Legislature:
Category:
Reset
Active:

Is-Siġġiewi — Bus Shelters

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi pjanijiet hemm għall-istallazzjoni ta’ bus shelters fis-Siġġiewi? Fejn u meta hu mistenni li jiġu installati iktar bus shelters fis-Siġġiewi?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi wara li kienet saret spezzjoni fuq il-bus stops kollha ma' uffiċjali minn Transport Malta żmien ilu, fejn ġie stabbilit jekk hemmx wisa’ biżżejjed skont ir-rekwi¿iti biex isir bus shelter, ġew identifikati dawn il-bus stops: Locality Bus Stop Name Street Classification Siġġiewi Monument Triq it-Tabib Nikola 1 Siġġiewi Salib Triq Blat il-Qamar 1 Kien hemm ukoll il-bus stop quddiem id-Dar tal-Providenza fi Triq Lapsi, li l-bankina fejn għandha ssir saret bħala parti mill-proġett meta saret Triq Lapsi minn Infrastructure Malta. Il-proċess jinsab fil-fażi ta' permit process.

San Pawl il-Baħar (inkluż Buġibba, Qawra u Xemxija) – knis u ħasil ta’ bankini u toroq

Question

Jista' l-Ministru jinforma x’tip ta’ tindif qed isir, inkluż knis u ħasil ta’ bankini u toroq, matul il-promenade ta’ San Pawl il-Baħar (inkluż Buġibba, Qawra u Xemxija)? Kull meta jsir dan ix-xogħol? Min qed iwettaq dan ix-xogħol? Jista’ l-Ministru jara li dan ix-xogħol isir b’mod regolari, b’mod partikolari fix-xhur tas-sajf?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar illi matul il-promenade isiru diversi tipi ta' tindif, kemm mill-kuntratturi privati, kemm mill-Cleansing & Maintenance Division kif ukoll mill-ħaddiema tal-Kunsill. Iktar dettall qiegħed jiġi indikat fit-tabella segwenti: Tip ta’ Tindif Frekwenza Toroq fejn isir it-Tindif Min iwettaq ix-Xogħol Tiknis fit-Toroq Isir bi skeda kuljum Triq it-Trunċiera, Dawret il-G¿ejjer, Triq San Pawl, Triq il-Qawra, Triq San Franġisk (tlett darbiet kuljum jew skont l-esiġenza) Triq San Ġeraldu (tlett darbiet kuljum jew skont l-esiġenza) Kuntrattur tal-Kunsill SSES Ltd.,Cleansing & Maintenance Divisionu ħaddiema tal-Kunsill. (Laqgħa 45 ta' 24 ta' Mejju 2022, il-Kunsill approva x-xiri ta' servizz addizzjonali ta' knies għax-xhur tas-sajf.) Tbattil tal-Litter Bins Aktar minn dartbejn kuljum. Il-Kunsill jaħseb għall-servizz ta’ tbattil addizzjonali kull meta jseħħu attivitajiet tal-Massa. Tul-il-promenade kollha (minn Ta’ Fra Ben sa Triq tax-Xtut.) Kuntrattur tal-Kunsill SSES Ltd. uCleansing & Maintenance Division. (Laqgħa 45 ta' 24 ta' Mejju 2022, il-Kunsill approva x-xiri ta' servizz addizzjonali ta' ġbir ta' skart mill-akkwati tal-boat housesf'ta' Fra Ben sa Triq tax-Xtut.) Power wash tal-litter bins u toroq. Il-Kuntrattur tal-Kunsill jaħsel il-bins skont il-b¿onn. Il-Cleansing & Maintenance Division taħsel it-toroq skont l-esiġenza Tul-il-promenade kollha (minn Ta’ Fra Ben sa Triq tax-Xtut.) Il-Kuntrattur tal-Kunsill SSES Ltd., u kif ukoll il-Cleansing & Maintenance Division.

