Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #4539 Sitting 66 2008-12-10 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sptar San Luqa — Spiża totali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4185 u jgħid kemm kienet l-ispiża totali biex jitmexxa l-Isptar San Luqa fl-aħħar sena qabel għalaq?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li bejn Novembru ta’ l-2006 u Ottubru ta’ l-2007 l-ispiża totali ta’ l-isptar San Luqa fuq Cash Basis maħruga mid-Departmental Accounting System (DAS) kienet tammonta għal Ewro 86,258,278. Dan l-ammont ma jinkludix il-materjal mediku u farmacewtiku li għall-istess perjodu kien jammonta għal Ewro 20,262,919 – liema materjal ma jaqax taħt il-Vot Cost Centre G10 SLH/MDH. Għalhekk in-nefqa totali għal dan il-perjodu tammonta ghal Ewro 106,521,197.
Leg 11 PQ #4540 Sitting 66 2008-12-10 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sptar Mater Dei — Tiswija u manutenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4191 u jgħid kemm intnefqu flus f'affarijiet bħal tiswija, manutenzjoni u xiri ta' apparat ġdid minn mindu nfetaħ l-Isptar Mater Dei?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li għall-perjodu ta’ bejn Novembru ta’ l-2007 u Ottubru ta’ l-2008 l-ispiża totali ta’ l-isptar Mater Dei fuq Cash Basis mahruga mid-Departmental Accounting System (DAS) rigward tiswija/manutenzjoni kienet tammonta ghal Ewro 5,138,092. Rigward apparat gdid, fuq l-istess perjodu l-ispiza kienet ta’ Ewro 93,627. Għalhekk in-nefqa totali għal dan il-perjodu rigward tiswija/manutenzjoni u apparat ġdid, tammonta ghal Ewro 5,231,719.

Awtorità tad-Djar — formula tas-social housing

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu illi l-Awtorità tad-Djar ser tintroduċi proċedura li permezz tagħha kull applikant għal social houseing se jibda jintalab imur personalment b'formola apposta għand il-banek kummerċjali kollha, l-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji, l-Awtorità dwar it-Trasport u bnadi oħra sabiex jitlobhom jibagħtu ittra lill-Awtorità tad-Djar dwar xi flus jew assi seta' kellu l-applikant tul l-aħħar tliet snin? Jista' jgħid x'wassal għal din id-deċizjoni li indubjament ser issarraf f'telf ta ħin għall-applikant, liema deċiżjoni tmur kontra l-kunċett tant reklamat mill-istess awtorità u cioè tal-one stop shops? Jista' jgħid jekk, għar-rigward, l-awtorità ħaditx in konsiderazzjoni l-fatt illi fejn qabel l-applikant kien jintalab bilanċ fil-kontijiet, issa ser jintalbu statements li jistgħu jsiru ta' piż finanzjarju konsiderevoli għall-istess applikant?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill Onor. Interpellant illi kull min japplika għal xi skema ta’ l-Awtorita’ tad-Djar għandu d-dover li jissottometti dettalji tad-dħul annwali tiegħu kif ukoll rendikont ta’ l-assi li jippossiedi. In vista ta’ l-att tal- protezzjoni tad-data, l-Awtorita’ tad-Djar jidrilha illi l-applikanti jkunu iktar protetti jekk l-informazzjoni rikjesta tiġi miġbura minnhom stess. Informat ukoll li l-Awtorita’ tad-Djar qegħda titlob rendikont tal-bilanċi tal-kontijiet bankarji ta’ l-aħħar tlett snin. Dan qed isir biex jiġu eliminati l-abbużi u sabiex l-għajnuna mogħtija mill-Awtorita’ tad-Djar jeħodha min l-iżjed huwa fil-bżonn.
Leg 11 PQ #4634 Sitting 66 2008-12-10 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Nuqqas ta' foster carers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm tfal indikati mis-social workers li għandhom bżonn is-servizz tal-fostering u ma jistgħux jiġu moqdija minħabba li hemm nuqqas ta' foster carers? Kemm hemm tfal oħra li lanqas ma jistgħu jiġu placed fid-djar residenzjali minħabba li lanqas hawn m'hemm post għalihom?

