Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali li tħallset f'sussidju fuq il-produzzjoni lokali tal-bajd frisk matul is-sena 2009 abbażi tal-SMPPMA?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat illi matul l-2009 tħallsu € 764,187.29 f’sussidju fuq il-produzzjoni lokali tal-bajd frisk.
Sussidju fuq il-produzzjoni lokali tat-tjur tas-simna
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali li tħallset f'sussidju fuq il-produzzjoni lokali tat-tjur tas-simna matul is-sena 2009 abbażi tal-SMPPMA?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat illi matul l-2009 tħallsu €1,144,053.61 bħala sussidju fuq il-produzzjoni lokali tat-tiġieġ tas-simna.
Jista l-Minustru jgħid jekk ġiex miżmum is-sussidju lill-bdiewa meta dawn daħħlu l-biegħa fil-pitkalija, meta qabel kien jitħallas is-sussidju fuq il-prodott?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li s-sussidju fuq il-prodott li jiddaħħal il-pitkalija qatt ma ġie miżmum ħlief f’każijiet fejn kien hemm bżonn verifika.
Jista' l-Ministru jgħid kif marru l-esebituri Maltin fil-parteċipazzjoni tagħhom ġewwa l-Fiera ta' Berlin?
Jista' jgħid x' kienet l-aspettativa tal-Ministeru minn din il-Fiera u x' riżultati nħarġu minn din il-parteċipazzjoni ?
Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterju ntgħażlu l-eżibituri Maltin? Inħarġet xi applikazzjoni biex jintagħżlu dawn l-esebituri? Liema prodotti Maltin jew servizzi ġew esebiti f'din il-fiera ?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat illi wara nuqqas ta’ 10 snin, Malta reġgħet ipparteċipat fl-International Green Week ta’ Berlin. Din hija fiera li jżuruha mal-400,000 viżitatur u li għaliha jkun hemm akkreditati mal-5,000 ġurnalist. ,
F’Lulju 2009, ħarġet sejħa pubblika sabiex partijiet interessati mill-Industriji tal-Ikel, Agrikoltura u Ortikultura jesprimu l-interess tagħhom biex jipparteċipaw f’din il-fiera. It-tmien esibituri li wrew interess kollha kellhom l-opportunità jesebixxu l-prodott tagħhom waqt il-fiera u l-lista ta’ prodotti esibiti kienet tinkludi:
· Għasel u Prodotti oħra minnu
· Patata għall-esportazzjoni
·
Tomato Paste
(kunserva)
· Ġbejniet
· Caponata
· Galletti
· Inbid
· Ħaxix u Frott Ipproċessat
L-għan tal-Ministeru kien li bil-partecipazzjoni ta’ Malta, l-prodott lokali jkompli jitpoġġa fuq pjattaforma internazzjonali, bi prospett li l-prodotturi Maltin jagħmlu kuntatti kummerċjali l-barra minn xtutna. Dan il-għan intlaħaq għaliex kien hemm rispons tajjeb mill-viżitaturi li ġabru informazzjoni sabiex ikunu jistgħu jagħmlu kuntatt mal-produtturi.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarjiet Rurali — nisa tqal li jaħdmu
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet f'dawn l-aħħar ħames snin, kull xahar separatament, ta' nisa Għawdxin tqal li jaħdmu fid-dekasteru tal-Ministru biex matul it-tqala tagħhom jiġu trasferiti proviżorjament f'Għawdex? Jista' jgħid meta ntlaqgħet kull talba mill-bord konċernat u meta ġie awtorizzat it-trasferiment proviżorju?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li ma kien hemm l-ebda talba biex nisa Għawdxin tqal jiġu trasferiti proviżorjament lejn Għawdex.
National Flood Relief Project — isem tal-perit responsabbli
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 14318, jista' l-Ministru jirrispondi l-aħħar parti tal-mistoqsija u jgħidmin hu l-perit (Malti) responsabbli minn dan il-proġett?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 14371 u 14110 jgħid x'qiegħed jiġri mill-winery tal-Gvern fil-Buskett? Din il-winery ingħatat lill-privat? Jekk fl-affermattiv, b'liema kundizzjonijiet?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat illi s-sular ta' fuq tal-winery fil-buskett ingħata b’kuntratt għall-ħames snin lill-għaqda tal-produtturi tal-vitikultura biex jintuża bħala uffiċini.
Kunsilli lokali — applikazzjonijiet għall-miżura 313 u 323
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' talbiet (applikazzjonijiet) li saru mill-kunsilli lokali f'Malta u Għawdex għall-miżura 313 u 323? Liema kienu l-kunsilli lokali li applikaw? Fiex wasal il-proċess tal-għażla, aġġudikazzjoni ta' dawn l-applikazzjonijiet?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat illi kien hemm 29 kunsill lokali li applikaw għall-miżura 313 – Inkoraġġiment t'attivitajiet turistiċi f' żoni rurali u 28 kunsill lokali li applikaw għall-miżura 323 – Konservazzjoni u titjib tal-patrimonju rurali.
Għal miżura 313 applikaw dawn il-kunsilli:
Fontana, Iklin, Kirkop, San Lawrenz, Xagħra, Qala, Għarb, Santa Luċija, Kerċem, Munxar, Siġġiewi, Xewkija, San Ġwann, Sannat, Marsaxlokk, Mosta, San Pawl il-Baħar, Imqabba, Għajnsielem, Mġarr, Mellieħa, Birżebbuga, Naxxar, Dingli, Żurrieq, Żejtun, Għargħur, Rabat u Qrendi.
