Legislature:
Category:
Reset
Active:

Social workers iggradwati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm iggradwaw social workers bil-B.A. (Hons) u l-Masters in Social Work (MSW) din is-sena?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’Novembru li għadda ggradwaw tlettax-il student mill-kors ta Bachelor of Arts (Honours) in Social Work mill-Università ta’ Malta.

Kors tas-social work — Żieda fl-istipendju

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk iż-żieda fl-istipendju ta’ €64 hijiex ta’ inċentiv biżżejjed biex tattira żgħażagħ għall-kors tas-social work? Jista’ jgħid ukoll kemm kien jagħmel sens li din iż-żieda titħabbar fit-30 ta’ Settembru meta l-istudenti jibdew il-kors fil-bidu ta’ Ottubru?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif inhu imħabbar fir-Riforma tal-Korsijiet Preskritti u ta’ Priorijita Għolja, l-kors ta’ Social Work ġie elevat minn kors eliġibbli għal general stipend ta €106.91 għal kors Preskritt li jfisser stipendju ta’ €187.09 u għalhekk, għal kuntrarju li qalet l-Onor. Interpellant, iż-żieda fl-istipendju hija ta €80.18 li jfisser żieda ta’ €801.80 kull sena akkademika. Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li r-Riforma tal-Korsijiet Preskritti u ta’ Priorijita Għolja, hija intiża li tagħti direzzjoni u tgħin addizzjonalment dawk il-korsijiet li l-pajjiż għandu ħtieġa għalihom. Tajjeb li nfakkru li fuq tlett snin li ġejjin, il-Gvern ser jkun qed jinvesti €6.5 miljuni li minnhom huwa stmat li ser jibbenifikaw madwar 4,400 student fi 48 kors Preskritt jew ta’ Prijorita għolja.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Deputati tal-Oppożizzjoni

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14115, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-work from home u/jew telework u/jew remote working approvals relatati mal-persuni kollha li ssemmew f’dik l-istess tweġiba għall-perjodu mill-ewwel ġurnata tal-impjieg ta’ dawn il-persuni sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll ir-raġunijiet għal dawn l-approvals?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirrefei għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 14725.

Educational psychologist assessment

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2445 fejn intqal: “li kull każ irid jiġi evalwat b’mod sensittiv u bl-akbar professjonalità b’hekk l-informazzjoni mitluba ma tistax tiġi ppublikata”, jista' l-Ministru jgħid l-ammont totali ta' persuni li qegħdin fuq waiting list bħala numru kumulattiv biex isir educational psychologist assessment li jwassal, biex student ikollu LSE?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Awtorità għall-Integrità fl-Isport Malti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12980, 13203, 13476, 13638, 13908, 14099, 14208, 14301 u 14906 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12731, jista' l-Ministru jgħid x'inhuma s-salarji, inkluż bonuses, allowances u perkaċċi oħra, li għandhom it-tmien impjegati tal-Awtorità għall-Integrità fl-Isport f'Malta msemmija fl-istess tweġiba?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Deputati tal-Oppożizzjoni

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14115, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-work from home u/jew telework u/jew remote working requests relatati mal-persuni kollha li ssemmew f’dik l-istess tweġiba għall-perjodu mill-ewwel ġurnata tal-impjieg ta’ dawn il-persuni sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-irwol tal-edukatur jirrikjedi li jkunu fil-klassi għaldaqastnat ma jkunx hemm rikjesti għal work from home u/jew telework u/jew remote working.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Deputati tal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min kienu/huma d-Deputati tal-Gvern, li minn April 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kienu/huma impjegati fiċ-ċivil, jew fis-servizz pubbliku, jew f'kumpaniji/banek fejn il-Gvern għandu b'xi mod interess minoritarju jew maġġoritarju, jew f'aġenziji, entitajiet, jew awtoritajiet regolatorji fid-dekasteru li għalih hu responsabbli u jekk hemm persuni identifikati, jiġi indikat fejn kienu/qegħdin iservu, il-kariga li kienu/qed jokkupaw, id-data tal-ingaġġ ta' dawn il-persuni, id-data sakemm baqgħu ingaġġati dawn il-persuni, b'liema mod kienu impjegati (jekk hux b’sejħa pubblika, eċċ.) u kemm kien/hu l-pakkett finanzjarju tagħhom? Jista’ jqiegħed ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra l-attendenza tax-xogħol u/jew timesheets, il-work from home u/jew telework u/jew remote working u l-ispecial leave requests u approvals relatati mal-persuni hawn fuq imsemmija għall-perjodu bejn April 2013 sal-ġurnata li baqgħu fl-impjieg tagħhom?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Każini Sportivi — Proprjetà mikrija

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14593 u jgħid jekk il-Ministeru hux mistenni li jixtri proprjetà li hi użata bħala każin sportiv jew ċentru sportiv jew għal xi skop ieħor minn għaqda sportiva li iżda mhux proprjetà tal-istess għaqda biex imbagħad tinkera mill-istess għaqda, hekk kif sar fil-każ ta' soċjetajiet mużikali?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li preżentament m’hemm l-ebda ħsieb li jsir dan.