Response (DALLI, JOHN)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Sptar Mater Dei — Manutenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3255 u 2627 u jgħid kemm hija l-ispiża ta' manutenzjoni tal-isptar Mater Dei bejn Jannar 2008 u Settembru tal-istess sena? Jista' jgħid jekk din il-manutenzjoni hijiex issir minn ħaddiema impjegati mal-Gvern jew hijiex issir minn xi kuntrattur privat? Jew qed issir mit-tnejn?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li l-ispiża għal xogħol ta' manutenzjoni fl-iSptar Mater Dei matul il-perjodu indikat tammonta għal €6,311,752. Ix-xogħol ta' manutenzjoni isir kemm minn kuntratturi privati kif ukoll minn ħaddiema tal-gvern.

Ċentri għall-Persuni ta' anqas minn 60 sena — riabilitazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3454 u jgħid jekk jeżistix ċentru fejn persuna li għandha inqas minn 60 sena tkun tista' tmur fih għal riabilitazzjoni? Peress li anzjani u persuni li għandhom iktar minn 60 sena jistgħu jmorru Zammit Clapp, hemm ħsieb li fil-futur jinbnew ċentri oħrajn bħal dan?

Response (DALLI, JOHN)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Persuni Boarded out

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3457 u jgħid jekk inbidlitx is-sistema li permezz tagħha persuni kienu joħorġu boarded out? Jista' jispjega kif inbidlet jekk inbidlet? Jista' jispjega kemm minn dawk in-nies li kienu digà għaddew boarded out ma reġgħux għaddew?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sistema dwar talbiet għall-pensjoni tal-invalidita’ inbidlet f’Lulju 2007 permezz ta’ emendi fl-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali. B’riżultat ta’ dawn l-emendi sar tibdil fil-formola tal-applikazzjoni, tibdil fil-format tal-boards mediċi kif ukoll ġew introdotti għal-ewwel darba f’Malta impairement tables bħala parti mill-liġi biex iservu bħala gwida għall-boards mediċi. Ninsab infurmat li minn Lulju 2007 sa Ottubru 2008 kien hemm 1,584 każ li skadielhom it-terminu ta’ żmien li kellhom jirċievu pensjoni tal-invalidita’ taħt is-sistema antika u għalhekk il-każ tagħhom ġie rikunsidrat taħt is-sistema l-ġdida. Minn dawn, 430 ma rrikwalifikawx għal din il-pensjoni.
Leg 11 PQ #4378 Sitting 65 2008-12-09 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sptar Mater dei — Ħlas mill-aġenziji ta' l-assigurazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2554 u jgħid jekk jafx li pazjenti Maltin li jħallsu polza privata tas-sigurtà tas-saħħa qed jiġu mħajra mill-istess aġenziji ta' l-assigurazzjoni tagħhom biex jagħmlu użu mis-servizzi tal-Isptar Mater Dei? Jaf li talli l-pazjent jmur l-Isptar Mater Dei l-aġenzija tippremjahom b'somma nominali ta' flus li hi wisq anqas mill-ammont li kieku kien ikollha tħallas l-aġenzija kieku l-pazjent jagħmlu użu minn xi sptar jew klinika privata? Jekk iħossx l-Ministru li din hija prattika inġusta u abbuż mis-sistema tas-saħħa kemm a skapitu tal-Gvern li ma jdaħħal xejn mill-aġenżiji għall-ispejjeż li jagħmel il-Gvern, kif ukoll a skapitu tal-kliniċi u sptarijiet privati? Jħossx il-Ministru li din il-prattika għandha tiġi mwaqqfa immedjatament anke permezz ta' liġi li tipprojbixxi dan l-abbuż?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Gvern jipprovdi s-servizzi tas-saħħa lil kulħadd, irrispettivament jekk il-persuna jkollhiex polza ta’ assigurazzjoni jew le. Il-proċeduri u / jew regolamenti dwar l-operat ta’ kumpaniji ta’ l-assigurazzjoni ma jaqgħux taħt ir-responsabbilità tal-Ministeru tiegħi. Għalhekk huwa mitlub jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat. Nappella liill-Onorevoli Interpellant sabiex jekk għandu provi li pazjenti li jħallsu polza privata tas-sigurtà qed jiġu mħajra mill-istess aġenziji ta’ l-assigurazzjoni biex jagħmlu użu mis-servizzi ta’ Mater Dei, iressaq dawn il-provi ħalli jiġu nvestigati mill-awtorita regolatorja konċernata.
Leg 11 PQ #4379 Sitting 65 2008-12-09 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Loġġ tal-ħġieġ

