Legislature:
Category:
Reset
Active:

Postijiet ta' divertiment — Tfal

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu tfal ġo postijiet ta' divertiment is-sena l-oħra u din is-sena? Jekk inqabdu, fejn?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena l-ohra kien hemm 29 persuna taht is-sittax-il sena li nstabu mill-Pulizija gewwa postijiet ta’ divertiment filwaqt li matul din is-sena kien hemm 47. Dawn kienu San Giljan u Wied il-Ghajn

Imwiet traġiċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hawn imwiet traġiċi s-sena l-oħra u din is-sena? X'kien il-kaġun?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant hija kif tidher fit-tabella li qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra.

Atti indiċenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu persuni jwettqu atti indiċenti fil-pubbliku s-sena l-oħra u din is-sena? Fejn sar ir-reat?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena l-ohra, kien hemm 106 persuna nqabdu jwettqu atti immorali fil-pubbliku filwaqt li matul din is-sena kien hemm 22, f’diversi lokalitajiet fosthom Valletta, Floriana, Fgura, M’scala, Zurrieq, Qormi, Sliema, San Giljan, Mosta, San Pawl il-Bahar, Hamrun, St Venera, Ta’ Xbiex, Gzira, Msida, Zejtun, Delimara, B’bugia, Hal Far, Marsa, Gnejna, u Ghawdex”.

Qorti ta' l-Appelli Kriminali Inferjuri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min kien l-Imħallef li jippresjedi l-Qorti ta' l-Appelli Kriminali Inferjuri f'Għawdex matul is-snin 2005, 2006 u 2007? Jista’ jagħti wkoll statistika ta’ kemm ġew interposti Appelli Inferjuri Kriminali f’dawn is-snin u kemm minnhom ġew deċiżi sena b’sena?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li l-Imħallef li kien jippresedi l-Qorti ta’ l-Appell Inferjuri f’Għawdex matul is-snin 2005, 2006 u 2007 kien u għadu is-Sinjorija Tiegħu l-Onor. Prim Imħallef Vincent deGaetano. L-istatistika mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif tidher hawn taħt:- Introdotti Deċiżi 2005 29 41 2006 37 31 2007 94* 24 Total 160 96 * jinkludu 57 appell identiku (u ċioe’ bl-istess akkuża iżda fi żminijiet differenti) kontra l-istess imputat. Għalhekk fil-prattika dawn il-57 appell ġew trattati bħala każ wieħed.

Qorti tal-Maġistrati — Kawżi ċivili

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew interposti kawżi ċivili: a. fil-Qorti tal-maġistrati (Għawdex Sede Inferjuri) b. quddiem il-Qorti tal-Maġistrati Ghawdex (superjuri) fis-snin 2005, 2006 u 2007? Jista’jgħid min kienu l-Maġistrati li ġew lilhom assenjati dawn il-każi u jagħti statistika ta’ kemm qatgħu kawżi dawn id-diversi Maġistrati?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed impoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant.

Qorti tal-Maġistrati — Inkjesti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew miftuħa inkjesti fis-snin 2004, 2005, 2006 u 2007 quddiem il-Qorti tal-Magistrati (Ghawdex) bħala Qorti Istruttorja? Jista’ jagħti statistika lil min ġew assenjati kwa maġistrati dawn l-inkjesti u jgħid kemm minnhom ġew konklużi maġistrat b’maġistrat?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qegħdha titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.

Gambling halls — Spezzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti statistika ta' kemm-il spezzjoni għall-għarrieda u bla avviż saret ġo gambling halls sabiex jaraw jekk hemmx tfal minorenni jilgħabu fuq dawn il-magni tal-logħob? Jekk iva, kemm-il darba saret din bejn Jannar 2007 u Diċembru 2007? X'kien ir-riżultat ta' dawn l-investigazzjonijiet?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-suġġett li qed jirreferi għalih hu regolat mill-Att Dwar il-Lotteriji u Logħob ieħor (Kap. 438) u għalhekk nitolbu jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Leg 11 PQ #1444 Sitting 29 2008-07-07 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Persuni li Jirrapurtaw fl-GGħasses Kuljum

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' persuni li jridu jirrapurtaw kuljum fl-għasses tal-lokal tagħhom, f'kull wieħed mill-ibliet/rħula tas-7, 11 u 12 -il distrett elettorali?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqieghed fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Leg 11 PQ #1486 Sitting 29 2008-07-07 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

