Jista' l-Prim Ministru jagħti d-dettalji ta' kull direct order li ngħata mill-Aġenzija Identità Malta, inkluż id-data, il-valur u l-isem tal-persuna u/jew tal-kumpaniji li lilha ngħata, mis-sena 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Aġenzija dwar Visa u Residenza f’Malta – direct orders
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti d-dettalji ta' kull direct order li ngħata mill-Aġenzija dwar Visa u Residenza f’Malta, inkluż id-data, il-valur u l-isem tal-persuna u/jew tal-kumpaniji li lilha ngħata, mis-sena 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
It-tagħrif mitlub jinsab hawn taħt :
2018
VAT eskluz
Malta Residency
Visa Agency
2018
Dr Charlon Gouder
Servizzi Legali
€12,000
Malta Residency
Visa Agency
2018
Silvio Mifsud
Servizz ta'
Advisor
€42,008
Malta Residency
Visa Agency
Ott 2019
Indian Express
Avvi¿ f'publikazzjoni fl-India
GBP13,000
2019
Malta Residency
Visa Agency
Jan - Ott 2019
Silvio Mifsud
Servizz ta' Advisor
€37,367
Malta Residency
Visa Agency
Mejju - Ott 2019
Dr Charlon Gouder
Servizzi Legali
€15,000
Malta Residency
Visa Agency
Mejju - Ott 2019
Dr Paul Cachia
Servizzi Legali
€15,000
Aġenzija ta’ Malta għall-Programm tal-Investitur Individwali – direct orders
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti d-dettalji ta' kull direct order li ngħata mill-Aġenzija ta’ Malta għall-Programm tal-Investitur Individwali, inkluż id-data, il-valur u l-isem tal-persuna u/jew tal-kumpaniji li lilha ngħata, mis-sena 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
It-tagħrif mitlub jinsab hawn taħt:
Data
Entità/Kumpanija etc.
Ammont
(VAT eskluż
a)
22/08/2018
Indian Express
€18,810.46
29/08/2018
Ganado Advocates
€14,514.00
06/03/2018
Intercontinental Malta
€10,800.00
08/02/2018
Financial Transparency Advisors
€74,784.00
Aġenzija dwar il-Fond għall-Iżvilupp Nazzjonali u Soċjali – direct orders
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti d-dettalji ta' kull direct order li ngħata mill-Aġenzija dwar il-Fond għall-Iżvilupp Nazzjonali u Soċjali, inkluż id-data, il-valur u l-isem tal-persuna u/jew tal-kumpaniji li lilha ngħata, mis-sena 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
It-tagħrif mitlub jinsab hawn taħt :
Data
Valur
Vat Eskl
Isem il-persuna u/jew kumpanija li nghatat id-Direct Order
Dettalji
14/06/2018
€50,000
Camilleri Preziosi Advocates
Legal Services
24/09/2018
€26,769
Camilleri Preziosi Advocates
Professional Services
05/10/2018
€25,000
CountryProfiler (Malta)
1 page Advert in Lufthansa In-Flight Magazine
30/10/2018
€12,510*
Advocates Dr Edward Zammit Lewis and Dr Veronique Dalli Jointly
Legal Services
07/02/2019
$23,000**
PricewaterhouseCoopers (PwC) US
Tax Advisory Services
05/04/2019
€21,500
QPM Limited
NDSF Social Housing Project - Project Brief Phase 2
06/11/2019
€15,000
PricewaterhouseCoopers (PwC) Malta
Annual Audit and Advisory Services
*Kif stqarr pubblikament Dr Edward Zammit Lewis irrinunzja għal din l-konsulenza, hekk kif inħatar Ministru għal-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza fil-25 ta’Lulju 2019.
**Ekwivalenti għal €20,175 fiż-żmien tal-approvazzjoni tal-Ministeru tal-Finanzi.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 11540 u 11078 u jgħid kemm-il sponsorship tat l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta fl-2017, 2018 u 2019, u ta’ kemm ammonti kienu, u lil min ingħataw? F’kull każ, min ta l-ordni li jingħata dak l-isponsorship?
Miżuri għall-konformità ma’ Regolament UE 2016/1191 tal-Parlament Ewropew
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 8619 jista’ l-Ministru jgħid jekk il-pożizzjoni nbidlitx u jinforma għalhekk x'miżuri se jittieħdu biex Malta tiġi konformi ma' Regolament (UE) 2016/1191 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Lulju 2016 dwar il-promozzjoni tal-moviment liberu taċ-ċittadini permezz tas-simplifikazzjoni tar-rekwiżiti għall-preżentazzjoni ta' ċerti dokumenti pubbliċi fl-UE u li jibda japplika fl-intier tiegħu fis-16 ta' Frar 2019?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 5999, jista’ l-Prim Ministru jispjega lill-Parlament kemm kien hemm individwi b'anqas minn ħames snin servizz mas-Servizz Pubbliku u li xorta ngħataw il-promozzjoni ta' senior operative?
B'referenza għall-ingaġġar reċenti ta' Assistant Rescue Officers f'Għawdex, jista' l-Prim Ministru jispjega lill-Parlament kemm kienu dawk l-individwi li għaddew mill-eżami bil-miktub? Jista' jgħid ukoll ġewx ingaġġati individwi oħra li ma kenux fost dawk li għaddew mill-eżami bil-miktub?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Peress li l-Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni tenniet li r-radjazzjoni tal-EMF f’Malta u Għawdex huma skont il-limiti tal- International Commission on Non-Ionizing Radiation Protection (ICNIRP), jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-iskeda tar-radjazzjonijiet meħuda u l-post minn fejn ittieħdu, kull darba li dawn ittieħdu minn Jannar sa Ottubru ta’ din is-sena? X’inhi r-raġuni għalfejn dawn iċ-ċifri ma jiġux ippubblikati bl-istess metodu bħal ma tagħmel l- Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) dwar il-moniteraġġ tat-tniġġis fl-arja?
