Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 17130 u jgħid kemm ilu mwaqqaf is-servizz tal-home help? X'kien l-iskop oriġinali tiegħu? Kemm ilu ma jsir studju biex jara jekk l-iskop oriġinali ta' dan is-servizz intlaħaqx? Kemm intlaħaq jew kemm ma ntlaħaqx?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Is-Servizz tal-Home Help ilu mwaqqf mill-1988. Dan beda bħala proġett pilota.
L-iskop oriġinali ta’ dan is-servizz kien li anzjani li għalqu 60 sena jew persuni b’diżabilità speċjalment dawk li jgħixu weħidhom u għandhom problemi ta’ saħħa jkollhom persuna (Part-Time Social Assistant) li tmur iżżurhom skont kif ikun approva l-Bord u tgħinhom fi bżonnijiet ta’ kuljum bħal qadi, xiri, għajnuna domestika fid-dar, għajnuna personali u kumpanija.
Is-Segretarju Parlamentari responsabbli għall-kura tal-anzjani ħatar team multidixxiplinarju li qed iħejji rapport biex jagħmel riforma fil-Home Help u sakemm jippermettu r-riżorsi jipprova jżid is-servizz fil-komunità.
Dan it-team għamel ir-rakkmandazzjonijiet tiegħu li qegħdin jiġu diskussi.
Ristoranti Ewlenin u take away chains — kaloriji f'kull dish li jservu
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern għandux ħsieb li jintroduċi kif għamlu għadd ta' pajjiżi oħra Ewropej, fosthom riċentament ir-Renju Unit, skema voluntarja fejn ir-ristoranti ewlenin u t-take away chains jaġġornaw lill-klijenti tagħhom dwar kemm fihom kaloriji f'kull dish li jservu sabiex tingħata spinta lil dik li qed jissejjaħ public health responsability?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li bħalissa qed titħejja strateġija nazzjonali dwar l-obeżita minn kumitat intersettorali mwaqqaf apposta. Wieħed mill-aspetti li din l-istrateġija se tindirizza huwa il-koperazzjoni mal-industrija tal-ikel li tinkludi restoranti u postijiet oħra li jservu l-ikel biex dawn ukoll joffru ikel li huwa bnin u jnaqqas kemm jista’ jkun l-effett negattiv għas-saħħa. Il-proposta tal-Onor. Interpellant tkun trid tiġi ikkunsidrata f’dan l-isfont.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar f'liema lokalitajiet hemm day centres għall-anzjani? Kemm hu, f'kull każ, in-numru ta' anzjani li jattendu dawn id-day centres rispettivament?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li b’kollox għandna 17-il Ċentru ta’ Matul il-Jum. Id-dettalji huma kif jidher fit-tabella hawn taħt:
Lokalità
Numru ta’ Anzjani
li Jattendu
Żejtun
88
Ħamrun
130
Dingli
63
Qormi
94
Sliema
67
Żurrieq
77
Mtarfa
89
Birkirkara
147
Bormla
65
Luqa
50
St.Paul’s Bay
67
B’Buġia
70
Mosta
66
St.Venera
81
Naxxar
71
Safi
44
Mellieħa
61
Total
1,330
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' spiżeriji li ġew awtorizzati (approvati) mill-Ministeru tas-Saħħa matul l-2009 u l-2010? Fejn jinsabu dawn l-ispiżeriji?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-ispiżeriji li gew awtorizzati mill-Awtorità Dwar il-Liċenzjar fi ħdan id-Dipartiment għar-Regolazzjoni Saħħa Pubblika huma hekk:
Spiżeriji Privati
Fontana Pharmacy – Fontana (17/5/2010)
Gozo Chemists – Xewkija (1/1/2009)
Safi Pharmacy – Safi (4/8/2010)
San Tumas Pharmacy – Marsascala (4/5/2009)
Xagħra Pharmacy – Xagħra (3/8/2009)
Spiżeriji Governattivi
Sedqa Dispensary – G’Mangia (1/1/2009)
Karin Grech Pharmacy – Zammit Clapp Hospital (7/9/2009)
Spiżeriji ta’ Sptarijiet Privati
St. James Capua Hospital Pharmacy – Sliema (12/4/2010)
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar f'liema lokalitajiet li issa għandhom il-kumitat amministrattiv tagħhom (bħala parti mill-kunsill lokali) hemm talba biex tinfetaħ spiżerija? Meta hu mistenni li jiġu deċiżi dawn it-talbiet?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-lokalitajiet li issa għandhom il-kumitat amministrattiv tagħhom (bħala parti mill-kunsill lokali) fejn hemm talba biex tinfetaħ spiżerija huma dawn:
Tal-Virtù fil-lokalità tar-Rabat
St Peter’s fil-lokalità ta’ Ħaż-Żabbar
Is-Swatar fil-lokalitajiet ta’ Birkirkara u l-Imsida
Burmarrad fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar
Il-Baħrija fil-lokalità tar-Rabat
Baħar iċ-Ċagħaq fil-lokalità tan-Naxxar
Paceville fil-lokalità ta’ San Ġiljan
Kappara fil-lokalità ta’ San Ġwann
Bubaqra fil-lokalità taż-Żurrieq
Fleur-de-Lys fil-lokalità ta’ Birkirkara
Bħal issa qed jiġi kkunsidrat pjan ħolistiku dwar kif għandhom jiġu kkunsidrati dawn l-applikazzjonijiet.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsijiet parlamentari 19978 u 19979, fejn it-tweġibiet qed jagħtu indikazzjoni li l-prodotti jistgħu jiġu miġbura jew inkella siġillati, jista' l-Ministru jara li biex jiġu evitati l-problemi jekk hu possibli dawk il-prodotti li jkun jidher ċar li m'għandhomx jibqgħu fuq l-ixkafef għall-bejgħ, jinġabru mill-ewwel mill-uffiċjali tas-sanità?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposti għall-Mistoqsijiet Parlamentari Numri 19978 u 19979, u ntenni li r-responsabbiltà ta’ tali prodotti hija tal-persuna li tkun responsabbli mill-bejgħ tal-prodott u dan hekk kif stipulat fl-Att tal-2002 dwar is-Sigurtà fl-Ikel.
Rigward il-fatt li tali prodotti għandhom jinġabru mill-ewwel mill-uffiċjali għas-saħħa ambjentli infurmat li dan isir meta ma tinstabx koperazzjoni mill-persuna jew persuni responsabbli għall-bejgħ ta’ tali prodotti u dan skont proċeduri interni segwiti mill-istess Direttorat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru operazzjonijiet tal-kataretti matul l-ewwel sitt xhur tas-sena, xahar b'xahar?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li matul l-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena saru 1,160 operazzjoni tal-katarretti. Id-dettaji huma kif jidher fit-tabella hawn taħt:
Xahar 2010
Numru ta’ operazzjonijiet
Jannar
155
Frar
157
Marzu
171
April
186
Mejju
259
Ġunju
232
Total
1,160
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16877 u jgħid fejn se jsir l-isptar tar-riabilitazzjoni? Meta huwa stmat li jiftaħ? Kemm hu stmat li se jiġi jiswa?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ir-rijabilitazzjoni hija tip ta’ kura li tingħata lill-persuni li tkun saritilhom xi operazzjoni jew dawk li jkunu rċievew kura akuta u li jkunu jirrikjedu aktar kura rijabilittattiva. Il-faċilità ta’ rijabilitazzjoni li qed tiġi ppjanata se tkun faċilità speċjalizzata f’numru ta’ servizzi ta’ rijabilitazzjoni fosthom servizzi ta’ rijabilitazzjoni post-surgical; rijabilitazzjoni għall-anzjani; u servizzi ta’ newro-rijabilitazzjoni. L-għan aħħari ta’ dawn is-servizzi huwa li persuna tintbagħat id-dar wara li l-proċess ta’ rijabilitazzjoni jkun komplut. Apparti dawn se jingħataw ukoll servizzi ta’ orthotics & prosthetics, physiotherapy, occupational therapy u day-hospital fuq bażi ta’ out-patients.
Il-
Medical Brief & Schedule of Accomodation,
li bħal fil-każ tal-proġett taċ-ċentru tal-onkoloġija tal-Isptar Mater Dei, huwa dokument li jispjega fid-dettal is-servizzi li se jingħataw minn din il-faċilità; kif din il-faċilità se tkun mgħammra; u kif se titħaddem, issa ġie finalizzat. Issa ngħata bidu għall-proċess li jmiss li huwa il-
concept design stage
. Qed isiru diskussjonijiet sabiex fuq il-bażi tal-
Medical Brief & Schedule of Accomodation
tittieħed id-deċiżjoni ta’ fejn din il-faċilità ta’ mitejn u tmenin sodda se tinbena jew issir.
