Fid-dawl tal-pjanijiet il-ġodda għall-Isptar Mater Dei, fejn intqal li mhux ser ikun hemm sptar psikjatriku ġdid, imma sala psikjatrika, jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-pjanijiet tal-Gvern għall-Isptar Mount Carmel?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għeddejjin diskussjonijiet mal-esperti. Malli dawn id-diskussjonijiet jiġi konklużi, jitħabbru l-pjanijiet.
Sptar Mater Dei — Iċċekkjar ta’ stocks tal-mediċina - Jannar 2024
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba matul ix-xahar ta’ Jannar 2024, l-ispiżjara tal-Isptar Mater Dei żaru l-wards biex jiċċekkjaw l-istocks tal-mediċina u jekk kenux se jiskadu jew le?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Sptar Mater Dei — Iċċekkjar ta’ stocks tal-mediċina - Frar 2024
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba matul ix-xahar ta’ Frar 2024, l-ispiżjara tal-Isptar Mater Dei żaru l-wards biex jiċċekkjaw l-istocks tal-mediċina u jekk kenux se jiskadu jew le?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 15096 u 17518 u ċjoè jgħid kemm mill-ħaddiema fis-settur mediku huma mal-Gvern, kemm minnhom huma mal-privat u kemm minnhom jaħdmu kemm mal-Gvern kif ukoll mal-privat?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 15248 u 17519 u ċjoè jgħid kemm huwa n-numru ta’ tobba u speċjalisti f’kull grad u kull speċjalizzazzjoni fl-isptarijiet u residenzi kollha individwalment, sew dawk tal-Gvern kif ukoll dawk tas-settur privat?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 15248 u 17520 u ċjoè jgħid kemm huma Maltin u kemm huma barranin u x’nazzjonalità għandhom in-numru ta’ tobba u speċjalisti f’kull grad u kull speċjalizzazzjoni fl-isptarijiet u residenzi kollha individwalment?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 15247 u 17522 u ċjoè jgħid kemm huwa n-numru ta’ infermiera f’kull grad u kull speċjalizzazzjoni ġewwa l-isptarijiet u r-residenzi kollha individwalment, sew dawk mal-Gvern kif ukoll dawk fis-settur privat u jgħid kemm minnhom huma Maltin, kemm huma barranin u x’nazzjonalità għandhom dawn tal-aħħar?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
B’referenza għall-ħatra tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fl-Isptar Mater Dei, jista’ l-Ministru jgħid xi proċess ġie segwit biex intgħażlet din il-persuna?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Faċilità San Vinċenz de Paul — Mediċina Tegretol 200
Question
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-mediċina Tegretol 200 ġewwa l-Faċilità San Vinċenz de Paul qed titqassam bid-data tal-iskadenza mgħottija? Jista' jgħid ukoll jekk din il-mediċina hijiex waħda skaduta?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lil Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm anzjani fl-Isptar Karin Grech li qed jistennew li jidħlu fil-Faċilità San Vinċenz de Paul?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li t-total ta’ pazjenti li qed jistennew biex imorru fil-Faċilità San Vinċenz de Paul jew ġewwa nursing homes huwa ta’ 97 pazjent. Huwa d-dipartiment tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità li jiddeċiedi fejn jiġu allokati l-pazjenti wara li jkun sarilhom assessjar dettaljat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm anzjani fl-Isptar Karin Grech li ilhom fl-isptar sitt xhur, kif ukoll kemm hemm anzjani li ilhom sena jew aktar? Jista' jgħid ukoll x’inhi r-raġuni li dawn l-anzjani għadhom jinżammu hemm għal dan iż-żmien kollu?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li hemm 41 pazjent li ilhom aktar minn sitt xhur u 26 li ilhom aktar minn sena. Uħud minn dawn il-pazjenti għaddejin bir-rijabilitazzjoni tagħhom li ħadet fit-tul, waqt li oħrajn qed jistennew li jiġu trasferiti ġewwa faċilità ta’ long-term care.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ħrieqi (nappies) disponibbli f'kull size għall-klijenti li jagħmlu użu mis-servizz tal-inkontinenza? Jekk le, jista' jgħid x'inhi r-raġuni għal dan u kif se jiġu moqdija dawk li jagħmlu użu mill-ħrieqi minħabba li ma jkunx hemm stock tagħhom? Jista’ jgħid ukoll għaliex preżentement hemm nuqqas ta’ ħrieqi (nappies) (jew sizes ta’ ħrieqi (nappies))?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità tinsab infurmata li l-kuntrattur li jissuplixxi prodotti ta’ kontinenza, qed jiltaqa’ ma’ diffikultajiet biex iġib provvista adekwata ta’ ħrieqi u qed jaħdem biex din is-sitwazzjoni tiġi għan-normal mill-aktar fis.
Min-naħa ta’ SVP m’hemmx nuqqas ta’ ħrieqi.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pedjatra on call fl-Isptar Ġenerali f'Għawdex fil-ħinijiet kollha tal-ġurnata sebat ijiem fil-ġimgħa f'każ ta’ emerġenza? Jekk iva, jista’ jgħid jekk inżammx rekord ta' kemm-il darba ġie mgħajjat f'sitwazzjoni ta’ emerġenza jew on call fis-sena 2023?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex hemm servizz ta’ pedjatra on call 24 f’kull ħin tal-ġurnata, sebat ijiem fil-ġimgħa f’każ t’emerġenza mmexxi minn konsulenti.