Delegazzjoni Maltija fi New York għas-Summit ta’ Azzjoni dwar il-Klima
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 11936, jista’ l-Prim Ministru jgħid x’kienet il-kontribuzzjoni tad-delegazzjoni Maltija fi New York nhar it-23 ta’ Settembru fil-Ġnus Magħquda fis-Summit ta’ Azzjoni dwar il-Klima? Jista’ jgħid x’inhi r-raġuni li Malta ma tissemmiex fil-lista ta’ dawk l-64 pajjiżi li ħadu sehem (hekk kif jidher hawnhekk: https://www.un.org/en/climatechange/assets/pdf/CAS_Agenda.pdf?
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hi l-ispiża f’sena li l-Ministeru jonfoq f’karozzi tal-kiri? Kemm huma l-karozzi tal-kiri użati ta’ kuljum minn persons of trust? Kemm hi n-nefqa għal kull person of trust skont it-titlu ta’ xogħlu?
Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma d-ditti legali li jagħtu pariri legali lil kull Ministeru? Jista’ jagħti l-informazzjoni b’mod separatament? Jista’ jgħid ukoll kif intgħażlu?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Id-ditta legali li tagħti pariri legali lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru hija SZA Law Firm u intgħażlet skond dak li jipprovdu r-regolamenti finanzjarji tal-gvern.
Budget 2020 — Inkomplu Nikbru Flimkien - spiża fuq reklamar
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11953 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid x'kienet l-ispiża totali tar-reklamar fuq il-medja soċjali, bid-dettalji u l-spejjeż kollha involuti u mħallsa mill-MaltaGov, għall-filmati li saru dwar il-Budget 2020 bit-titlu ‘Inkomplu Nikbru Flimkien’?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11821 u jagħti rendikont tan-nefqa li saret għal reklamar dwar il-Budget għas-sena 2020 inkluż nefqa għal reklami f'gazzetti, f'siti soċjali bħal Facebook, Twitter u permezz ta' Google kif ukoll fuq l-istazzjonijiet lokali tat-televiżjoni u tar-radju? Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe fattura, rendikont u/jew talba għal ħlas dwar l-imsemmija reklami?
Jista' l-Prim Ministru jgħid, xahar b'xahar, minn nhar it-3 ta' Ġunju 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm kienet in-nefqa mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, f'reklamar fuq is-sit soċjali Facebook? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-imsemmija reklami?
Jista’ l-Prim Ministru jgħid min huma l-uffiċjali fid-dekasteru tiegħu li għandhom credit card jew simili, maħruġa lilhom mill-Gvern ta’ Malta? Jista' jgħid kemm kien l-ammont minfuq fuq kull credit card fl-2018 u fl-2019?
Inkjesta mill-House of Commons dwar id-diżinformazzjoni u fake news
Question
Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-korrispondenza kollha li ntbagħtet f'isem il-Gvern Malti mill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, lid-Digital, Culture, Media and Sport Committee tal-House of Commons b'rabta mal-inkjesta dwar id-diżinformazzjoni u l-fake news?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel l-mistoqsija tiegħu lill Ministru kkonċernat.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 27451 tat-12-il Leġislatura, dwar tfassil ta' car park f’Marsaskala, jista’ l-Prim Ministru jgħid issa jekk ġewx identifikati siti f’Marsaskala li jistgħu jiġu utilizzati għal parkeġġ pubbliku?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11471 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u li issa ġiet riferuta lilu u jqiegħed immedjatament fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti tal-amministratturi tal-banek li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament li skont l-artiklu 29(3) tal-Att dwar il-Kummerċ Bankarju, huwa rċieva kull sitt xhur u kellu jqiegħedhom fuq il-Mejda tal-Kamra?
Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija dwar il-Programm tal-Investitur Individwali tar-Repubblika – investigazzjonijiet ta’ ilmenti mir-Regolatur
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid, sena b'sena, kemm ġew investigati ilmenti mir-Regolatur maħtur skont l-artikolu 25 tal-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija dwar il-Programm tal-Investitur Individwali tar-Repubblika ta’ Malta mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid dwar xiex kienu dawn l-ilmenti u x'kien l-eżitu ta' kull waħda mill-investigazzjonijiet imwettqa mir-Regolatur?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab informat li minn meta tnieda l-Progamm ta’ Investitur Individwali, in-numru ta’ ittri tal-ilment li rċieva r-Regolatur sena b’sena kien hekk :
2013 → 0
2014 → 0
2015 → 0
2016 → 7
2017 → 8
2018 →
13
2019 (sal-5 ta’ Novembru) → 7
Kollha kienu jittrattaw rifjut tat-talba għaċ-ċittadinanza taħt dan il-Programm għar-raġuni li l-applikant ma kienx konformi ma’ xi waħda jew aktar mill-ħtiġijiet tar-regolamenti.
Ir-Regolatur, fl-ebda każ minnhom, ma hass illi kien hemm raġuni valida għalfejn għandu jintervjeni favur l-applikant u nforma b’dan lil kull min kien bagħatlu dawn l-ittri tal-ilment.