 2018, tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-reklami kollha li saru fuq is-sit soċjali Facebook? Tista' tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe fattura, rendikont u/jew talba għal ħlas dwar l-imsemmija reklami li saru fuq is-sit soċjali Facebook?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’hemmx aktar x’inżid mar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 7534.
Leg 13 PQ #8429 Sitting 188 2019-01-28 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Breakwater ta’ Marsalforn — studji

Question

B'referenza għall-konferenza tal-aħbarijiet dwar il-proġett tal-Breakwater ta' Marsalforn li nżammet nhar id-19 ta' Jannar 2019, fejn il-Ministru ġiet ikkwotata li qalet li tim ta' esperti tekniċi evalwaw kull studju li kien sar fil-passat bit-tama li fondi pubbliċi li ġew investiti fihom ma jkunux inħlew u għalkemm inkisbet informazzjoni utli, dawn l-istudji llum m'għadhomx relevanti, tista' l-Ministru tgħid x'inhuma r-raġunijiet li wasslu biex dawn l-istudji ma għadhomx relevanti? Tista' tgħid kemm kienu swew dawn l-istudji?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-istudji preċedenti rriżulta li jridu jsiru iktar studji. Kien għalhekk li ġew ippubblikati t-tenders għall-istudji meħtieġa kif ukoll għaliex peress li għaddew diversi snin minn meta saru l-istudji preċedenti, iridu jsiru fil-kuntest tar-regolament viġġenti li għandna llum. Apparti minn hekk illum hemm żewġ tenders li jistgħu jikkonkorru għalihom ditti ta’ esperti fis-settur kemm lokali kif ukoll internazzjonali u mhux b’direct order għand ditta waħda kif kien sar għall-istudju ta’ qabel.
Leg 13 PQ #8430 Sitting 188 2019-01-28 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Breakwater ta’ Marsalforn – proġett — spiża

Question

B'referenza għall-konferenza tal-aħbarijiet dwar il-proġett tal-Breakwater ta' Marsalforn, li nżammet nhar id-19 ta' Jannar 2019, tista' l-Ministru tgħid kemm hu stmat li se jiswa dan il-proġett?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 8431.
Leg 13 PQ #8431 Sitting 188 2019-01-28 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Breakwater ta’ Marsalforn – tenders dwar studji

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta nħarġu t-tenders għal studji: a. fir-rigward ta’ investigazzjonijiet ġeo-tekniċi; u b. l-impatt ambjentali dwar il-proġett tal- Breakwater ta' Marsalforn? Tista' tgħid meta hu pproġettat li jitlestew dawn l-istudji u jekk dawn l-istudji jinkludux ukoll mathematical wave climate studies u Seabed Survey?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tenders ġew ippubblikati fuq l-etenders.gov.mt u l-proċess huwa miftuħ. Wara li jiġu konklużi dawn l-istudji, il-Ministeru jkun jista’ jgħaddi għall-fażijiet li jmiss inklużi stimi u timeframes.
Leg 13 PQ #8289 Sitting 187 2019-01-23 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Construction and Maintenance Unit – użu ta’ soft stone

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 8120 u tgħid kemm intużaw soft stone (kantun) mill-Construction and Maintenance Unit u mid-Direttorat għall-Proġetti u Żvilupp minn Jannar 2018 sal-lum? Fuq liema proġetti ntużaw u kemm intużaw soft stone (kantun) fuq kull proġett? Tista' tgħid fuq kull proġett min kienet il-persuna li ordnat is-soft stone (kantun) u min kienet il-persuna li ċċertifikat li ntuża dan l-ammont?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqisja parlamentrari 8120.
Leg 13 PQ #8284 Sitting 186 2019-01-22 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – files jew dokumenti distrutti

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 7822 u tgħid, f'kull Direttorat u entità li taqa' fid-dekasteru tagħha, kemm kien hemm files jew dokumenti li ġew distrutti a bażi tal-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data mis-sena 2013 sal-lum, maqsuma sena b'sena? X'tip ta' files jew dokumenti kienu u ta' liema uffiċċju jew taqsimiet kienu jappartjenu?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqisja parlamentrari 7822.
Leg 13 PQ #8285 Sitting 186 2019-01-22 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Attivitajiet Kulturali f’Għawdex – ħaddiema tal-Gvern

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il mistoqsija parlamentari 8121 u tgħid kemm ġew organizzati attivitajiet kulturali f'Għawdex u kemm ġew inkarigati kemm ħaddiema tal-Gvern kif ukoll mill-privat, biex għamlu xogħol in konnessjoni ma' dawn l-attivitajiet mis-sena 2013 sal-lum, għal kull attività separatament u maqsuma sena b'sena?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-attivitajiet kulturali f’Għawdex huma mniżżla fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra u fejn kien possibbli f’dawn l-attivitajiet intużaw ħaddiema tal-Gvern.
Leg 13 PQ #8409 Sitting 186 2019-01-22 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għal Għawdex

