Jista' l-Ministru jgħid jekk jiġix ittestjat l-ilma li jittella' mill-ispieri (borehole) u jekk dawn it-testijiet isirux fuq talba tal-awtoritajiet konċernati jew jekk jsirux fuq talba tal-individwu/sid il-borehole? Wara dawn it-testijiet issir xi tip ta' ċertifikazzjoni lill-borehole partikolari li tkun tajba għax-xorb jew le?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li dawk is-sidien ta’ spieri (boreholes) li jkunu jridu jqassmu ilma mill-istess spieri bħala ilma tajjeb għal konsum mill-bniedem, iridu l-ewwel japplikaw mad-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali skont il-provvedimenti ta’ l-Att Legali 357 tal-2004. Biex dan l-ilma jiġi ċertifikat bħala tajjeb għal konsum mill-bniedem, l-applikant għandu jipprovdi lid-Direttorat riżultati ta’ analiżi għal dawk il-parametri kollha skont il-provvedimenti tal-Att Legali 17 tal-2009 dwar il-kwalità ta’ ilma għal konsum mill-bniedem.
La darba dawn ir-riżultati jkunu konformi mal-livelli indikati fl-Att 17 tal-2009, dan is-sors jiġi ċċertifikat bħala ilma tajjeb għall-konsum mill-bniedem u s-sid ta’ dan is-sors ikun obbligat jagħmel analiżi tal-istess ilma darba kull tlett xhur. Dan il-monitoraġġ jissejjaħ ‘Monitoraġġ ta’ Sorveljanza’ u jinkludi numru ta’ parametri skont tabella ‘A’ tal-A.L. 17 tal-2009. Għandhom isiru l-analiżi kollha skont tabella ‘A’ ta’ A.L. 17 ta’ 2009, imsejjaħ ‘Monitoraġġ ta’ Awditjar’, skont il-volum tal-ilma li jittella kull sena, b’minimu ta’ darba fis-sena.
Kopji ta’ dawn l-analiżi kollha jintbatu għall-informazzjoni lid-Direttorat. F’każ li l-ilma ma’ jibqax jikkwalifika mal-provvedimenti kollha tal-istess Att, iċ-ċertifikazzjoni maħruġa minn dan id-Direttorat tiġi rtirata u dan l-ilma ma’ kienx jista’ jintuża aktar bħala ilma tajjeb għal konsum mill-bniedem u mmedjatament jitneħħa mir-reġistru miżmum minn dan id-Direttorat skont il-provvedimenti tal-Att Legali. 357 tal-2004, li kopja tiegħu tinstab fuq il-paġna elettronika tad-Direttorat.
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — talbiet għal reduced working hours
Question
Jista l-Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet għal reduced working hours fl-aħħar sitt xhur f'kull dipartiment separatament li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħu? Kemm minnhom saru minn ħaddiema nisa u kemm minnhom saru minn ħaddiema rġiel? Kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa, kemm minnhom ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti?