Skejjel Primarji — Studenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien it-total ta' studenti li bdew jattendu l-iskejjel primarji f’Malta u Għawdex fis-sena skolastika 2023-2024? Jista' l-Ministru jaqsam din l-informazzjoni skola, skola?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-total ta’ studenti li bdew din is-sena skolastika fl-iskejjel primarji f’Malta u Għawdex kien ta’ 21,998 student.

Skejjel Primarji — Studenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm preżentement hu t-total ta' studenti li qegħdin jattendu l-iskejjel primarji f’Malta u Għawdex? Jista' l-Ministru jaqsam din l-informazzjoni skola, skola?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-total ta’ studenti li jattendu fl-iskejjel primarji f’Malta u Għawdex hu ta’ 22,120 student.

Ħal Qormi — Skola primarja ta’ San Ġorġ - Xogħlijiet

Question

Fid-dawl ta’ bosta lmenti dwar l-istat li tinsab fih l-iskola primarja ta’ San Ġorġ f’Ħal Qormi, li ilu jingħad li beda x-xogħol fuq din l-iskola, jista’ l-Ministru jagħti spjegazzjoni dettaljata tax-xogħol li sar fuq din l-iskola u d-dettalji tat-timeframes dwar ix-xogħlijiet, u meta effettivament għandu jispiċċa dan ix-xogħol?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li ġie konkluż il-proċess ta’ konsultazzjoni mal-imsieħba kollha filwaqt li l-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada lestiet id-disinni tal-proġett, kisbet il-permessi neċessarji, u lestiet il-proċess ta’ xiri pubbliku fir-rigward tax-xogħlijiet strutturali. Bħalissa għaddejjin id-diskussjonijiet neċessarji sabiex ix-xogħol jibda fil-ġimgħat li ġejjin.

Il-Korsa tal-Marsa – Kuntratt ta’ privatizzazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14990 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt u l-kundizzjonijiet li ġiet ipprivatizzata biha l-Korsa tal-Marsa? Jista’ jqiegħed wkoll fuq il-Mejda tal-Kamra, ir-rapporti li saru minn Equestri Malta u Malta Racing Club (MRC) – Il-Kunsill tal-Marsa fuq iż-żamma tal-kundizzjonijiet tal-konċessjoni mill-kuntrattur? Jista’ jgħid ukoll x’kienu n-nuqqasijiet li nstabu matul is-snin?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Skemi ta’ għajnuna lill-Isport

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15107 u jgħid liema huma l-għaqdiet sportivi li bbenefikaw minn skemi ta' għajnuna tal-isport matul is-sena 2023 u jagħti l-ammont ta’ assistenza li ngħatat għaqda b’għaqda u taħt liema skema bbenefikaw?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-total globali hu ta’ €3,425,819.

SportMalta — Dikjarazzjonijiet finanzjarji

Question

Jista' l-Ministru jagħti d-dikjarazzjonijiet finanzjarji ta' SportMalta għas-snin 2021, 2022 u 2023?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-2021 u tal-2022 qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra, filwaqt li tal-2023 ikun konkluż matul din is-sena.

Applikazzjonijiet għal LSEs pendenti

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14041, jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawn il-180 student li l-applikazzjoni tagħhom għal-LSE għadha qed tiġi pproċessata, huma fil-Year 1, fil-Year 2 u fil-Year 3 maqsuma rispettivament?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għas-sigurta u l-privatezza tal-istudenti, tali nformazzjoni ma tistax tiġi ppublikata.

MCAST — Drop outs minn persuni reġistrati fl-IEU

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm drop outs li seħħew minn persuni b'diżabbiltà li huma reġistrati fl-Inclusive Education Unit (IEU) li rreġistraw għal korsijiet tal-MCAST (inkluż dak mainstream) u li b'hekk komplew il-kors minn level 3 'il fuq, maqsuma sena b'sena għal dawn l-aħħar ħames snin?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt; 2019-2020 2020-2021 2021-2022 2022-2023 2023-2024 Studenti ta’ l-IEU li rriżenjaw minn Level 3 14 2 7 3 0 Studenti ta’ l-IEU li rriżenjaw minn Level 3 imma reġgħu daħlu Level 3 jew f’livell ogħla is-sena ta’ wara ma japplikax 3 0 3 1

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Deputati tal-Oppożizzjoni

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14115, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-ispecial leave requests u approvals relatati mal-persuni kollha li ssemmew f’dik l-istess tweġiba għall-perjodu mill-ewwel ġurnata tal-impjieg ta’ dawn il-persuni sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.