Kunsill Lokali Marsaskala: — Xogħlijiet Infrastrutturali

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ xogħlijiet infrastrutturali li wettaq il-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala mis-sena 2020 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Jista’ jgħid ukoll fejn saru dawn ix-xogħlijiet, fiex kienu jikkonsistu, kemm kienet l-ispiża u min wettaq dawn ix-xogħlijiet?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li bħala xogħlijiet infrastrutturali mill-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala, mill-2020 sad-data ta’ din l-interpellanza, saru kif elenkat fis-segwenti tabella. Tip ta’ Xogħol Fejn twettaq ix-Xogħol Kuntrattur Manutenzjoni u bini ta’ foot-paths, rampi u pavimentar. Triq id-Daħla ta’ San Tumas Catbros Ltd. Xogħol ta’ Pavimentar ta’ Bankini Triq id-Daħla ta’ San Tumas, Triq il-Baħħara, Triq iż-Żonqor, Triq is-Salini, Triq San Ġużepp, Triq San Ġwanni Pawlu II, Triq Hurds Bank, Triq Apap Bologna, Triq ir-Ridott. Catbros Ltd Bini u Stallazzjoni ta’ Bankijiet tal-konkrit. Triq ix-Xatt Catbros Ltd Xogħlijiet fuq foot-paths u pavimentar Triq il-Bajja c/w Triq San Nikola, Triq Iċ-Ċervjola, Triq il-Katakombi, Triq is-Sajjieda, Triq Patri Wistin Born Catbros Ltd Xogħol ta’ Pavimentar fuq bankini. Triq iż-Żonqor, Triq il-Batterija taż-Żonqor, Triq ix-Xatt, Triq il-Qaliet Catbros Ltd Xogħol ta’ Pavimentar fuq bankini. Triq il-Bajda u Triq is-Sewda Catbros Ltd Xogħol ta’ Pavimentar fuq bankini. Triq il-Lampuka u Triq Ġebel Ħanxul Catbros Ltd Xogħol ta’ Patching Triq tal-Gardiel, Triq Sant’ Anna, Triq La Sengle Jake Borg Xogħol ta’ Patching Triq iż-Żonqor, Triq ix-Xatt, Triq San Ġwakkin, Triq Blajjiet, Triq is-Silla, Triq iċ-Ċervjola, Triq id-Dugħ, Triq il-Magħluq, Triq Sant’ Antin, Triq is-Salini. Jake Borg L-Ispiża Totali ta’ dawn ix-xogħlijiet mill-2020 sal-lum kienet ta’ €247,561.74

Ħal Qormi – Triq l-Għargħar 1979 – Proġett tal-Ġnien — Ħitan

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 922 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 263, li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali u li issa ġiet riferuta lilu, u jinforma lill-Kamra jekk kienx hemm tibdil fl-għoli tal-ħitan mis-simulazzjoni diġitali li kienet intweriet fit-tnedija tal-proġett tal-ġnien fi Triq l-Għargħar 1979 f’Ħal Qormi?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija parlamentari tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Marsaskala – bankini bi problemi ta’ aċċessibilità

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 1047, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal u li issa ġiet riferuta lilu, jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm baqa’ bankini fil-lokalità ta’ Marsaskala li għandhom problema ta’ aċċessibilità?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala minn dejjem ħa azzjoni sabiex kull bankina li hemm f’Marsaskala tkun aċċessibbli għal nies bi bżonnijiet speċjali. Il-maġġoranza tal-bankini huma kollha aċċessibbli. Naturalment, matul iż-żmien dawn ikollhom bżonn manutenzjoni u infurmat li l-Kunsill mill-ewwel jieħu azzjoni ma’ kull ilment li jigi sottomess. Sadanittant infurmat li l-Kunsill Lokali inkariga lill-contracts manager sabiex jissorvelja l-lokalità u jindika jekk hemm xi bankini li jeħtiġilhom manutenzjoni.

Wied il-Għajn – proġett ta’ Torri Mamo

Question

Jista’ l-Ministru jindika x’xogħol u xi proġett għaddej fuq Torri Mamo f’Wied-il-Għajn u kemm hu maħsub li jdum u jintnefaq fuq l-istess proġett?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li r-restawr ta’ Torri Mamo tlesta riċentament minn Din l-Art Ħelwa, li tieħu ħsieb dan it-torri taħt kustodja. Dan kien possibbli permezz ta’ għotja għar-Restawr ta' Assi ta' Valur Artistiku u Kulturali f'żoni rurali mill-programm LEADER, permezz tax-Xlokk Local Action Group Foundation u tal-Fond ta’ Ko-Finanzjament għall-NGOs tal-Kunsill Malti għas-Settur Voluntarju. Is-somma totali għar-restawr kienet ta’ €13,570.

