Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja — persuni u/jew kumpaniji inkarigati mill-konsulenza
Question
Tista' l-Ministru tgħid matul l-2009 min kienu l-persuni u/jew kumpaniji inkarigati mill-konsulenza għall- Ministeru u/jew dekasteri oħra li jaqgħu taħtha? F'liema oqsma kienet meħtieġa l-konsulenza?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ħaddiema li qed jirreġistraw għax-xogħol — community workers
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk kienx hemm ħaddiema li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol li ġew mitluba biex jaħdmu bħala community workers u dawn ma rridux? X'kienet ir-raġuni?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Kemm ilha li bdiet l-iskema `Xogħol fil-Komunita`, f`Awwissu 2009, min fost il-persuni li kienu qed jirreġistraw u li kienu eleġibbli biex jipparteċipaw fl-iskema, wħud ġabu ċertifikati mediċi li minħabba n-natura tagħhom impedewhom milli jkomplu jirreġistraw għax–xogħol u allura ġew referuti lid-Dipartiment tas-Servizzi Soċjali. Kien hemm min sab xogħol, u kien hemm oħrajn li għalkemm aċċettaw li jipparteċipaw u ffirmaw li jagħmlu dan, meta ġew imsejħa biex jibdew l-iskema, ma attendewx.
Tista' l-Ministru tgħid għal liema raġuni l-Awtorità tad-Djar għadha m'għamlitx il-kuntratti tal-akkwist opportun ma' dawk kollha li ħadu l-plots fil-housing estates tal-Ħali fin-Nadur, Għawdex u f'Ta' Dun Anton ix-Xagħra, Għawdex u dan minkejja li l-konvenji ilhom snin li saru u ċ-ċnus tħallsu? Peress li din is-sitwazzjoni qed toħloq problemi kbar u anomaliji legali li jeħtieġu li jiġu indirizzati immedjatament, tista' tgħid meta se jiġu ffirmati l-kuntratti opportuni?
Response (CRISTINA, DOLORES)
It-titolu tal-art tal-inħawi msemmija għadu ma għaddiex għand l-Awtorita’ tad-Djar u għalhekk l-Awtorita’ ma tistax tagħmel il-kuntratti tal-akkwist.
Tista' l-Ministru tgħid għaliex l-ufiċċju tal-istipendji tal-Università ta’ Malta qed jagħmel minn kollox biex jiġbor lura l-flus li tħallset l-istudenta li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, daqslikieku din b’xi kapriċċ abbandunat l-istudji tagħha meta kellha titlaq bilfors minħabba s-saħħa tagħha kif hemm ippruvat f’dokumenti pprovduti lill-Università?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Kull student tal-Università li jirċievi stipendju jiffirma dikjarazzjoni li jekk għal xi raġuni ma jkomplix il-kors tiegħu, għandu jirrifondi lura “pro rata” skont kemm idum fil-kors, parti mill-istipendju.
Hu l-Bord għall-Għotjiet ta’ Manteniment lill-istudenti, li jiddeċiedi jekk f’ċerti każi bħal dak riferut mill-Onor. Interpellant għandux jibqa’ jinsisti jew le għall-ħlas lura ta’ studenti li ma jtemmux il-korsijiet tagħhom.
Din hi l-ewwel darba li dan il-każ inġieb għall-attenzjoni tal-Bord. Billi fl-informazzjoni li l-interpellant għadda hemm indikat li din l-istudenti bdiet kors ieħor, il-Bord indaga mal-Universita’ u ma jirriżultax li l-istudenti imsemmija fil-fatt qed tagħmel xi kors hemmhekk.
Billi jekk l-istudenta qed tagħmel kors f’xi istituzzjoni edukattivi li l-isudenti tagħha huma intitolati għal stipendju, l-istudenta ma tintalabx tħallas flus lura, l-Onor Interpellant mitlub jagħti dettalji ta’ x’kors qed tagħmel l-imsemmija studenta biex tkun tista’ tinstab soluzzjoni malajr.
Jekk l-istudenta m’hi tagħmel ebda kors ieħor minħabba l-kundizzjoni tagħha, il-Bord jiddeċiedi l-każ fuq il-merti tiegħu u jżomm quddiem għajnejh il-pariri tat-tobba.
