Tista' l-Ministru tgħid kemm kienu dawk li bbenefikaw mill-għajnuna supplimentari fis-snin 2004 sa 2009 separatament u tilfu din l-għajnuna minħabba fiż-żieda tal-għoli tal-ħajja? Kemm kienet ukoll is-somma li ffranka l-Gvern f'dawn is-snin separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 18821 fejn l-Ministru talbitni nispeċifika għal liema kodiċi ta’ etika ta’ Public Broadcasting Services, kont qiegħed nirreferi fil-mistoqsija tiegħi, jfissirx dan li hemm aktar minn kodiċi ta’ etika wieħed li jezisti fi ħdan il-Public Broadcasting Services jew inkella li ma jeżisti l-ebda wieħed? Tista' għaldaqstant tinforma lill-Kamra kemm-il kodiċi ta’ etika għandha l-Public Broadcasting Services u tagħti lill-Kamra lista u kopji tagħhom u jekk sadanittant, min-naħa l-oħra jirriżulta li m'għandha ebda kodiċi ta’ etika, jgħidilna dan ċar u tond?
Kemm-il darba jeżisti kodiċi ta’ etika għall-Public Broadcasting Services jew aktar minn wieħed tista' tgħid min huwa responsabbli għall-ħarsien sħiħ tiegħu/tagħhom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-kodiċi ta’ Etika li għandha l-PBS huma:
Kodiċi ta’ Etikà għall–Ġurnalisti tal-PBS; u l-
Kodiċi ta’ Etikà Dwar Programmi, Sponsorships u Reklamar.
Il-persuni responsabbli huma iċ-Chief Executive Officer u l-Manaġer konċernat.
Qegħda npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Kodiċi ta’ Etikà hawn fuq imsemmija.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 16347, peress li l-applikant ilu li applika għall-għajnuna mill-istess awtorità u anke saret spezzjoni mill-ħaddiema, tista' l-Ministru tara li jittieħdu l-passi meħtieġa qabel ma ssir xi disgrazzja?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Kif diġa’ ingħad fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 16347, l-Awtorità tad-Djar m’għandiex applikazzjoni pendenti f’isem il-persuna msemmija jew mill-indirizz indikat. Barra minn hekk, peress li r-residenza li jgħix fiha l-persuna kkonċernata hija proprjetà mikrija mingħand il-privat, xogħlijiet relatati ma’ struttura perikoluża huma responsabbiltà assoluta ta’ sid il-kera u l-kerrej għandu javviċina lis-sid sabiex jitneħħa dan il-periklu. F’każ li s-sid ma jkunx f’pożizzjoni finanzjara li jagħmel it-tiswijiet neċessarji, l-Awtorità tad-Djar għandha skema fejn tgħin finanzjarjament lis-sid sabiex jirrimedja l-problema tal-periklu. L-Onor. Interpellant jista’ jagħżel li jgħarraf lill-inkwilin b’din l-informazzjoni.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm każijiet quddiem il-qrati ta’ nisa u rġiel li sfaw maqtula fi sfond tad-definizzjoni ta’ vjolenza domestika skont il-liġi, mis-sena 2000 sa Ġunju 2010, sena b’sena.
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob l-Onor. Interpellant tagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat, f’dan il-każ il-Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern.
Tista' l-Ministru tinvestiga l-problema ta' din is-single mother li d-dettalji qed jintbagħtu separatament li tgħix f'appartament tal-Gvern u applikat taħt skema I? Peress li din il-persuna ingħatat ammont baxx ta' sussidju għall-irranġar ta' dan l-appartament li jinsab fi stat diżastruż fejn minkejja li bagħtet stimi tal-kuntrattur privat jidher ċar li l-ammont li ngħata mill-Awtorità huwa baxx ħafna u peress li din il-persuna m'għandix il-mezzi finanzjarji biex tagħmel dan ix-xogħol hi minħabba li tgħix fuq l-għajnuna soċjali u għandha tifla taħt il-kura, tista' l-Ministru tikkunsidra mill-ġdid dan il-każ soċjali minħabba li jidher ċar li din il-familja għandha bżonn din l-għajnuna?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-applikazzjoni tal-applikanta msemmija tikkwalifika għall-massimu tal-għotja taħt l-iskema ‘I’ li hija, dik ta’ €4000.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien l-ammont ta’ flus li ngħataw lill-PBS għall-produzzjoni tal-programmi li jaqgħu taħt il-Public Service Obligation bejn Ottubru 2009 sa Awwissu 2010?