Question

Jista' l-Ministru jara li jiġi rranġat loġġ tal-ħġieġ t'anzjana li dettalji qed jintbagħtu separatament peress li għandu l-ħġieġ imkisser u l-persuna indikata ma tistax tagħmlu hi peress li qiegħed fl-għoli? Jista' jara li jsir dan ix-xogħol peress meta tagħmel ix-xita jidħol ħafna ilma ġewwa?

Response (DALLI, JOHN)

Għaddejt it-talba tal-Onor. Interpellant lill-Awtorita' tad-Djar biex tinvestiga l-ilment.

Pensjoni tal-invalidità — Bord mediku

Question

Jista' l-Ministru ġentilment jgħid għaliex il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament għal darbtejn ma ġietx invistata minn bord mediku dwar l-applikazzjoni li għamlet għall-pensjoni tal-invalidità meta din qed tbati minn marda mentali? Jista' jgħid x'rimedju għandha din il-pazjenta li qed tħossha aggravata bid-deċiżjoni tal-bord mediku dwar l-applikazzjoni li hija ressqet?

Response (DALLI, JOHN)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Persuni b'diżabilità — Nappies

Question

Peress li qed nirċievi diversi ilmenti mingħand familjari ta' persuni b'diżabilita` dwar il-kwalita` tan-nappies li qed jiġu fornuti fil-preżent li huma ta' kwalità inferjuri minn dawk li kienu jiġu fornuti qabel, jista` l-Ministru jara li dan l-inkonvenjent jiġi solvut?

Response (DALLI, JOHN)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 11 PQ #4528 Sitting 65 2008-12-09 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Mediċina — interfereon

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4277 u 3663 u jindika meta ġejja l-mediċina Interfereon għaliex ninsab infurmat li allegatament pazjenti li jbatu bil-multiple sclerosis ilhom 15-il jum mingħajrha b’periklu kbir għal saħħithom tant li jistgħu saħansitra jispiċċaw paralizzati?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li l-mediċina Interferon issa qegħda in stock u qed titqassam. Informat ukoll li d-Dipartiment spiċċa bla stokk wara li l-Kuntrattur abbanduna l-kuntratt u għalhekk kellha tinħareġ sejħa urġenti għax-xiri ta' din il-mediċina minn sorsi oħra.
Leg 11 PQ #4534 Sitting 65 2008-12-09 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sptar Mater Dei u Sptar San Luqa — Numru ta' sodod

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4190 u jgħid kemm huwa n-numru ta' sodod f'kull dipartiment fl-Isptar Mater Dei? Kemm kien in-numru ta' sodod fl-istess dipartimenti fl-Isptar San Luqa?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li t-tqassim tas-swali fl-isptarijiet Mater Dei u kif kienu l-Isptar San Luqa m'humiex l-istess. Għalhekk meta wieħed iqabbel in-numru ta' sodod ta' kull dipartiment dawn mhux dejjem jiġu mqabbla like with like. Per eżempju f'San Luqa ma kienetx teżisti il-Cardiac Medical Ward li f'Mater Dei taqa' taħt id-Dipartiment tas-Servizzi tal-Qalb. Għalhekk il-pazjenti bil-problemi tal-qalb kienu jiddaħlu fis-swali ġenerali tal-Mediċina. Swali oħra bħall-Emergency Ward 2 f'Mater Dei li sservi bħala Surgical Admissions Unit, ma kellhiex ekwivalenti fl-Isptar San Luqa. It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #4535 Sitting 65 2008-12-09 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sptar San Luqa — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4189 u jgħid kemm kien in-numru ta' impjegati fl-Isptar San Luqa fl-aħħar sena li kien miftuħ? Kif kienu mqassma skond l-iskali ta' estacode? Kemm kienu fl-Isptar Mater Dei fl-aħħar 12-il xahar (Ottubru 2007 - Ottubru 2008)?