Għal miżura 323 applikaw dawn il-kunsilli:
Iklin, Kirkop, San Lawrenz, Xagħra, Qala, Għarb, Santa Luċija, Kerċem, Munxar, Siġġiewi, Xewkija, San Ġwann, Sannat, Marsaxlokk, Żebbuġ, Mosta, San Pawl il-Baħar, Imqabba, Għajnsielem, Mġarr, Mellieħa, Birżebbuga, Naxxar, Dingli, Żurrieq, Għargħur, Rabat u Qrendi.
L-applikazzjonijiet bħalissa qegħdin jiġu pproċessati u l-bord tal-għażla mistenni li jitlaqqa’ fi żmien qasir.
Dokumentazzjoni rilevanti għad-dħul tat-tonn ġo gaġeġ Maltin
Question
Jista' l-Ministru jippubblika id-dokumentazzjoni kollha rilevanti għad-dħul tat-tonn ġo gaġeġ Maltin (ċioe' l-caging declarations) għall-istaġun 2008-2009?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat illi minħabba li l-informazzjoni mitluba mill-Onor Membru hija ta’ natura kummerċjali ma tistax tiġi ppubblikata.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13089 u 12775 u 12323 u jgħid kemm mill-irziezet f'pajjiżna huma compliant ma' Food Security and Safety Regulations tal-Unjoni Ewropea? X'għajnuna qed jagħti l-Gvern biex jgħinhom jagħmlu l-investimenti meħtieġa sabiex jiġu compliant? Kemm minn dawn il-farms ġew mibdula għall-użu ieħor? X'se jiġri minn dawn il-farms meta l-għajnuna finanzjarja diretta tieqaf fi tmiem is-sena d-dieħla? Jista' jikkonferma li f'żoni bħall-Magħtab hemm tmienja biss minn 24 razzett li għadhom joperaw bħala farms u li ħafna minn dawn jinsabu f'qagħda ħażina ferm? Ma jaħsibx il-Ministru li dawn għandhom jitħallew ikomplu joperaw minħabba fil-kundizzjonijiet li jinsabu fihom? X'garanzija għandu l-konsumatur li l-Gvern qed ipoġġi l-interessi u l-kunsiderazzjonijiet tal-istess konsumaturi dwar il-food security and safety l-ewwel u qabel kollox?
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża minfuqa biex sar tindif fil-Wied tal-Infern fil-limiti taż-Żebbuġ Għawdex, wara tfiegħ illegali ta' radam f'dan il-wied fl-2007?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onor. Membru jagħmel il-mistoqsija tiegħu lil Ministru kkonċernat.
Direttur Artistiku — kummissjoni fuq proġett Pjazza San Ġorġ
Question
Jista' l-Ministru jikkonferma li l-persuna, li dettalji tagħha qed jinbagħtu separatament, bħala Direttur Artistku fuq proġetti urbani, tħallas kummissjoni għax-xogħol li wettaq fuq il-proġett tal-Pjazza San Ġorġ? Jekk iva, kemm kienet tammonta din il-kummisjoni?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li d-Direttur Artistiku tal-proġett ta’ Pjazza San Ġorġ issottometta invoices li jammontaw għal €39,399 għax-xogħol tiegħu fuq dan il-proġett. Dan hu skond il-kuntratt u l-kundizzjonijiet tad-Direttur Artistiku li huma pubbliċi u li kienu mpoġġija fuq il-Mejda tal-Kamra tad-Deputati s-sena li għaddiet.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk id-Dipartiment tal-Agrikoltura għadux isegwi mill-qrib il-problema tal-bumunqar aħmar fil-palm? Kemm kien in-numru ta' każijiet ġodda li ġew rappurtati lid-dipartiment matul l-2009?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat illi d-dipartiment għas-saħħa tal-pjanti għadu qed isegwi mill-qrib il-problema ta-bumunqar l-aħmar tal-palm. Matul is-sena 2009 saru 417-il spezzjoni marbuta ma' każijiet rapurtati.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' sajjieda li matul l-2009 kienu involuti fis-sajd tat-tonn u l-pixxispad f'Malta u Għawdex? Fejn huma reġistrati (lokalità f'Malta u Għawdex) il-bastimenti li kienu qed jistadu għat-tonn/pixxispad?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat illi n-numru ta’bastimenti f’Malta w Għawdex li matul l-2009 kienu involuti fis-sajd tat-tonn kien ta’84 u għall-pixxispad kien ta’ 546. Dawn il-bastimenti huma reġistrati 478 f’Malta u 68 f’Għawdex.
feasibility study fuq dokument A Proposal for an Energy Policy For Malta
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13083, 12819 u 12361 u ċioe: B’referenza għad-dokument riċenti ‘A Proposal for an Energy Policy For Malta’ jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-feasibility study li għamlet l-Awtorità ta' Malta għar-Riżorsi fejn din qalet li kkonsidrat diversi għażliet dwar il-provvista ta’ gass naturali fosthom permezz ta’ pipeline interconnection bejn Gela u Delimara, liquified natural gas terminal f’Delimara Power Station bi trasport via sea vessels u compressed natural gas li jinvolvi l-ħażna u t-trasport ta’ gass kompressat f’pipes ġewwa sea vessels?
Jista' jara li jiġu inklużi wkoll ir-rakkmandazzjonijiet finali fejn jintqal li skond l-istudju,
liquified natural gas terminal
bi
storage capacity
ta’ 600,000 cubic m tkun l-aħjar għażla u li l-introduzzjoni tal-gass naturali apparti milli jgħin fid-diversifikazzjoni, fil-ġenerazzjoni tal-
fuel
jikkontribwixxi sostanzjalment fit-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-
carbon dioxide
flimkien ma'
pollutants
oħrajn ?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat illi peress li l-istudju li qiegħed jirreferi għalih l-Onor Membru jifforma parti minn proċess li għadu ma ġiex konkluż. Għalissa ma jistax jkun ippubblikat.