Infakkar l-Onorevoli interpellant li servizzi ta’ rijabilitazzjoni tal-għola kwalità qegħdin jingħataw ġewwa l-Isptar Karin Grech. Sar ħafna xogħol ta’
refurbishment
ġewwa dan l-isptar li issa laqa’ ġewwa fiħ il-pazjenti kollha li kien hemm ġewwa l-Isptar Zammit Clapp. L-Isptar Karin Grech se jkompli jservi ta’ sptar ta’ rijabilitazzjoni sakemm tittieħed id-deċiżjoni ta’ fejn se jsir l-isptar il-ġdid.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16878 u jgħid jekk għandux il-ħsieb li jdaħħal servizz ta' riabilitazzjoni għall-pazjenti li jkunu għadhom kemm għaddew minn xi intervent kardjo vaskulari? Meta se jidaħħal dan is-servizz? Kemm se jkun hemm professjonijiet involuti fih? Liema huma dawn il-professjonijiet? Kemm beħsiebu jibda jara pazjenti kuljum u kemm se jiġi jiswa kull sena?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li diġa jeżisti servizz ta’ rijabilitazzjoni għall-pazjenti li jkunu għadhom kemm għaddew minn xi intervent kardjo-vaskulari. Dan is-servizz jiġi offrut lil dawk il-pazjenti li jgħaddu minn bypass surgery u huma provdut permezz ta’ infermiera u psikoterapista. Dan is-servizz qed jagħti riżultati pożittivi ħafna u hemm il-ħsieb li jiġi estiż ukoll għal dawk il-pazjenti li jkollhom Myocardial Infarction u dawk li jgħaddu minn Angioplasty meta r-riżorsi meħtieġa, fosthom infermiera, ikunu disponibbli.
Apparti minn hekk, inbdiet
Cardiac Failure Clinic
, li titmexxa mit-tobba u mill-infermiera tal-
Cardiac Lab
. Din il-
clinic
toffri servizz lill-aktar minn 100 pazjent.
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex veru jew le li fl-isptar Monte Carmeli sabu każijiet ta' scabies? Jista' jgħid kemm kien hemm minn dawn il-każijiet rappurtati u x'passi ħadu l-awtoritajiet konċernati dwar dan l-każ?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li fl-Isptar Monte Carmeli oriġinarjament kien hemm tmien pazjenti li kellhom l-iscabies u li kollha ġew rilaxxati. Kemm it-tobba kif ukoll l-infection control nurses ħadu l-prekawzjonijiet kollha biex jikkontrollaw is-sitwazzjoni.
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — Talbiet għal career breaks
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet għal career breaks fl-aħħar sentejn f'kull dipartiment li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħu? Kemm minnhom saru minn nisa, kemm saru minn irgiel u għal liema raġuni?
Jista' jgħid kull talba li ġiet milqugħa kemm damet biex tiġi proċessata u fil-każ ta' dawk miċħuda, jekk kien il-każ, x'kienet ir-raġuni?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Child Developement Assesment Unit — tfal b'appuntament mal-psikologu
Question
B’riferenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16469, jista' l-Ministru jgħid fl-aħħar sitt xhur x’seħħ mit-talba għall-ingaġġ ta’ 12-il psikologu fil-Capacity Building Exercise li kellu jiġi evalwat bejn il-Ministeru tiegħu, il-Ministeru tal-Finanzi u l-Uffiċċju tal-Prim Minisitru?
Bħalissa kemm hemm każijiet pendenti ta’ tfal li qed jistennew biex jingħataw servizz psikoloġiku ta’ assessment mis-sezzjoni tal-Psikoloġija fi ħdan iċ-Child Development Assessment Unit?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm djar tal-anzjani privati li qed jaħdmu f'partnership mal-gvern? Fejn jinsabu? Kemm hu f'kull każ in-numru ta' anzjani li jużaw dawn id-djar?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — flus globali għal hospitality
Question
Jista' l-Ministru jinformani kemm kienet in-nefqa f'ċifra ta' flus globali għal hospitality mill-Uffiċċju tal-Ministeru, dipartimenti u entitajiet fid-dekasteru li jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-Ministru għall-ewwel disa' xhur tas-sena 2010 rispettivament?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-mediċina Simvacor hijiex fil-lista tal-mediċina li tingħata b'xejn? Jista' jgħid kif persuna tista' tkun intitolata għaliha?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il pazjent attenda l-emergenza fl-ewwel ġimgħa ta' Ottubru? Kemm minn dawn kienu ta' priorità 1, 2 u 3? Kemm kienu il-pazjenti li f' dik il-ġimgħa ġew admitted fis-swali? X'kien l-average waiting time ta' dawn il-pazjenti u x inhu l-average treatment-time ta' pazjenti f' priority 1, priority 2 , priority 3?
Jista' jgħid kemm minn dawn il-pazjenti ġew riferuti mill-health centres, mit-tobba privati u self referred?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jg]id x'inhi r-raġuni għaliex s-shift allowance għal Health Assitant ma nħarġitx għalkemm inħadmet lil dawk jew dak li mhux fil-wards?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti rapporti dettaljati dwar ir-riżultati li nkisbu matul is-sena 2009 li permezz tagħhom ġie deċiż li l-ilma tal-vit huwa tajjeb għax-xorb? Jista' jgħid minn fejn ittieħdu l-kampjuni tal-ilma, kemm-il darba ttieħdu u x'kienu ir-riżultati?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titipoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.