Response (DALLI, JOHN)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 11 PQ #4536 Sitting 65 2008-12-09 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sptarijiet ta' Malta — Inpatients

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4188 u jgħid kemm jiswa inpatient fl-Isptar Mater Dei, fl-Isptar ta' Għawdex, f'San Vinċenz de Paule, fl-Isptar Sir Paul Boffa u f'Zammit Clapp kuljum?

Response (DALLI, JOHN)

Qed isir eżerċizzju ntensiv biex jiġu stabbiliti l-ispiża ta' kull servizz li jingħada l-isptar. Inħoss li din l-informazzjoni tingħata meta jitlesta dan l-eżerċizzju.
Leg 11 PQ #4550 Sitting 65 2008-12-09 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Dipartiment tal-Patoloġija — Job vacancies

Question

Jaf il-Ministru li jeżistu żewġ job vacancies ta' konsulenti fid-Dipartiment tal-Patologija u li wieħed minnhom ilu vakanti minn Novembru tal-2005? Jaf li diġa' saru l-interviewsu ħarġu ir-riżultati uffiċjali. Jista' jispjega x'inhi r-raġuni ta' dan id-dewmien kollu u jgħid fiex wasal il-proċess? Jaf li skont il-ftehim li sar mal-MAM biex persuna tkun eliġibbli li tapplika għall-post ta' konsulent trid tkun ilha sentejn speċjalista fuq bazi full-time, liema speċjalisti jkunu reġistrati fuq reġistri tal-ispeċjalisti mediċi? Jista' jispjega f'dan l-isfont kif inhu l-każ li l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li m'ilhiex sentejn taħdem bħala speċjalista tħalliet tapplika għall-post ta' konsulent u għaddiet, meta kien hemm nies li applikaw li kienu ilhom aktar minn sentejn jaħdmu bħala speċjalisti u għalhekk ma tapplikax l-eċċezzjoni miftiehma bejn il-MAM u l-Gvern?

Response (DALLI, JOHN)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Applikazzjonijiet għal social housing

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' applikazzjonijiet għal social housing sad-data tal-mistoqsija? Jista' jaqsam din l-informazzjoni f' a) irġiel u nisa b) kemm hemm separati c) single mothers u jgħid x'inhuma l-etajiet f'age groups tal-applikanti?

Response (DALLI, JOHN)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Dewmien fi ħlas tal-pensjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex meta persuna fost koppja miżżewġa tmut sakemm tinħadem il-pensjoni tal-persuna l-oħra, qed jgħaddu anke 3 xhur biex jiġu riveduti ċ-ċirkostanzi kollha bil-konsegwenza li jieqfu l-pagamenti b'diffikultà finanzjarja għall-benefiċċju/i?

Response (DALLI, JOHN)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Refund ta' social security contribution

Question

Jista' l-Ministru jispjega għaliex il-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament għadha ma rċevitx refund ta' social security contribution class one mħallsa minnha għal xogħol part-time, meta skond kif ġiet mgħarrfa mid-dipartiment tas-servizzi soċjali hija kellha tirċievi lura dan ir-refund ?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant tagħti parir lill-persuna konċernata li tmur l-Uffiċju tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali li jkopri l-lokalita' tagħha, jew li ċċempel SPIC fuq freephone numru 159, biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.

Pensjoni

Question

Jista' l-Ministru jispjega għaliex il-persuna eks service man mas-servizzi Ingliżi li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, m'hijiex tirċievi l-pensjoni sħiħa?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant tagħti parir lill-persuna konċernata li tmur l-Uffiċju tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali li jkopri l-lokalita' tagħha, jew li ċċempel SPIC fuq freephone numru 159, biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.