Wied il-Għajn – librerija pubblika

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra bil-ħinijiet pubbliċi għal-librerija pubblika f’Wied il-Għajn? Jista’ wkoll jinforma lill-Kamra kemm ingħataw kotba u kemm inxtraw kotba ġodda s’issa matul din is-sena?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni tinsab fit-tabella t’hawn taħt: Lokalità Ħinijiet ta’ ftuħ - Xitwa Ħinijiet ta’ ftuħ - Sajf Kotba mixtrija Donazzjonijiet Wied il-Għajn It-Tnejn 16.00 – 19.00 L-Erbgħa 16.00 – 19.00 Il-Ġimgħa 16.00 – 19.00 Is-Sibt 09.00 – 13.00 It-Tlieta 09.00 – 13.00 L-Erbgħa 16.00 – 19.00 Il-Ħamis 10.00 – 12.30 Il-Ġimgħa 09.00 – 12.00 Is-Sibt 10.00 – 12.30 42 61

Żejtun – librerija pubblika

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra bil-ħinijiet pubbliċi għal-librerija pubblika fiż-Żejtun? Jista’ wkoll jinforma lill-Kamra kemm ingħataw kotba u kemm inxtraw kotba ġodda s’issa matul din is-sena?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni tinsab fit-tabella t’hawn taħt: LokalitàĦinijiet ta’ ftuħ - XitwaĦinijiet ta’ ftuħ - SajfKotba mixtrijaDonazzjonijiet ŻejtunL-Erbgħa 15.00 – 17.00 Il-Ħamis 15.00 – 17.00 Is-Sibt 08.00 – 10.00L-Erbgħa 08.30 – 12.30 Il-Ħamis 08.30 – 12.30 Is-Sibt 08.00 – 10.002049

Ħruq tan-nar fil-festi — Spejjeż relatati ma' permessi u garanziji

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li d-dilettanti tan-nar tal-festi jiġu megħjuna fl-ispejjeż kbar li għandhom fejn jidħlu permessi u garanziji marbuta mal-ħruq tan-nar? Jista' jtaffi l-burokrazija żejda fejn jidħol il-ħruġ tal-permessi għal dan il-logħob tan-nar?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tlabt biex l-informazzjoni mitluba tinġabar.

Ħal Qormi — bus shelters

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi pjanijiet hemm għall-istallazzjoni ta’ bus shelters f’Ħal Qormi? Fejn u meta hu mistenni li jiġu installati iktar bus shelters f’Ħal Qormi?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi, b’konsultazzjoni mal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali se nkunu qed ninstallaw żewġ (2) bus shelters. Wieħed fi Triq Anici, filwaqt li l-ieħor ser jiġi istallat fi Triq id-Deheb Fin.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Konsulenti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 283 u jgħid kemm hemm persuni li ġew impjegati bħala konsulenti mal-Ministeru u/jew Segretarjati sal-14 ta’ Mejju 2022, u kemm dawn jitħallsu?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuni li ġew impjegati bħala konsulenti mal-Ministeru u/jew Segretarjati huma indikati hawn taht: DATA PERSUNA/KUMPANIJA SERVIZZ HLAS TA SERVIZZI Perjodu tal-kuntratt - 01.11.2021 - 30.04.2022 Dr Jean Paul Mifsud Cultural Related issues to Culture Directorate €7,000 Bidu tal-kuntratt - 23.02.2022 Matthew J Casha Architect €6,812.25 Perjodu tal-kuntratt - 01.08.2021 - 01.08.2023 Dr Wilfrid Buttigieg Consultancy - Heritage Asset Management €3,150

Kunsilli Lokali – Skema għall-manutenzjoni u sostenn ta’ proġetti infrastrutturali maġġuri

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema kunsilli lokali ssottomettew applikazzjoni għall-iskema tal-Gvern għall-manutenzjoni u sostenn ta’ proġetti infrastrutturali maġġuri li twettqu mill-Gvern Ċentrali? Dawk il-kunsilli lokali li applikaw, għal liema proġetti applikaw, x’kienet l-istima ta’ kull proġett, u kemm kien l-ammont li ntalab biex jiġi ffinanzjat mill-istess fond? Liema kunsilli lokali bbenefikaw matul l-aħħar sena u għal liema proġett/i? Liema huma dawk il-kunsilli lokali li għad jistgħu jibbenefikaw minn dawn il-fondi matul is-sena li ġejja u għal liema proġetti?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qiegħed inpoġġi l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra. Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-mistoqsija rigward liema huma dawk il-kunsilli lokali li għad jistgħu jibbenefikaw minn dawn il-fondi matul is-sena li ġejja, tali lista mhix disponibbli minħabba l-fatt li l-iskema għadha trid tiġi varata u għadhom qed isiru diskussjonjiet dwar kif ser ikunu l-iskemi għas-sena d-dieħla.