Tista’ tagħti d-dettalji ta’ kif dawn tqassmu skont il-lista tat-tipi tal-programmi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Hekk kif ikun iffinalizzat l-awdittjar fuq kif tqassmet il-kontribuzzjoni tal-Gvern għall-programmi ta’ servizz pubbliku għall-programmi ta’ servizz pubbliku għas-sena 2009/10, tiġi ppublikata l-lista tal-programmi li bbenefikaw, bil-kontribuzzjoni ndividwali, ġeneru b’ġeneru.
Tista' l-Ministru tgħid jekk pajjiżna huwiex eleġibbli li jipparteċipa fl-inizjattiva Programme for International Student Assessment (PISA) imnedija mill-OECD fejn isir stħarriġ dwar l-istati tal-edukazzjoni ta' żgħażagħ ta' 15-il sena f'pajjiżi industrijalizzati?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Malta tista’, bħal pajjiżi oħra, tagħmel talba formali lill-OECD biex tipparteċipa fl-inizjattiva Programme for International Student Assessment (PISA) imnedija mill-OECD. Fil-fatt Malta ma tmien (8) pajjiżi oħra għamlet talba formali biex tipparteċipa f’PISA 2009 Plus. PISA 2009 Plus huwa repetizzjoni tal-PISA 2009 għall-dawk il-pajjizi li ma laħqux japplikaw għall-PISA 2009. Din it-talba ġiet aċċettata u l-istħarriġ prinċipali (“main survey)” sar f’Marzu tal-2010 mal-istudenti li kienu jattendu l-ħames klassi tal-iskejjel sekondarji f’Malta u Għawdex. Ir-riżultati mistennija jiġu ippublikati f’Diċembru tal-2011.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hija twila l-waiting list biex tagħmel kull test li huwa meħtieġ qabel ma tiġi deċiza jekk tifel għandux bżonn facilitator jew le?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Assessment tat-tfal ma jsirx mill-iStatementing Moderating Panel imma minn professjonisti li jinsabu fiċ-Child Development Assessment Unit (CDAU) jew entitajiet oħra fid-Diviżjoni tas-Saħħa. It-tfal jiġu quddiem l-iStatementing Moderating Panel wara li jkunu saru t-testijiet meħtieġa.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm facilitators jaħdmu mad-Dipartiment tal-Edukazzjoni u kemm kien hemm fil-waiting list għal dan is-servizz f'Mejju 2010?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Bħalissa hemm elf mitejn sebgħa u sebgħin (1,277) Learning Supply Assistants u Supply LSAs jaħdmu mad-Direttorat għal Servizzi Edukattivi. Dan in-numru ma jinkludix Supply/LSAs li qegħdin fuq xi forma ta’ unpaid leave. Bħalissa hemm tlieta u sebgħin (73) fuq unpaid leave (Parental Responsibility etc.).
L-ammont ta’ tfal fl-iskejjel tal-Istat li għadhom fuq il-waiting list huwa ta’ ħames mija u wieħed u disgħin (591). Il-parti l-kbira ta’ dawn it-tfal ma għandhom l-ebda diżabilita’ u diġa’ qed jibbenifikaw mis-servizzi li hemm fl-iskejjel.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm tfal u kemm kienet l-età tat-tfal li kienu identifikati li huma slow learners/ li għandhom slow concentration span matul is-sena 2009?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fl-2009 b’kollox kien hemm 38 tifel u tifla bejn l-eta ta’ 5 snin u 14 il-sena bi problemi ta’ “Slow Concentration / slow learners”.
