Legislature:
Category:
Reset
Active:

Trabi li twieldu qabel iż-żmien

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kienet ir-rata ta’ tfal li twieldu qabel iż-żmien (pre-term) fis-snin 2015, 2016 u 2017? Jekk kien hemm xi żieda, x’inhuma t-tliet raġunijiet prinċipali fl-2017?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bejn l-2014 u l-2016 kien hemm medja ta’ 337 tarbija fis-sena li twieldet qabel iż-żmien (pre-term, less than 37 weeks). Il-letteratura turi li l-fatturi prinċipali assoċjati mat-twelid qabel iż-żmien huma: multiple pregnancies, IVF, mard kroniku fl-omm inkluża l-pressjoni għolja u d-dijabete u intrauterine growth retardation fil-fetu. Ninfurmah ukoll illi l-informazzjoni għal 2017 għadha qed tiġi vvalidata.

Trabi

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm twieldu trabi f’Malta fl-2015, 2016 u 2017? Għal kull sena msemmija, kemm minnhom kienu wild ta’ persuni li m’humiex ċittadini Maltin?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bejn l-2014 u l-2016 twieldu 13,343 tarbija, minn dawn 2,500 twieldu lill-ommijiet li m’humiex irreġistrati bħala Maltin. L-informazzjoni għal 2017 għadha qed tiġi vvalidata.

Twelid ta’ tfal b’congenital abnormality

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kienet ir-rata f’persentaġġ u numru attwali, ta’ tfal li twieldu b’congenital abnormality (anomalies jew defects) fis-snin 2015, 2016 u 2017? Kemm kienu dawk li mietu fin-neonatal period għas-snin 2015, 2016 u 2017? Liema huma t-tliet raġunijiet prinċipali fl-2017?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bejn l-2013 u l-2015 twieldu 393 tarbija (3.0%) b’anomaliji konġenitali skont il-kriterji tal-EUROCAT (European Surveillance of Congenital Anomalies). Minn dawn it-393 tarbija, twieldu 12 mejta (stillbirths) u 14 mietu fin-neonatal period (0-27 ġurnata). Ir-raġunijiet prinċipali ta’ dawn l-imwiet kienu: multiple congenital anomalies, congenital heart defects, nervous system defects u chromosomal defects.

Trattament barra minn Malta — tfal

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm tfal taħt is-16-il sena siefru għal trattament barra minn Malta sabiex jieħdu kura speċjalizzata fl-2017? Kemm minnhom kienu neonates jew infants?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul is-sena 2017 kien hemm 146 pazjent taħt is-sittax il-sena li ġew referuti għall-kura barra minn Malta.L-etajiet kienu kif indikati hawn taħt: Eta’ Numru ta’ Pazjenti Neonates (Sa xahar) 12 Anqas minn Sena (Bejn xahrejn u ħdax il-xahar) 17 Minn Sena sa Sittax il-Sena (>1year - < 16 years) 117

Ċimiterju tal-Mosta — Applikazzjoni għal rampa

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid xi żvilupp hemm fl-applikazzjoni li d-Dipartiment tas-Saħħa għamel lill-Awtorità tal-Ippjanar sabiex fiċ-Ċimiterju tal-Mosta ssir ir-rampa sabiex ikun hemm titjib fl-aċċessibilità kemm għall-persuni b'diżabilità kif ukoll għall-persuni oħra?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3164.

Vital Global Healthcare — ħlasijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallset Vital Global Healthcare (VGH) minn meta ġie ffirmat il-kuntratt tagħha mal-Gvern ta’ Malta sal-lum sabiex topera l-Isptar ta’ Għawdex, l-Isptar San Luqa u l-Isptar Karin Grech?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3310.

Vital Global Healthcare – bini ta’ skola medika f’Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li Vital Global Healthcare (VGH) naqset li tibni skola medika ġewwa Għawdex fiż-żmien stipulat fil-kuntratt iffirmat bejnha u l-Gvern? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid x'passi ttieħdu kontra l-istess kumpanija, inkluż passi legali, biex jindirizzaw dan in-nuqqas u jiġu salvagwardati l-interessi tal Gvern li qed jaġixxi f'isem il-poplu?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-istudenti tal-iskola medika ta’ Barts bdew jingħataw it-taħriġ tagħhom f’Għawdex mill-bidu ta’ din is-sena skolastika. Ninfurmah ukoll li l-permessi mill-Awtorità tal-Ippjanar għall-bini tal-iskola medika ġdida ħarġu f’Marzu tal-2017 u x-xogħol beda fil-ġranet ta’ wara.

Vital Global Healthcare – żieda ta’ sodod fl-Isptar Karin Grech u Sptar San Luqa

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li Vital Global Healthcare (VGH) naqset li żżid 50 sodda ġewwa l-Isptar Karin Grech u l-Isptar San Luqa sal-1 ta’ Jannar 2017 minkejja li skont il-kuntratt li ffirmat mal-Gvern ta' Malta, VGH kienet marbuta li tipprovdi għal dawn iż-żidiet? Jista’ jikkonferma wkoll li Vital Global Healthcare naqset li żżid 80 sodda ta’ rijabilitazzjoni ġewwa l-Isptar San Luqa sat 30 ta’ Settembru 2017 u dan skont il-kuntratt iffirmat minnha mal-Gvern Malti? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid x'passi ttieħdu kontra l-istess kumpanija, inkluż passi legali, biex jindirizzaw dan in-nuqqas u jiġu salvagwardjati l-interessi tal-Gvern li qed jaġixxi f'isem il-poplu?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont il-kuntratt bejn il-Gvern u l-konċessjonarju, ż-żieda fin-numru ta’ sodod sad-dati msemmija kienet marbuta mal-ħruġ ta’ permessi u liċenzji relattivi sa dati speċifiċi. Il-Gvern fi kwalunkwe każ jirriserva d-drittijiet tiegħu skont it-termini tal-kuntratti relattivi.