Naxxar, Mellieħa u San Pawl il-Baħar — CCTVs

Question

Jista’ l-Ministru jinforma jekk hemmx pjan li jitwaħħlu CCTVs fil-lokalitajiet tan-Naxxar, Mellieħa u San Pawl il-Baħar matul is-sena li ġejja? Fejn ser jitwaħħlu dawn is-CCTVs u x’inhi r-raġuni li dawn ser jitwaħħlu? Min ser ikollu aċċess għal dawn is-CCTVs u min ser ikun qed jagħmel superviżjoni tal-istess CCTVs?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsilli Lokali msemmija mill-Onor. Interpellant li għas-sena li ġejja m’għandhomx ħsieb li jwahhlu CCTVs.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Taħriġ lill-ħaddiema fil-kura ta' saħħa mentali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed jingħata taħriġ fuq il-Kura fis-Saħħa Mentali, magħruf bħala Mental Health First Aid, lill-ħaddiema li jaħdmu fid-dipartiment tiegħu?

Response (BONNICI, OWEN)

Filwaqt li ninformah li t-taħriġ relatat hu mifrux u disponibbli fuq is-Servizz Pubbliku kollu u mhux xi dipartiment singolari tal-Gvern, l-Onor. Interpellant għandu jkun mgħarraf ukoll li sa mill-2017 diġà ġew imħarrġin 260 uffiċjal pubbliku fil-Mental First Aid, f’kors li hu akkreditat mir-Richmond Foundation. Taħriġ simili sar kull sena, bl-eċċezzjoni tal-2020 kawża tar-restrizzjonijiet tal-COVID-19. Fil-fatt diġà hu ppjanat ukoll li f’Ottubru li ġej isir it-taħriġ lil 80 uffiċjal ieħor. Minbarra hekk, tajjeb li jingħad ukoll li fis-Servizz Pubbliku tingħata importanza kbira lill-Employee Support Programme fejn uffiċjali jistgħu jirrikorru f’każ ta’ diffikultà ulterjuri.

Birkirkara — Servizz ta' trasport periferjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ħjiel dwar meta ser jinbeda s-servizz tat-trasport periferjali f'Birkirkara, liema trasport kien parti mill-Manifest Elettorali tal-Partit Laburista fl-2019?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara illi t-tender inħareġ sabiex jinxtraw l-imsemmija żewġ mini-buses. Kif dan il-proċess jiġi eżawrit kollu kemm hu skont il-liġi, il-Kunsill Lokali ikun f’pożizzjoni sabiex jibda jipprovdi is-servizz.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — impjegati li daħlu mal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu nies jaħdmu mal-Gvern fil-Ministeru u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt l-istess Ministeru minn Jannar 2022 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi din id-domanda lill-Ministeru kkonċernat.

Kunsilli Lokali – ilmenti dwar ħmieġ jew problema ta’ skart

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm-il ilment dwar ħmieġ jew problema ta’ skart ġew irreġistrati fil-Kunsilli Lokali kollha, u b’mod rispettiv għal kull lokalità, fl-aħħar ħames snin?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li biex tingħata l-informazzjoni mitluba jeħtieġ li jsir eżerċizzju li jieħu żmien twil u li jehtieg uzu ta' hafna rizorsi, liema riżorsi jistgħu jintużaw fuq hidma ħafna aktar produttiva u effettiva b'risq ic-cittadini Maltin u Ghawdxin.

Kunsilli Lokali – ilmenti reġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm-il ilment ġie reġistrat fil-Kunsilli Lokali kollha, u b’mod rispettiv għal kull lokalità, fl-aħħar ħames snin?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li biex tingħata l-informazzjoni mitluba jeħtieġ li jsir eżerċizzju li jieħu żmien twil u li jehtieg uzu ta' hafna rizorsi, liema riżorsi jistgħu jintużaw fuq hidma ħafna aktar produttiva u effettiva b'risq ic-cittadini Maltin u Ghawdxin.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — chairpersons ta' Bordijiet - spiża fuq safar, mobiles u fuel

Question

Jista’ l-Ministru jelenka l-ispejjeż tas-safar, mowbajls u fjuwil, miċ-Chairpersons tal-Bordijiet li jaqgħu minn 2017 sal-jum li fih tiġi mwieġba din l-interpellanza?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li tlabt biex l-informazzjoni mitluba tinġabar.