Miniteru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja — ċifra ta' flus globali għall-konsulenti
Question
Tista' l-Ministru tgħid matul l-2009, kemm kienet in-nefqa f'ċifra ta' flus globali għall-konsulenti tal-Ministeru u dekasteri oħra li jaqgħu taħtha?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Matul l-2009, in-nefqa f’cifra ta’ flus globali għall-konsulenti tal-Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u Familja u entitajiet li jaqgħu taħt dan il-Ministeru kienet ta’ € 853,174.31
Tista' l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-development brief oriġinali dwar l-iżvilupp tal-White Rocks u tgħid jekk minn dak iż-żmien 'l hawn ġiex emendat u jekk iva, meta?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
White Rocks and Leisure Village — Outside Developement Zone
Question
Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 18373 u tgħid kemm hija l-area li hija f'Outside Developement Zone fil-proġett tal-White Rocks and Leisure Village?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Tista' l-Ministru tindika x'irid isir sabiex il-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, tixtri appartament mikri lilha mill-Awtorità tad-Djar?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-present l-Awtorità tad-Djar m’għandiex skema fejn inkwilini li qed jikru l-post tar-residenza tagħhom mingħand il-Gvern ikunu jistgħu japplikaw biex jixtru dan l-istess post.
B’referenza għall-file number li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, tista' l-Ministru tgħid jekk il-flat li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament huwiex available?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità tad-Djar għaddejja bl-istħarriġ tagħha.
Tista' l-Ministru tara li tiġi milqugħa t-talba tal-persuna, li dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, li jixtieq jibdel l-post ma' persuna oħra li lesta li tibdillu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna li għaliha qegħda ssir referenza tista’ tbiddel ma’ post ieħor tal-Gvern basta jkunu għaddew tlett snin mid-data tal-kuntratt.
Tista' l-Ministru tara fiex waslet it-talba li tinsab quddiem il-periti tal-gvern biex il-post, li dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, li jinsab fi sqaq isir privat peress li hemm persuna marida?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nixtieq ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li din il-mistoqsija Parlamentari ma tikkonċernax l-Awtorità tad-Djar peress li l-propjeta’ hija privata.
Tista' l-Ministru tara li jitmexxa l-każ tas-Sinjura, li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li qed tagħmel korrespondenza mal-perit u l-Awtorità tad-Djar, minħabba l-urġenza tax-xogħol?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-Sinjura msemmija ser tirċievi appuntament għat-22 ta’ Lulju 2010, sabiex tiffirma ftehim mal-Awtorità tad-Djar ħalli hija tkun tista tmur tibbenefika minn għotja taħt skema SM, biex tirranġa l-strutturi fir-residenza tagħha mikrija lilha m’għand il-gvern.
Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 18519 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u li issa ġiet riferuta lilha u tgħid mindu ġew in vigore l-emendi fil-kodiċi ċivili fir-rigward tal-kirjiet fost l-oħrajn għal użu ta' residenza, kemm-il kirja f'appartamenti tal-gvern ġiet terminata xahar b'xahar u lokalità b'lokalità u x'kienet ir-raġuni li ma setgħetx tintiret il-kera f'kull każ:
a) ma kienx hemm qraba reġistrata għall-perjodu definit mill-liġi;
b) qraba kellhom dħul finanzjarju qawwi;
ċ) X'kienet ir-raġuni li l-kerrej ma baqax fil-kirja;
i) minħabba mewt;
ii) minħaba safar fit-tul mhux ġustifikat
iii) minħabba dħul ġo dar tal-anzjani b'mod permanenti?
Tista' tagħti l-informazzjoni ta (b) u (ċ) xahar b'xahar u lokalità b'lokalità?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Mindu daħlet fis-seħħ il-liġi l-ġdida tal-kera l-Awtorità tad-Djar ma tterminat l-ebda kirja fuq post residenzjali tal-Gvern.
Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 18761 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u li issa ġiet riferuta lilha u jara jekk fil-każ ta' inkwilini li joħorġu bil-pensjoni, tistax il-kera tal-appartamenti tal-gvern tiġi riveduta qabel iż-żmien stipulat? Jista' dan isir ukoll f'ċirkostanzi oħra bħal meta kerrej jitlef l-impjieg tiegħu u jibda jirreġistra għax-xogħol?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Awtorita’ tad-Djar tirrevedi l-kirjiet fuq il-postijiet tal-Gvern kull sentejn skont il-kuntratt iffirmat bejn iż-żewġ partijiet. Iżda f’każijiet fejn l-inkwilini joħorġu bil-pensjoni jew f’każijiet fejn l-inkwilini jispiċċaw qegħda għax il-post tax-xogħol fejn jaħdmu jagħlaq l-Awtorità tad-Djar tirrevedilhom l-kera qabel iż-żmien stipulat.
Qorti tal-Appell — dokument kunfidenzjali b'informazzjoni personali mogħti minn Membru Parlamentari
Question
B’riferenza għat-twegiba tal-mistoqsija parlamentari 19112, tista' l-Ministru tgħid kif il-Membru Parlamentari li jissemma fl-istess tweġiba, sar jaf li l-persuna konċernata kienet qed tirċievi pensjoni mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, tant li d-Direttur tas-Sigurtà Soċjali ittella' quddiem il-Qorti biex jagħti x-xhieda tiegħu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lil Onor. Interpellant li d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali kien infurmat b’dan il-każ meta ġie mħarrek mill-Qorti tal-Magistrati sabiex jagħti ix-xhieda tiegħu dwar dan il-każ. Id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali m’għandux informazzjoni dwar kif il-Qorti jew il-partijiet l-oħra saru jafu li xi persuna tirċievi xi benefiċċju tas-sigurtà soċjali.