Jista' jgħid fil-każ tar-rifjut tat-talba x'kienet ir-raġuni u fil-każ ta' talbiet pendenti f'liema stadju waslet it-talba?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li bejn Jannar 2010 u Ġunju 2010 kien hemm 202 talba għal reduced hours. 197 minn dawn saru minn nisa’ u 5 minn irġiel. It-talbiet kollha ġew milqugħa. It-talbiet saru hekk:
Dipartiment/Sptar
Irgiel
Nisa
Boffa Hospital
0
1
Mt. Carmel Hospital
0
2
Mater Dei Hospital
5
166
Primary Health Care Department
0
9
Department Environmental Health
0
2
Health Information Department
0
1
Department for the Elderly (inkluz Residenza San Vincenz de Paule)
0
11
Government Health Procurement Services
0
1
National Blood Transfusion Services
0
1
General Stores
0
1
Entitlement Unit
0
1
Supplies Section
0
1
Total
5
197
Billi huwa kompitu tal-OHSA (Occupational, Health and Safety Authority) li tagħti pariri lill-Ministru dwar ħarsien tas-saħħa u sigurtà fuq il-postijiet tax-xogħol, jista' l-Ministru jgħid jekk qattx tat xi pariri simili fuq ix-xogħol fil-kmamar tan-nar? Jekk iva, meta u x'kienu? Billi l-OHSA għandha dritt li tidħol, tispezzjona u zzur kwalunkwe post tax-xogħol kif ukoll li anke tikkonfiska apparat u materjal meħtieġ għall-investigazzjonijiet tagħhom, jista' jgħid kemm għamlu żjarat simili u spezzjonijiet fi kmamar tan-nar? L-OHSA qatt talbet xi risk assessment dwar l-operat li kull employer huwa obbligat li jagħmel skond dak li hemm stipulat fil-legal notices 36 tas-sena 2003? L-OHSA għandha reġistru tal-istallazzjonijiet, apparat, makkinarju, sustanzi, kimiċi eċċ f'dawn il-postijiet u fil-fehma tagħha, jistgħux jitqiesu li qed joħolqu occupational, health and safety risk? L-OHSA qatt għamlet xi accident investigation dwar inċidenti fi kmamar tan-nar f'dawn l-aħħar snin u jekk iva, x'kienu l-konklużjonijiet tagħhom? L-OHSA għandha nies kompetenti sabiex jagħmlu dan it-tip ta' xogħol?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-kmamar tan-nar u l-manifattura tal-logħob tan-nar, huma regolati mill-Ordinanza dwar Splussivi (kif emendata). Għaldaqstant, l-Awtorità Dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol qatt ma għamlet spezzjonijiet jew intervjeniet fl-operat ta’ dawn il-kmamar.
Awtorità tas-Saħħa u Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol — rapporti ta' inċidenti
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu rapporti dwar inċidenti fuq il-post tax-xogħol, lill-Awtorità dwar is-Saħħa u Sigurtà fuq il-post tax-xogħol? Jista' jgħid kemm minn dawn kienu rappurtati f'kumpaniji privati u kemm f'dipartiment, korporazzjonijiet, aġenziji u dipartimenti tal-gvern? Fit-tieni każ, jista' jagħti breakdown ta' fejn kienu rappurtati l-inċidenti?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni tas-set up tal-OHSA - Occupational Health and Safety Authority - filwaqt li jagħti lista ta' dawk li ġew ingaġġati fl-aħħar sena? Huwa minnu li fosthom hemm persuna jew persuni li ngħataw senior management positions mingħajr ma kien hemm sejħa għall-post vakanti mkien?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) fil-preżent għandha 26 impjegat, li huma mqassmin f’dawn is-sezzjonijiet :
Uffiċċju tal-Kap Eżekuttiv :
Policy Development and Strategic Operations, External Programme Implementation, International Affairs
, u s-saħħa u sigurtà tal-ħaddiema tal-awtorità.
Corporate Services and External Training, (CS Division) Communications and PR, (Comm &PR Division) u Technical Operations.
Is-
CS Division
hija responsabbli ukoll mill-
Information and communications technology
.
Il-
Communications and PR Division
taġixxi ukoll bħala
Focal Point
Nazzjonali għall-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol.
It-
Technical Operations Division
tinkorpora l-
Machinery, Equipment, Plant and Installation Section
, is-sezzjoni għall-Protezzjoni mir-Radjazzjoni, Sezzjoni għal spezzjonar ġenerali f’postijiet tax-xogħol, Sezzjoni tal-Kostruzzjoni u Barrieri, Sezzjoni għall-Investigazzjoni ta’ Nċidenti, Sezzjoni għal Aġenti Kimiċi u Bioloġiċi u Sezzjoni għal Prosekuzzjoni u Qrati.