White Paper

Question

Jista' l-Ministru jindika jekk il-Gvern huwiex se jħejji White Paper biex jirregola l-konkubinaġġ? Jekk iva, meta? Jista' jindika x'inhuma l-punti ewlenin li l-Gvern beħsiebu jitratta f'din il-White Paper?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-Ministeru huwa kommess li jipproponi leġislazzjoni bil-għan li jiġu mħrsa minn kull sfruttament persuni li jgħixu flimkien bara mir-rabta taż-żwieġ u beda l-ħidma sħiħa u neċessarja. Is-suġġeriment tal-Onor. Interpellant sabiex titħejja White Paper ser tittieħed in konsiderazzjoni.
Leg 11 PQ #1511 Sitting 29 2008-07-07 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Criminal Justice Data Collection Mechanism

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi ser jieħu l-gvern minħabba li wara li ġie pubblikat rapport li juri li l-Criminal Justice Data Collection Mechanism dwar racist crime huwa limitat u available only on request u mhux għall-informazzjoni tal-pubbliku? Jaħseb li biex tiġi miġġielda x-xenofobja u anke r-razziżmu hemm bżonn atteġjament aktar proattiv f'dan ir-rigward?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti aktar detalji dwar ir-rapport li qed jirreferi għalih.
Leg 11 PQ #1525 Sitting 29 2008-07-07 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Pjazza Spinola

Question

Billi l-MTA għadha kif ikkonfermat li m'għandha x'taqsam xejn ma' l-attivitajiet li qed jiġu organizzati fil-pjazza Spinola ħdejn it-Tiguglio, u li qegħdin jikkawzaw inkonvenjent kbir u noise pollution għal bosta residenti fl-inħawi, jista' l-Ministru jgħid min qed joħroġ il-permessi meħtieġa għall-programm li allegatament sejjer ikun mifrux sa tmiem Awwissu? Il-permessi qegħda toħroġhom il-Pulizija nnifisha minn jeddha jew qed tagħmel dan fuq rakkmandazzjoni tal-Kunsill Lokali ta' San Ġiljan?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi ma jirriżultax li nħarġu permessi mill-Pulizija għal xi programm li sejjer ikun mifrux sa tmiem Awissu kif imsemmi mill-Onor Interpellant.

Tribunal għall-Investigazzjoni tal-Korruzzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ilu jiffunzjona t-Tribunal għall-Investigazzjoni tal-Korruzjoni? Jista’ jgħid min kienu ċ- chairman u l-membri ta' dan it-tribunal u jindika l-perijodi ta’ meta dawn kienu jippreseduh? Jista' jgħid meta jiskadielu t-terminu ċ-chairman attwali ta' dan it-Tribunal għall-Investigazzjoni tal-Korruzzjoni, l-Imħallef Albert Manche?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Nipprezumi li meta l-Onor Membru ghamel riferenza ghat-“Tribunal ghall-Investigazzjoni tal-Korruzzjoni” hu kien qieghed jirriferi ghall-Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni. Il-Kummissjoni ilha tiffunzjona minn meta twaqqfet fl-1988. Ic-Chairman u l-Membri tal-Kummissjoni kienu gew appuntati kif gej: 19 ta’ Ottubru 1988 Chairman: L-Imhallef Victor Borg Costanzi LL.D. Membri: P.L. Joseph Micallef Dr Tonio Azzopardi LL.D. 19 ta’ Ottubru 1993 Chairman: Dr Albert Camilleri LL.D. Membri: Dr Tonio Azzopardi LL.D. Dr Carmelo Testa LL.D. 16 ta’ Novembru 1998 Chairman: L-Imhallef Albert Manché LL.D. Membri: Dr Raymond Zammit LL.D. Kur. John Harrizon (Irt)., B.E.M. 16 ta’ Novembru 2003 Chairman: L-Imhallef Albert Manché LL.D. Membri: Dr Raymond Zammit LL.D. Kur. John Harrizon (Irt)., B.E.M. It-terminu tal-hatra tac-Chairman u l-Membri jiskadi fil-15 ta’ Novembru 2008

Tribunal għall-Investigazzjoni tal-Korruzzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew intavolati każi quddiem it-Tribunal għall-Investigazzjoni tal-Korruzzjoni sena sena kemm ilu jezisti dan it-tribunal? Kemm minn dawn il-każi ġew deċiżi u f’kemm minn dawn il-kawżi ġie ppruvat li kien hemm korruzjoni?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed nassumi li l-Onor Membru qed jirreferi għal każijiet li jittressqu quddiem il-Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni. Minn mindu twaqqfet il-Kummissjoni ġew invesigat,u wħud minnhom għadhom għaddejjin b'investigazzjoni 378 każ, li minnhom jidher li kien hemm 3 każi fejn irriżulta lill-Kummissjoni li kien hemm provi ta' Korruzzjoni. Dawn inbdew kif gej: Sena Kazi 1988 15 1989 32 1990 22 1991 10 1992 23 1993 48 1994 66 1995 27 1996 8 1997 12 1998 7 1999 27 2000 13 2001 12 2002 15 2003 3 2004 9 2005 9 2006 5 2007 14 2008 1 Minn dawn, il-Kummissjonii ghalqet tliet mija sitta u sittin (366) kaz.
Leg 11 PQ #1570 Sitting 29 2008-07-07 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Breathanalyser tad-Depot

