Birkirkara – Villa Lauri – proġett ta’ rinnovar u xogħol ieħor
Question
Tista’ l-Ministru tgħid min hu l-perit/kumpanija ta' periti inkarigati mill-proġett ta’ rinnovar u xogħol ieħor f'Villa Lauri f'Birkirkara? Kif intgħażel dan il-perit/kumpanija u min ta l-awtorizzazzjoni biex jintgħażel/tintgħażel dan il-perit/kumpanija u kemm-il siegħa xogħol għamel/għamlet s’issa u x’tip ta’ xogħol fuq dan il-proġett u kemm tħallas/tħallset s’issa? Min ta l-awtorizzazzjoni biex jitħallas/titħallas? Kemm hu ppjanat li jitħallas/titħallas dan l-individwu/kumpanija fuq il-proġett ta’ rinnovar u xogħol ieħor ta' Villa Lauri f'Birkirkara matul is-sena 2019?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn żmien għal żmien, il-Ministeru għal Għawdex jagħmel użu minn numru ta’ konsulenti fuq id-diversi proġetti tiegħu.
Dawn il-konsulenti huma kollha inqabbda skont proċeduri stabbiliti, u mħallsa skont rati fissi, l-istess bħalma kien isir taħt amministrazzjonijiet preċedenti.
Ministeru għal Għawdex – inservice courses għall-impjegati
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm saru inservice courses għall-impjegati tal-Ministeru għal Għawdex u l-entitajiet li jaqgħu taħtha u tgħid il-kors kemm dam, x’tip ta’ kors kien u fejn sar sena b’sena minn Marzu 2013 sal-lum?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Uffiċċju tal-Ħarsien tal-Familja – każijiet ta’ aċċess superviżjonat
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm każijiet ta’ aċċess superviżjonat li saru minn social workers tal-Uffiċċju tal-Ħarsien tal-Familja li jaqa’ fid-dekasteru tal-Ministeru għal Għawdex u tgħid kemm ingħataw sigħat fil-ġimgħa għal dan it-tip ta’ aċċess minn kull social worker, sena b’sena minn Marzu 2013 sal-lum?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fid-Dokument ‘A’ li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:Dokument A - PQ 8703 Ħarsien u Superviżjoni - Uffiċċju tal-Familja.pdf
Servizzi ta’ komunità f’Għawdex għall-persuni b’diżabilità
Question
Tista’ l-Ministru tgħid x’kienu s-servizzi fil-komunità ta’ Għawdex għall-persuni b’diżabilità? Tista’ tgħid x’tip ta’ servizzi fil-komunità kienu u f’liema lokalitajiet f’Għawdex saru, sena b’sena minn Marzu 2013 sal-lum?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fid-Dokument ‘A’ li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:Dokument A - PQ 8704 Servizzi fil-Komunita' għal Persuni b'DIżabilita'.pdf
Attivitajiet Kulturali f’Għawdex – ħaddiema tal-Gvern
Question
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 8121 u tgħid kemm ġew organizzati attivitajiet kulturali f’Għawdex u kemm ġew inkarigati ħaddiema tal-Gvern u mill-privat, biex għamlu xogħol in konnessjoni ma’ dawn l-attivitajiet mis-sena 2013 sal-lum, u għal kull attività separatament u maqsuma sena b’sena?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqisja parlamentrari 8121.
Ministeru għal Għawdex – xogħlijiet biex l-uffiċċju jsir aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità
Question
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 8122 u tgħid x'xogħlijiet saru f'kull uffiċċju tal-Ministeru u d-dipartimenti u entitajiet kollha li jaqgħu taħtha biex ikunu aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità nkluż għal dawk li għandhom nuqqas ta' smigħ jew nuqqas ta' dawl mis-sena 2013 sal-lum, maqsuma sena b'sena?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex għamel xogħlijiet fl-Uffiċċju tal-Passaporti sabiex dan ikun aċċessibbli għal persuni b’diżabbilità, u ġie installat lift fl-uffiċini tan-Nutar tal-Gvern, tar- Reġistru Pubbliku, u tar-Reġistru tal-Artijiet. Barra minn dan, saru xogħlijiet ukoll fic-ċimiterju ta’ Santa Marija fejn twaħħlu żewġ platform lifts għal persuni b’diżabbilità, u fiċ-Ċittadella fejn tneħħew diversi turġien minn ġot-toroq biex b'hekk ikunu aktar aċċessibbli. Ġew installati wkoll diversi lifts li jiffaċilitaw l-aċċess għal diversi partijiet li qabel kienu inaċċessibbli. Il-Ministeru għal Għawdex huwa kommess sabiex jaċċerta li l-uffiċini tal-Ministeru u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu jkunu aċċessibbli għal persuni b'diżabbilità. Fil-fatt bħalissa għaddej proġett fil-Ministeru sabiex isir ir-retro-fitting.
Fiż-żewġ entraturi prinċipali tal-Ministeru għal Għawdex, ġew installati
interactive monitors
li jservu biex ikun aktar facli biex il-klijent ikollu l-informazzjoni ta’ fejn qegħdin l-uffiċini, ħinijiet u aktar informazzjoni fuq is-servizzi li jipprovdu.