F’din l-aħħar sena, l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol ma ngaġġat lil ħadd, inkluż fil-pożizzjoni ta’
Senior Manager
. Għal kull
vacancy
li jkun hemm mal-awtorità, dejjem saret sejħa pubblika skont in-normi tas-settur pubbliku. Madanakollu, impjegat tad-Diviżjoni tas-Saħħa (u mhux tal-OHSA), qed jassumi r-responsabbiltajiet ta’
National Focal Point
għall-Aġenzija Ewropea fl-assenza tal-
Focal Point
proprju li qiegħda barra fuq
leave
fit-tul mingħajr ħlas.
Sptar Mater Dei — tqassim aħjar ta' swali tal-maternità
Question
Jista' l-Ministru jgħid għaliex llum nisa li jkunu se jwelldu jitpoġġew fl-istess kamra ma' nisa li jkunu għadhom kif welldu meta fl-Isptar San Luqa dawn kienu jkunu fi swali għalihom? Peress li xorta waħda dawn in-nisa mhux qed ikollhom continuity of care mill-istess staff (qwiebel u infermiera) kif kien stabbilit mit-tmexxija tal-isptar stess u dan minħabba nuqqas akut ta' sodod, jista' l-Gvern jifred it-tliet swali tal-ostetrija f'sala għal korrimenti u problemi fit-tqala, sala oħra għal dawk li waslu biex jwelldu u sala oħra għal dawk li welldu?
Jekk il-problema hi waħda ta' sodod, fejn illum is-swali tal-ostetrija għandhom inqas sodod mill-Isptar San Luqa, x'qed iżomm lill-Gvern milli jiftaħ sala oħra?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-prinċipju użat fl-Isptar Mater Dei biex jiġu allokati sodod lin-nisa li jkunu se jwelldu huwa li, kemm jista’ jkun, il-mara żżomm l-istess sodda kemm qabel li twelled kif ukoll wara li twelled. Din is-sistema hija aktar konvenjenti għall-pazjenta mis-sistema li kienet tintuża fl-Isptar San Luqa, fejn il-pazjenta kien ikollha tbiddel is-sala tliet darbiet waqt li tkun l-isptar.
Il-prattika li nisa li jkunu se jwelldu jitħalltu ma' nisa li jkunu għadhom kemm welldu hija prattika aktar moderna u kienet ippjanata ħafna qabel ma fetaħ l-Isptar Mater Dei. Din il-prattika qiegħda taħdem tajjeb. Fil-fatt din il-prattika ilha tintuża fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għal ħafna snin, kif ukoll fis-settur privat.
Fl-Isptar Mater Dei hemm sala separata (Obstetrics Ward 2) għal każi ta’ korrimenti u problemi fit-tqala, li fiha qatt ma jiddaħħlu nisa li jkunu għadhom kif welldu u qatt ma jkun hemm taħlit ta’ każi ta’ korrimenti ma' dawk li kellhom tarbija. Fil-każ ta’ dawk li waslu biex iwelldu u dawk li welldu, dawn jużaw iż-żewġ swali l-oħra b’mod flessibbli għar-raġuni spjegata aktar 'il fuq.
Din is-sistema taħdem tajjeb u m’hemmx pjanijiet li mmorru lura għas-sistema tal-Isptar San Luqa.
Jista l-Ministru jghid kemm kienu l-pazjenti ġodda li bdew jibbenefikaw mis-sistema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2010?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li matul l-ewwel disa’ xhur tas-sena 2010 kien hemm 10,696 pazjenti ġodda li bdew jibbenefikaw mill-Iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek
Jista' l-Ministru jgħid x’investiment sar matul l-ewwel disa xhur ta’ din is-sena f’manutenzjoni fl-isptar Karen Grech u fiex kien jikkonsisti dan ix-xogħol?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-investiment li sar matul l-ewwel disa xhur tas-sena 2010 fuq manutenzjoni fl-Isptar Karin Grech kien jammonta għal € 1,352,692. Din l-ispiża kienet imqassma kif jidher hawn taħt:
§ Apparat Mediku w Għamara - €706,238
§ Impjant u meżżi tat-trasport - € 17,187
§ Xogħol ta Refurbishment - €303,331
§ Manutenzjoni Ġenerali - €325,936
Total - € 1,352,692
Jista' l-Ministru jgħid meta tlesta x-xogħol u kemm kienet l-ispiża fuq flatlets immirati għal Shared Supportive Housing għall-anzjani, li kellhom isiru mad-dar tal-anzjani tal-Imtarfa ?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Għalkemm hemm il-ħsieb li jinbnew dawn il-flatlets u diġà saru taħdidiet u żjara fuq il-post flimkien ma’ uffiċċjali tal-MEPA, dawn ma sarux minħabba nuqqas ta’ finanzi. Ta’ min ifakkar li tul is-sena li għaddiet tlestiet il-Blokka Ġiovanni Pawlu II fir-Residenza San Vinċenz ta’ 144 sodda u żewġt swali oħra fil-Kumpless St. Jeanne Antide f’Ħ’Attard b’64 sodda, kif ukoll in-Night Shelter taż-Żejtun.