Vitals Global Healthcare – taħdidiet dwar it-trasferiment lil kumpanija Amerikana

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk iċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru kienx personalment involut fit-taħdidiet, negozjati jew ftehim ieħor li wassal għat-trasferiment tal-Vitals Global Healthcare (VGH) u t-tliet sptarijiet pubbliċi lill-kumpanija privata Amerikana?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3281.

Vitals Global Healthcare – taħdidiet dwar it-trasferiment lil kumpanija Amerikana

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministru għat-Turiżmu preżenti l-Onor. Konrad Mizzi kienx personalment involut fit-taħdidiet, negozjati jew ftehim ieħor li wassal għat-trasferiment tal-Vitals Global Healthcare (VGH) u t-tliet sptarijiet pubbliċi lill-kumpanija privata Amerikana?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3282.

Att dwar il-Mediċini – riċetti elettroniċi mit-tabib indirizzati lill-ispiżjar

Question

B’referenza għall-Att dwar il-Mediċini li jtenn li r-riċetti elettroniċi mit-tabib indirizzati lill-ispiżjar iridu jiġu validi fuq id-deskrizjoni tal-Ministru f’ħin waqtu u li din kienet daħlet fl-2013, u peress li dan fil-prattika qed isir, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk wasalx iż-żmien li dan jista’ jiġi atwat b’mod uffiċjali?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-regoli dwar il-ħruġ ta’ riċetti u dispensa ta’ Mediċini (LS458.49) kienu emendati fl-2013 u l-2014 biex jippermettu riċetti mediċinali li jistgħu jiġu ġenerati elettronikament u dawn ir-regoli daħlu fis-seħħ u huma implementabbli mal-pubblikazzjoni tal-emendi.

Dipartiment tad-Dentistrija — baġit

Question

B’referenza għad-Dipartiment tad-Dentistrija, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kienet in-nefqa/baġit tad-Dipartiment fl-2016 u fl-2017? Kemm hi għas-sena 2018?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella t’hawn taħt: Sena Nefqa/ Budget 2016 -Attwali €2,524,023 2017 -Allokat €2,736,531 2018 -Allokat €3,000,000

Dipartiment tad-Dentistrija – spiża għal ċerti servizzi

Question

B’referenza għad-Dipartiment tad-Dentistrija, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm jiġu jiswew lid-Dipartiment is-servizz ta’ filling, dentatura u check up?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li peress li d-dipartiment għandu Kuntratti ma’ dentisti privati għal dawn is-servizzi, l-informazzjoni mitluba minnu hija ta’ natura kummerċjali.

Sptar San Luqa — Dipartiment tal-Fiżjoterapija - pavimentar tat-triq

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jara li l-pavimentar tat-triq li tagħti għad-Dipartiment tal-Fiżjoterapija ġewwa l-Isptar San Luqa, jiġi rranġat minħabba li qed ikun ta’ inkonvenjent għall-pazjenti li jużawh?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pavimentar tat-triq li tagħti għad-Dipartiment tal-Fiżjoterapija ġewwa l-Isptar San Luqa, se jiġi rranġat fiż-żmien li ġej.

Ċimiterju tal-Addolorata – rranġar ta’ tarġa tat-toilet

Question

Jista’ l-Ministru jara li tiġi rranġata t-tarġa tat-toilet li hemm fiċ-Ċimiterju tal-Addolorata wara żmien twil li ilu jsir dan l-ilment?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tarġa msemmija hija parti mill-istruttura tal-kappella gotika li x-xogħol fuqha ġie nkluż fil-proġett tar-restawr taċ-Ċimiterju tal-Addolorata.

Sptar San Luqa, Sptar Karin Grech u Sptar t’Għawdex — sodod

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa l-ammont ta’ sodod li qegħdin joperaw ġewwa l-Isptar San Luqa, l-Isptar Karin Grech u l-Isptar t’Għawdex?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-isptarijiet Karen Grech u dak Ġenerali Ta’ Għawdex hemm total ta’ 564 sodda li jinkludu sodod għall-kura akuta, għall-kura ta’ rijabilitazzjoni, għall-kura psikjatrika u kif ukoll għal Long Term Care.

Sptar Monte Karmeli – Xogħol ta’ rinovazzjoni fis-swali Female Ward 1 u 2

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsir xogħol ta' rinovazzjoni fi swali Female Ward 1 u Female Ward 2 fl-Isptar Monte Karmeli?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa għaddej proġett ta’ manutenzjoni u renovar f’numru ta’ swali tal-Isptar Monte Carmeli. Fil-ġimgħat li ġejjin dan ix-xogħol se jilħaq ukoll FW1 u FW2.

Hospital Concession Agreement — ħlas

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid kemm kien l-ammont li l-Gvern ħallas bħala Hospital Concession Agreement għall-Isptar Ġenerali ta' Għawdex u l-Isptar Karin Grech (separatament) minn meta dawn bdew jitmexxew minn Vitals sa meta tkun imwieġba din il-mistoqsija?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-flus imħallsa mill-Gvern lill-kumpanija Vitals Global Healthcare matul is-snin 2016 u 2017 huma skont it-termini maqbula fil-kuntratt iffirmat bejn il-Gvern u l-VGH u li jammontaw għal €16 il-miljun fl-2016 u €33.5 miljun fl-2017.