Sar ftehim mal-prodotturi ta’ Għawdex Illum biex dan il-program popolari jixxandar ukoll bis-sottotitoli.
B’referenza għall-binja li kienet inbniet sitt snin ilu minn Amministrazzjoni mmexxija mill-Partit Nazzjonalista, biex tintuża bħala Child Development Centre u li l-istess binja għaddiet għand Barts Medical School biex tintuża bħala Ċentru tal-Anatomija, tista’ l-Ministru tgħid jekk hux qed jiġi kkunsidrat li dan il-proġett, tant bżonjuż għat-tfal Għawdxin, isir f’xi post ieħor?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-binja qatt ma ntużat bħala Child Development Centre imma biex jingħataw servizzi ta’ natura soċjali. Dawn is-servizzi issa ser jibdew jingħataw minn post ieħor wara li ħarġet Expression of Interest li qed tiġi proċessata.
Mina bejn Malta u Għawdex – ħaddiema tal-Gozo Channel
Question
Fid-dawl taċ-ċertezza li l-mina bejn Malta u Għawdex se ssir, tista' l-Ministru tinforma lill-Kamra jekk il-ħaddiema tal-Gozo Channel humiex se jżommu xogħolhom fi ħdan il-Gozo Channel?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li indipendentament mill-proġett tal-mina, is-servizz tal-Gozo Channel ser jibqà jopera.
Ministeru għall-Għawdex — Nisa f'pożizzjoni ta' tehid ta' deċiżjonijiet
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm nisa f’pożizzjoni ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet fil-Ministeru tagħha u fl-entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtha li jaħdmu bħalissa, mill-grad ta' Prinċipal 'il fuq?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-Ministeru tagħha kellux Assistenti Parlamentari fil-leġiżlatura ta' bejn is-sena 2008 u s-sena 2013? Tista’ tgħid x'kienu l-kundizzjonijiet marbuta ma’ tali rwol, kemm dawk finanzjarji kif ukoll perkaċċi oħra?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fil-leġiżlatura ta’ bejn is-sena 2008 u s-sena 2013 fil-Ministeru għal Għawdex kien hemm Assistent Parlamentari, li kien Frederick Azzopardi.
Għall-kundizzjonijiet nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għall-Papers Laid numru 7378 tal-11-il Leġiżlatura li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra mill-Ispijker fl-10 ta’ Ġunju 2011.
Fit-tweġiba, li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, hemm indikat li l-Assistenti Parlamentari bejn l-2008 u l-2013 kienu jitħallsu 65% ta’ Skala 1 tas-Servizz Pubbliku (ekwivalenti għal €29,577.60ċ, skont il-grad tal-lum), flimkien ma’ servizzi ta’ linja fissa tat-telefown u mowbajl.
Peress li fil-mistoqsija parlamentari 5488 fejn kont staqsejt dwar il-bini ta’ tined fl-Imġarr Għawdex u fiċ-Ċirkewwa f’Malta, dan peress li d-duty officers u l-coordinators tal-Gozo Channel kemm fl-Imġarr Għawdex, kif ukoll fiċ-Ċirkewwa f’Malta, jaħdmu l-ġurnata kollha esposti għall-elementi kollha tat-temp Malti, inkluż għax-xemx kiefra tas-sajf, tista’ l-Ministru tinforma l-Kamra meta taħseb li ser jitlestew dawn it-tined?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ċ-Change Management Review Board għadu kemm lesta pjan dwar loġistika relatata mal-għoti tas-servizz.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm ħaddiema jagħmlu xogħol ta’ ħaddied fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex sena b'sena u xahar b’xahar minn Marzu 2013 sal-lum? X'inhu l-grad tagħhom? X’tip ta’ xogħol jagħmlu u x’responsabilitajiet għandhom, u kemm ilhom jaħdmu kull wieħed u waħda minn dawn il-ħaddiema fiċ-Ċivil u x’inhuma l-ħinijiet tax-xogħol tagħhom? Xi kwalifiċi għandhom u x’korsijiet intbagħtu jagħmlu minn meta daħlu maċ-Ċivil u x’korsijiet hemm ippjanati li jsirulhom matul is-sena 2019?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Għawdex – Ir-Rabat – Triq ta’ Wara s-Sur – bini ta’ triq
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx pjan li t-Triq ta' Wara s-Sur ġewwa Victoria Għawdex, tinbena mill-ġdid matul is-sena 2019, peress li din tinsab fi stat ħażin ħafna?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tender għax-xogħlijiet f’din it-triq ser jiġi ppubblikat dalwaqt.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 7433 dwar l-SME Park, tista’ l-Ministru tpoġġi kopja tas-site plan u kopja tal-pjanta ppreżentata mal-applikazzjoni li saret lill-Awtorità tal-Ippjanar li l-istess Ministru fir-risposta tal-mistoqsija parlamentari 7433 qed tirreferi għalija?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant jagħmel referenza għad-dokument uffiċċjali u pubblika tal-Awtorità tal-Ippjanar numru 2780/16
Ministeru għal Għawdex – ħaddiema li għandhom kundizzjonijiet u pagi differenti
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk fost id-dipartimenti, li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru għal Għawdex, hemmx dipartimenti minnhom li magħhom hemm impjegati li għandhom pagi u kundizzjonijiet ta' xogħol differenti minn impjegati Maltin li jaħdmu fl-istess dipartiment li hemm f'Malta? Jekk fl-affermattiv, tista' tgħid jekk hux se jittieħdu passi biex din l-anomalija tiġi rranġata?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull uffiċjal pubbliku qiegħed fuq skala skont kif stabilit fl-estimi finanzjari, mingħajr distinzjoni kemm jekk jaħdem f’Ministeru ġo Malta kif ukoll jekk jaħdem fil-Ministeru għal Għawdex.