Jista' l-Ministru jgħid meta tlesta x-xogħol u kemm kienet l-ispiza fuq il-ftuħ ta’ day centres ġodda għall-anzjani fil-Mellieħa u fis-Siġġiewi ?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li ċ-Ċentru ta’ Matul il-Jum tal-Mellieħa infetaħ fl-4 ta’ Ġunju 2010. L-ispiża biex tlesta dan iċ-ċentru kienet €12,661.25. Bħala bini, dan iċ-ċentru jagħmel parti mid-Dar għall-Anzjani tal-Mellieħa u għalhekk l-ispiża tal-bini taċ-ċentru kienet inkluża fil-bini tad-Dar. Iċ-Ċentru ta’ Matul il-Jum fis-Siġġiewi għadu ma nfetaħx. Bħalissa għaddejin diskussjonijiet mal-kunsill lokali.
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — parental leave
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet għall-parental leave fl-aħħar sitt xhur f'kull dipartiment li jaqa` taħt id-dekasteru tiegħu? Kemm minnhom saru minn nisa u kemm minn irġiel? Jista' jgħid kull talba li ġiet milqugħa kemm damet biex tiġi proċessata? Fil-każ ta' dawk miċħuda, jekk kien il-każ, x'kienet ir-raġuni?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li bejn Frar 2010 u Lulju 2010 kien hemm 49 talba għal parental leave jew għal career break (ma tinżammx statistika separata). Dawn kollha saru minn nisa’. It-talbiet kollha ġew milqugħa u dan sar fl-iqsar żmien possibbli, li normalment ikun madwar ġimgħatejn minn mindu ssir it-talba. Ma tinżammx statistika partikolari ta’ kemm iddum biex tiġi pproċessata kull applikazzjoni.
It-talbiet saru hekk:
Dipartiment/Sptar
Irgiel
Nisa
Boffa Hospital
0
1
Mt. Carmel Hospital
0
3
Mater Dei Hospital
0
32
Primary Health Care Department
0
6
Department Environmental Health
0
1
Health Promotion and Disease Prevention Department
0
1
Department for the Elderly (inkluz Residenza San Vincenz de Paule)
0
5
Total
0
49
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — Kuntratt ta' pubbliċità
Question
Jista' l-Ministru jgħid u jagħti informazzjoni dwar kemm-il kuntratt ta' pubbliċità (advertising fil-media kollha) ngħata mill-ministeru tiegħu u minn kull entità jew kumpanija li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu? Kemm hu l-ammont (consideration) ta' kull kuntratt? B'liema modalità ġie mogħti kull kuntratt ċioe jekk hux b'direct order jew b'offerta pubblika jew b'mezz ieħor permess mir-regolamenti finanzjarji? Lil min ingħata kull kuntratt, lil xi kumpanija jew xi individwu? Jista' jagħti l-informazzjoni mitluba għas-snin 2008, 2009 u sa Awwissu 2010?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Sptar Mater Dei — nefqa biex tindirizza l-waiting list
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet in-nefqa li saret matul l-ewwel disa' xhur ta’ din is-sena immirata b’mod specifiku biex ikunu indirizzati l-waiting lists għall-operazzjonjijiet fl-Isptar Mater Dei ?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li n-nefqa li saret matul l-ewwel disa’ xhur tas-sena - nefqa immirata b’mod speċifiku sabiex ikunu ndiriżżati l-listi ta’ stennija, kienet ta’ madwar €262, 221. Din il-figura tinkludi wkoll xiri li ġie proċessat iżda li għadu ma tħallasx. Ninsab infurmat wkoll li bħalissa qedin jiġu proċessati talbiet għal xiri ta’ consumables u instrumentation li jlaħħqu madwar €90, 000 oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew rapportati persuni li weġgħu fuq siti ta' kostruzzjoni matul din is-sena 2010? X'kienet in-nazzjonalità ta' dawn il-persuni?