Pensjoni tar-romol, mard, età u benefiċċju tal-unemployement
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm hawn nies li l-pensjoni tar-romol/mard/età/benefiċċju tal-unemployment tagħhom hija l-uniku dħul finanzjarju? Kemm minn dawn huma l-bread winners u għandhom familja tiddependi fuq dan id-dħul?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Jien infurmata li ma tinżammx statistika li tikkonferma kemm hawn persuni li pensjoni/benefiċċju/assistenza li jirċievu mid-Dipartment tas-Sigurta’ Soċjali hi l-unika dħul tagħhom u għaldaqstant mhux possibli jiġi kkwantifikat in-numru ta’ persuni li huma l-bread winners u li għandhom familja tiddependi fuqhom.
Tista' l-Ministru tgħid matul l-ewwel ħames xhur tal-2010, kemm kien in-numru ta' persuni rapportati bis-sick leave f'Malta u Għawdex separatament? Kemm minnhom kienu mas-settur privat?
Response (CRISTINA, DOLORES)
It-total ta’ persuni rraportati bis-sick leave billi issottomettew ċertifikat tal-mard minn Jannar sa Mejju tas-sena li qegħdin fiha jammonta għal 34,233. Minn dan it-total, 30,622 ġew irrapportati f’Malta u 3,601 ġew irrapportati f’Għawdex.
In-numru ta’ persuni rraportati bis-
sick leave
mis-settur privat kien ta’ 12,585. Minn dan it-total, 11,770 ġew irrapportati f’Malta u 812 ġew irrapportati f’Għawdex.
Tista' l-Ministru tgħid matul l-ewwel ħames xhur tal-2010 kemm kien in-numru ta' tfal bniet/subien rapportati li m'attendewx skola f'Malta u Għawdex separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
It-tabella hawn taħt tindika kemm kien in-numru ta’ tfal bniet/subien rapportati li m’attendewx skola matul l-ewwel ħames xhur tal-2010 f’Malta u f’Għawdex separatament.
Jannar
Frar
Marzu
April
Mejju
Malta
Bniet
587
563
1124
501
797
Subien
699
771
1698
651
1044
Għawdex
Bniet
9
10
54
7
12
Subien
15
11
166
5
11
Tista' l-Ministru tgħid matul l-ewwel ħames xhur tal-2010, kemm kien in-numru ta' każijiet li d-Dipartiment tas-Servizzi Soċjali kellu jirrikorri għall-azzjoni li waqqaf il-benefiċċji tal-mard minħabba irregolaritajiet, f'Malta u Għawdx separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-ħlas tal-benefiċċju għall-mard huwa marbut mas-sottomissjoni taċ-ċertfikati tal-mard ipprovduti kull ġimgħa minn persuni li huma impjegati jew li jaħdmu għal rashom u li jkunu ma jifilħux u għalhekk ma jkunux f’posizzjoni li jattendu għall-impjieg tagħhom.
Għaldaqstant il-ħlas tal-benefiċċju ma jitwaqqafx minħabba xi irregolaritajiet iżda għaliex il-persuna ikkonċernata ma tissottomettix iżjed ċertifikati mediċi kull ġimgħa jew għax ikun tħallas il-massimu ta’ benefiċċju għall-mard kif stipulat mill-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali.
Tista' l-Ministru tgħid matul l-ewwel ħames xhur tal-2010, kemm kien in-numru ta' każijiet li d-Dipartiment tas-Servizzi Soċjali kellu jirrikorri għall-azzjoni li waqqaf il-benefiċċji tar-relief minħabba irregolaritajiet, f'Malta u Għawdex separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-figuri ta’ hawn taħt juru l-każijiet li ġew mwaqqfa imma mhux neċessarjament minħabba irregolaritajiet.
Benefiċċju
Malta
Għawdex
Totali
Għajnuna għal-Disimpieg
1,053
83
1,136
Bord għall-Għajnuna Soċjali
7
0
7
Għajnuna Soċjali
496
23
519
Għajnuna Soċjali tal-Wens
20
1
21
Għajnuna għall-Ġenitur Singlu
130
2
132
Għajnuna għall-Persuna Dipendenti mid-Droga
29
9
38
Total
1,735
118
1,853
Nota: Għajnuna Soċjali huwa t-terminu propju li jintuża għal-benefiċċji tar-relief