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ilu l-breathanalyser tad-Depot ma jiffunzjonax? Jista' jgħid kemm inġibu persuni għat-test u ntbagħtu lura għax kien bil-ħsara?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-apparat tat-test tan-nifs fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija ilu wieqaf bil-ħsara minn nhar it-22 ta’ Gunju. Sabiex ikun jista jissewwa huwa meħtieġ gas li mhux disponibbli fuq is-suq lokali. Għalhekk kellu jiġi ordnat minn barra u għadu ma wasalx. Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija ninsab infurmat ukoll illi mit-tagħrif disponibbli jidher li kien hemm persuna waħda.
Leg 11 PQ #1571 Sitting 29 2008-07-07 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

l-Ispetturi l-ġodda — Slacks and Tunic

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ser ikunu lesti s-slacks and tunic tas-sajf ta' l-Ispetturi l-ġodda?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi s-slacks u t-tunics qegħdin preżentament jitqassmu lill-Ispetturi ġodda.
Leg 11 PQ #1572 Sitting 29 2008-07-07 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Jum il-Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'wassal il-Korp tal-Pulizija biex Jum il-Pulizija jiġi ċċelebrat fil-11 u mhux fit-12 ta' Lulju? Jista' jgħid jekk hix kwistjoni ta' overtime?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onor Interpellant illi l-ġurnata taċ-ċelebrazzjoni ta' Jum il-Pulizija tiġi magħżula wara li jkunu ġew meqjusa diversi fatturi, fosthom ir-riżorsi disponibbli.
Leg 11 PQ #1573 Sitting 29 2008-07-07 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Korp tal-Pulizija — Ħlas ta' Pagi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-qagħda finanzjarja tal-Korp tal-Pulizija rigward ħlas ta' pagi u huwa minnu li m'hemmx fondi adekwati? Jista' jgħid jekk hux minnu li fis-sena 2007 sar ħlas ta' pagi minn fondi li ma kenux allokati għal hekk u dan għax spiċċa l-fond?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li bħas-snin preċedenti ma hemmx problemi fid-direzzjoni indikata mill-Onor. Interpellant..
Leg 11 PQ #1587 Sitting 29 2008-07-07 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Fabbriki tan-Nar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1351 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Politika Soċjali u li issa ġiet riferuta lilu u cioe: Fi studju li kien ippublikat fl-2005 kien intqal li kiem hemm tliet fabbriki tan-nar li kienu qed jiksru l-kodiċi tas-saħħa u sigurta skond regolamenti ta' l-1937. Fid-dawl tat-traġedja li seħħet fin-Naxxar, jista' jgħid jekk il-gvern hux se jieħu passi biex dawn il-fabbriki jew jingħalqu jew jirrimedjaw is-sitwazzjoni tagħhom? Meta se jiġu mplimentati r-rakkmandazzjonijiet tal-Pyrotechnics Commission li ħareġ f'Diċembru li għadda?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill Onor Interpellant li ai termini tar-rapport l-iktar recenti tal-Kummissjoni tal-Piroteknika li gie ppublikat f’Dicembru 2007 kienet saret r-rakkomandazzjoni li jitwaqqaf ispettorat sabiex jdur kull kamra tan-nhar u jistabilixxi nuqqasijiet u direzzjoni li ghandhom jiehdu ghal kull wahda minnhom. Din r-rakkomandazzjoni qedha tigi prezentement implimentata. Kull rakkomandazzjoni li inghatat qed tigi ukoll ndirizzata bil-involviment tas-socjeta civili u l-persuni direttament koncernati.Ghalhekk konkretament diga gie pprezentat u diskuss abbozz ta ligi li jindirizza zieda fil-pieni, kif ukoll twaqqaf kumitat intern sabiex jezamina kif qed jinbnew presentement l-kmamar tan-nhar u kif jistghu jinbnew b’mod ahjar sabiex titnaqas l-perikolu ghal min jahdem fihom u ghall-publiku.

Bejgħ ta' alkoħol lit-tfal

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu persuni ibiegħu alkoħol lit-tfal?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li s'issa, din is-sena, kien hemm żewġ persuni li nqabdu jbiegħu alkoħol lil persuni taħt is-16 il-sena.

MTV Concert — Tfal jixorbu l-alkoħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu tfal jixorbu l-alkoħol gol-MTV Concert din is-sena?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li ma jirriżultax li kien hemm żgħażagħ taħt l-eta' li nqabdu mill-Pulizija jixorbu l-alkoħol waqt il-kunċert imsemmi mill-Onor. Interpellant.