Marsalforn 2 Arm Breakwater

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm qed jiġi stmat (estimu, anke jekk mhux preċiż) il-valur tax-xogħol u l-materjal neċessarju biex terġa' tinbena 'Marsalforn 2 Arm Breakwater'?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġew ippubblikati żewg tenders għall-istudji meħtieġa li minnhom jiddependi l-andament tal-proġett. Il-Breakwater ta’ Marsalforn hija wegħda elettorali li l-Ministeru determinat li jwettaq.
Leg 13 PQ #8410 Sitting 186 2019-01-22 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għal Għawdex

Rabat Għawdex – Lampi tat-triq mitfija

Question

Peress li fi Triq ir-Repubblika, Rabat Għawdex hemm numru ta' lampi u bozoz maqtugħin jew li mhumiex jinxtegħlu, tista' l-Ministru tara illi tittieħed l-azzjoni meħtiega u jinxtegħlu minnufih biex jiġi eliminat kull inkonvenjent u periklu?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dwal tal-imsemmija triq (u anke parti mit-Triq l-Imġarr) għadhom taħt ir-responsabilità tat-Transport Malta.
Leg 13 PQ #8226 Sitting 185 2019-01-21 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – kiri ta’ vetturi

Question

Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dettalji kollha dwar il-kiri ta' vetturi minn kull dipartiment u entità li taqa’ taħtha li saru mill-bidu tas-sena 2013 sal-lum? Tista' tgħid ukoll minn liema kumpanija jew individwi ġew mikrija, u jekk il-kirja f'kull każ saritx wara sejħa għall-offerti, sejħa għal kwotazzjonijiet jew b'direct order?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #8227 Sitting 185 2019-01-21 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Fuljetti u Materjal stampat fid-Djar — spiża

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm tqassmu fuljetti u materjal ieħor stampat fid-djar mis-sena 2013 sal-lum, maqsuma sena b'sena? Tista' tagħti d-dettalji tal-materjal imqassam fid-djar, x'tip ta’ karta ntużat, fejn ġie stampat il-materjal, kemm sewa kull fuljett jew materjali li ntbagħat u jekk tqassamx bil-posta jew xi mezz ieħor? Jekk b'mezz ieħor kif tqassam u kemm sewa t-tqassim ta' kull fuljett jew materjal li ntbagħat, sew jekk bil-posta jew b'xi mezz ieħor?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #8279 Sitting 185 2019-01-21 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex –Xagħra — Triq Ta’ Ġorf - xogħlijiet

Question

Tista’ l-Ministru tagħti aktar dettalji dwar it-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 7692 u tgħid fiex kien jikkonsisti t-tieni mandat u fuq xiex sar, rigward Triq ta’ Ġorf ġewwa x-Xagħra? X'sar mill-Ministeru għal Għawdex? Jekk kien hemm deċiżjoni mill-Qorti, tista’ l-Ministru tpoġġi kopja tad-deċiżjoni fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk le, tista' tgħid xi ftehim sar?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-digriet mogħti mill-Qorti li qed jiġi anness bħala Dok ‘A’.
Leg 13 PQ #8281 Sitting 185 2019-01-21 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – Fondi għat-toroq

Question

Tista’ l-Ministru tgħid mill-€140 miljun ta' investiment fit-toroq minn fondi tal-Unjoni Ewropea mħabbra f'konferenza tal-aħbarijiet li saret minn esponenti tal-Gvern nhar is-Sibt 11 ta' Novembru, kemm minnhom se jintużaw fuq toroq jew proġetti f'Għawdex? Tista’ tagħti lista ta’ toroq f'Għawdex li se jsiru b’dawn il-fondi?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’Għawdex hemm programm estensiv ta’ toroq. Il-lista ta’ dawn it-toroq tinsab qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #8282 Sitting 185 2019-01-21 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – ramel u żrar li intuża mid-Direttorati

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 7815 u tgħid kemm u x’tip ta’ ramel u żrar intuża mid-Direttorati li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru għal Għawdex, sena b’sena u xahar b’xahar mis-sena 2013 sal-lum? Tista’ tgħid fejn intuża dan ir-ramel u żrar u tgħid ukoll fuq kull proġett/biċċa xogħol min kienet il-persuna li ordnat ir-ramel jew żrar u min kienet il-persuna li ċċertifikat li ntuża dan l-ammont u min kienu l-kuntratturi li ssupplixxew dan il-materjal u kemm kienet l-ispiża xahar b’xahar u sena b’sena fuq dan il-materjal?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 7815.
Leg 13 PQ #8223 Sitting 184 2019-01-16 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – bajjiet – white flags

Question

Tista’ l-Ministru tagħti break down dettaljat ta’ x'intefaq, xi tħallas u min kienu l-benefiċjarji għaż-żewġ White Flags għaż-żewġ bajjiet ġewwa Għawdex? Tista' tgħid min approva dawn il-ħlasijiet?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.