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-individwu li d-dettalji tiegħu qed jidhru separatament, mhux jingħata l-mediċina Trental mill-Isptar, li ilha tingħatalu kważi 19-il sena u dan minkejja li l-Konsulent tiegħu ordnahomlu għal fuq il-kartuna s-safra?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li skont ir-records tal-uffiċju tal-kartuna s-safra, l-pazjent huwa ntitolat għal din il-mediċina. Il-pazjent huwa mitlub li jibghat il-kartuna s-safra li skadiet f’Awwissu ta’ din is-sena, u b’hekk il-kartuna l-ġdida tingħatalu. Bil-kartuna s-safra l-ġdida u r-riċetta mingħand t-tabib ikun jista’ jiġbor il-mediċina mill-isptar.
Peress li f'avviż fuq il-mezzi tax-xandir id-Dipartiment tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek qed javża lill-pazjenti li huma intitolati għall-mediċini b'xejn mingħand il-Gvern u li soltu jiġbru l-mediċini tagħhom miċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Gżira u ta' Birkirkara rispettivament u li joqogħdu tas-Sliema u l-Iklin, jistgħu jiġbru l-formola uffiċjali tar-reġistrazzjoni mill-ispiżeriji kollha tal-lokalità tagħhom u peress li d-Dipartiment tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek qed jgħid lill-pazjenti ta' dawn il-lokalitajiet li l-applikazzjoni li għamlu sentejn ilu m'għadhiex valida, jista' l-Ministru jgħid x' raġuni hemm għal dan il-fatt u għaliex il-pazjenti qed jerġgħu jintalbu jirreġistraw?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li ħafna residenti minn tas-Sliema u l-Iklin kienu bagħtu l-informazzjoni dwar l-Ispiżerija tal-Għażla tagħhom meta l-Gvern kien issospenda l-implimentazzjoni ta’ din l-iskema sabiex tiġi evalwata u konsolidata. Il-pażjenti li joqogħdu fil-lokalitajiet imsemmija qed jerġgħu jintalbu jirreġistraw sabiex id-Dipartiment tal-Ispiżerija tal-Għazla Tiegħek ikun ċert li s-servizz ta’ mediċina b’xejn li ser jingħata permezz ta’ sħubija fl-Iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek ikun wieħed ibbażat fuq il-kundizzjonijiet mediċi u t-trattament l-aktar riċenti tal-istess pażjent.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu maħsub li hu n-numru ta' nurses li huma meħtieġa biex il-faċilitajiet governattivi tas-saħħa jkunu jistgħu jitħaddmu b'mod tajjeb illum u fis-snin li ġejjin? Jista' jagħti tagħrif dwar x'miżuri qed jieħu l-gvern biex dawn il-ħteġijiet jiġu moqdija?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Health Division — proċedura biex jitneħħew xi prodotti
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'inhi l-proċedura applikata meta l-uffiċjali tal-Health Division, għal xi raġuni valida skont il-liġi, jitolbu li jitneħħew mis-suq xi prodotti li jkunu esposti f'supermarkets, restaurants u postijiet oħra li jbiegħu l-ikel? Jista' jagħti tagħrif għaliex prodotti hekk meqjusa mhux tajba ma jinġabrux mill-ewwel minn tas-Sanità?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.