Tista' l-Ministru tgħid kemm huwa twil iż-żmien minn meta jibda il-proċess biex jivverifika jekk it-tfal għandhomx bżonn facilitator jew le, sa meta fl-aħħar it-tfal jagħtuhom facilitator? Veru li dan il-proċess idum iktar minn sentejn? Veru allura li dawn it-tfal li jkollhom bżonn għajnuna speċjali qed idumu sentejn u iktar biex jieħdu dan is-servizz?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Tfal b’diżabilita’ jiġu quddiem l-iStatementing Moderating Panel skond in-numru ta’ applikanti fil-lista tar-reġistrazzjoni. It-tfal l-oħra li ma għandhomx diżabilita’ jissejħu quddiem il-Panel skond il-lista tar-reġistrazzjoni imma ma jingħatawx priorita’ għaliex dawn it-tfal diġa jieħdu s-servizz tal-Learning Support Assistant jew servizzi oħra li jingħataw lit-tfal b’diffikultajiet fit-tagħlim.
Tista' l-Ministru tara li l-Awtorità tad-Djar tgħin mara xebba li dettalji tagħha qed jingħataw separatament, li wara li applikat biex tieħu għajnuna minn waħda mill-iskemi, l-istess awtorità ma tathiex il-flus meħtieġa b'konsegwenza li l-kuntrattur mhux se jkompli jaħdem fil-fond imsemmi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita’ tad-Djar approvat l-applikazzjoni tas-Sinjura kif ukoll l-għotja fuq ix-xogħlijiet kollha mitluba minnha. Permezz ta’ ftehim datat 26/2/2010, l-Awtorita’ tad-Djar obbligat ruħha li tħallas is-somma ta’ €4,631.26 għax-xogħlijiet mitluba mis-Sinjura. Il-ħlas ikun jista’ jsir wara li s-Sinjura tibgħat l-irċevuti fiskali tax-xogħlijiet kollha meta dawn jitlestew. L-Awtorita’ tad-Djar imbagħad tagħmel spezzjoni fil-post sabiex jiġi kkonfermat li x-xogħol sar, u eventwalment joħroġ il-pagament. Għalhekk mhux il-fatt li l-Awtorita’ tad-Djar ma tagħtx il-flus meħtieġa lis-Sinjura kif qiegħed jingħad fil-mistoqsija.
proġett propost tal-ground tal-football Pace Grazzo
Question
Tista' l-Ministru jgħid jekk il-proġett propost ftit tas-snin ilu fuq is-sit tal-ground tal-football Pace Grazzo, Paola huwiex se jsir jew le? Jekk iva, meta mistenni jibda u kemm se jiġi jiswa? Tista' tpoġġi l-pjanti proposti fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar liema se jkunu dawk il-korsijiet ġodda li se jiġu organizzati mill-MCAST għas-sena skolastika 2010-2011 jew fis-snin ta' wara sa fejn huma diġà ppjanati?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid meta se jiġu msejħa dawk l-applikanti li ġew interviewed f'Marzu 2010 għall-post ta' kindergarten assistent 2? Tista' tgħid kemm se jiġu impjegati minn dawk li ġew interviewed u meta se jidħlu fl-impjieg?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Wieħed irid jistenna sakemm jintemm l-eżercizzju tal-
Classification
li jsir matul ix-xhur tas-Sajf. Malli jitlesta dan l-eżercizzju wieħed ikun jaf kemm hemm bżonn jiġu impjegati. Dawn li jissejħu jiġu impjegati fil-bidu tas-sena skolastika 2010/2011.
Tista' l-Ministru tgħid fejn jistgħu jirrikorru għalliema li jħossu li qed issir diskriminazzjoni magħhom? Teżisti xi unit fl-istess dipartiment? Tista' tgħid fejn jistgħu jiċċekkjaw d-drittijiet tagħhom bħala għalliema? Tista' tgħid jekk id-deċizjonijiet li jieħu kap ta' skola jistgħux ikunu riveduti minn xi awtorità ikbar minnu, jew dak li jiddeċiedi dan il-kap isir?