Tista’ l-Ministru tgħid
a) liema bajjiet f’Għawdex huma ċċertifikati
plastic free;
b) min wettaq il-clean up;
c) min iċċertifikahom plastic free;
d) min ħallas għall-clean up;
e) kemm ħareġ flus il-Ministeru; u
f) x’inhuma l-pjanijiet futuri u timeframes tal-Ministeru f’dan ir-rigward?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Nixtieq Ninforma lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-Mistoqsija Parlamentari 8223 u jiżdied jingħad li l-bajjiet involuti huma:
a) Mġarr ix-Xini, Daħlet Qorrot u l-bajja ta’ Marsalforn
b) Total ta’ erba’ għaddasa minn White Flag International għamlu t-tindif
c) Il-bajjiet ġew iċċertifikati mill-White flag International Inspector
d) It-tindif tal-bajja ta’ Mġarr ix-Xini kien iffinanzjat mill-Ministeru għal Għawdex
It-tindif tal-bajja ta’ Daħlet Qorrot sar b’xejn mill-White Flag International Team
It-tindif tal-bajja ta’ Marsalforn tħallas minn kumpanija privata.
e) Il-Ministeru għal Għawdex qiegħed jaħdem bla heda sabiex jassigura li l-bajjiet f’Għawdex huma ta’ livell għoli. Għawdex igawdi minn numru ta’ bajjiet klassifikati bħala Blue Flag jew White Flag. Il-Ministeru għandu l-pjanijiet li jkollu l-bajjiet kollha klassifikati bħala White Flag sabiex jassigura l-aqwa kwalità u standards. Diġà nġabru ’l fuq minn 632 kilogramma ta’ skart.
Ministeru għal Għawdex — paġni, profili u gruppi fuq Facebook
Question
Tista' l-Ministru tgħid liema huma l-paġni, profili u gruppi fuq Facebook li huma amministrati mill-Ministeru għal Għawdex u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtha jew minn persuni oħra jew kumpaniji f'isem il-Ministeru għal Għawdex u f'isem l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtha? Tista' tagħti l-isem tal-imsemmija paġni, profili u gruppi u tindika għal kull wieħed minnhom il-Uniform Resource Locator (URL) tagħhom?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 8277 Paġni profili u gruppi fuq Facebook.pdf
Tista’ l-Ministru taġġorna lill-Kamra dwar il-proġett ta’ bini ta' pixxina (Gozo Natatorium Pool) ġewwa r-Rabat Għawdex? F’liema xahar tas-sena hu ppjanat li jibda x-xogħol infrastrutturali u jitlesta dan il-proġett li ilu mwiegħed li ħa jiġi mwettaq għal diversi snin? Tista' tgħid l-ewwel fażi tal-proġett kemm ser tiġi tiswa u min ser iħallas għal dan ix-xogħol hux il-privat jew il-Ministeru għal Għawdex?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proġett beda
Ir-Rabat Għawdex – Pjazza San Franġisk – proġett ta’ tisbiħ
Question
Tista’ l-Ministru taġġorna lill-Kamra dwar il-proġett ta' tisbiħ ta' Pjazza San Franġisk ġewwa r-Rabat, Għawdex li ilu mwiegħed għal dawn l-aħħar ħames snin u għadu ma sar xejn? Ħarġu t-tenders? Ġew awarded? Jekk le, x’inhi r-raġuni li għadhom ma ġewx awarded?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-permess għal dan il-proġett ħareġ u ħareġ ukoll it-tender. Dan it-tender jinsab fil-proċess biex jiġi awarded.
Tista’ l-Ministru tgħid fuq liema proġetti u xogħol ieħor qed jaħdem u ħadem l-individwu u l-kumpanija li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament sena b'sena mit-8 ta’ Marzu 2013 sal-lum? Kif intgħażel/intgħażlet din il-persuna/kumpanija biex jagħtu s-servizzi lill-Ministeru għal Għawdex u min approva li jintgħażel/tintgħażel din il-persuna/kumpanija u kemm qed jitħallas l-individwu/kumpanija għal kull siegħa xogħol li jagħmel u kemm-il siegħa xogħol għamel dan l-individwu/kumpanija s’issa u kemm tħallas s’issa u min awtorizza l-pagamenti f'kull każ?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta għal din il-Mistoqsija Parlamentari għadha qed tinġabar u ser tingħata f’xi seduta oħra.