Response (CRISTINA, DOLORES)
F'kull Kulleġġ hemm Prinċipal u l-għalliema li ma jaqblux ma xi deċiżjoni tal-kap tal-iskola jistgħu dejjem iresqu l-każ tagħhom għand il-Prinċipal. Id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi għandu wkoll Customer Care and Staff Support Section fejn wieħed isib numru ta' customer care officers, kif ukoll żewġ counsellors li jagħtu appoġġ lill-ħaddiema fl-iskejjel. Impjegat tad-Direttorat jista' dejjem jirrikorri għand il-Customer Care and Staff Support Section biex jara x'inhuma d-drittijiet tiegħu/tagħha. Jekk wieħed għandu xi ilment dwar deċiżjoni li ħa xi Kap ta' Skola, għandu jkellem lill-Prinċipal jew javviċina lill-Customer Care. Kull każ ikun indirizzat u l-persuna tingħata feedback.
Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx full complement fid-Dipartiment tal-Edukazzjoni? F'liema livelli u ta' liema suġġetti fadal vakanzi ta' għalliema?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Bħalissa m’hemm l-ebda nuqqas ta’ għalliema fl-iskejjel primarji u sekondarji ħlief għal għalliema fi skola primarja li ħarġet fuq sick leave.
Il-vakanzi li kien hemm matul is-sena skolastika imtlew b’għalliema
supply
fejn ma nstabux għalliema regolari.
Is-suġġetti li għalihom ġew ingaġġati għalliema
supply
huma:
Primary
Sociology
SOK
Physics
English
Biology
Spanish
Italian
Maths
PE
Music
PSD
Computer Studies
ICT
Chemistry
Philosophy
HE
Maltese
Integrated Science
Textile Studies
Russian
Design & Technology (F&T)
Art
Tista' l-Ministru tgħid xi pjanijiet għandu d-Dipartiment tal-Edukazzjoni dwar studenti ġodda li jixtiequ jsiru għalliema fid-dawl li l-popolazzjoni tat-tfal huwa stmat li tista' tonqos u allura n-numru ta' għalliema meħtieġa kulma jmur jista' jonqos?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Id-Direttorati Edukattivi għandhom kuntatt tajjeb mal-Fakulta tal-Edukazzjoni u jgħaddu informazzjoni dwar il-progezzjonijiet ta' vakanzi li jista' jkun hemm fil-futur. L-Universita’ tikkonsidra dan meta tkun qed tagħmel xi 'capping' għal xi suġġetti partikolari. Imma l-istudenti dejjem ħielsa li jagħżlu huma liema suġġetti jixtiequ jgħallmu. F'ħafna suġġetti għad hemm bżonn għalliema. Id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi qed isaħħaħ is-servizz ta' Career Guidance sabiex kull informazzjoni titwassal lill-istudenti. Pero imbagħad l-għażla hija f'idejn l-istudent. Is-sejħa ta' applikazzjoni għall-għalliema hija pjuttost wiesgħa fl-eliġibilta’ u għalhekk studenti li ma jintgħażlux għas-suġġett tagħhom jista' jkollhom opportunita’ jgħallmu xi ħaġa oħra jekk għandhom il-kwalifiki rikjesti.
Tista' l-Ministru tgħid kemm jdum il-proċess kollu sabiex tifel/tifla tiġi iċċertifikata li tikkwalifika għall-għajnuna ta' facilitator ġewwa l-klassi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Dawk it-tfal li għandhom diżabilita’ jiġu quddiem l-iStatementing Moderating Panel fl-aqsar żmien possibli skont in-numru ta’ applikanti. Kif il-Panel jirrakomanda għajnuna ta’ Learning Support Assistant (LSA) il-proċess ma jieħux aktar minn ġimgħatejn biex l-għajnuna tingħata.