Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħabsijiet ċivili — Rapport preliminari

Question

Jista' l-Ministru jgħid hekk hemmx intenzjoni li r-rapport preliminari dwar il-ħabsijiet ċivili jiġi aċċessibbli għall-pubbliku?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Nitlob lill-Onor Interpellant ikun aktar speċifiku fil-mistoqsija tiegħu dwar liema rapport qed jirreferi għalih.

Bord tal-viżitaturi tal-ħabs

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu jew le, li l-Bord tal-Viżitaturi tal-Ħabs fil-fatt irriżenja? Jekk fl-affermattiv, minn meta ġiet effettiva din ir-riżenja? Jekk saret din ir-riżenja, x'kienet/kienu ir-raġuni/jiet wara tali riżenja?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Nixtieq ninforma lill-Onor Interpellant li qed jiġi ffinalizzat il-proċess biex jinhatar Board tal-Viżitaturi ġdid wara li l-membri ta’ qabel ikunu ressqu uffiċjalment l-offerta tagħhom ta’ riżenja, bħal ma jsir fil-bidu ta’ kull leġislatura ġdida. Ninsab infurmat li s'issa kien biss ic-Chairman ta’ qabel li ressaq ir-riżenja tiegħu ftit taż-żmien ilu, minħabba xi deciżjonijiet meħudha mill-amministrazzjoni tal-Faċilita’ Korrettiva.

Qorti tal-Maġistrati — Inkjesti pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid lil min ġew assenjati l-inkjesti li kienu għadhom pendenti f'Għawdex u kundotti mill-Magistrati Carrol Peralta, Dennis Montebello u Tonio Micallef Trigona? F’dan is-sens jista’ jgħid kemm kien hemm inkjesti pendenti maġistrat b’maġistrat u kemm ġew konklużi minnhom illum maġistrat b’maġistrat?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

L-inkjesti li kienu ghadhom pendenti quddiem il-Magistrat Carol Peralta u l-Magistrat Dennis Montebello inqassmu wgalment bejn il-Magistrat Paul Coppini u l-Magistrat Anthony Ellul ricentement u ghadhom ma gewx konkluzi. Dwar il-Magistrat Tonio Micallef Trigona, l-inkjesti li kienu assenjati lilu meta kien ghadu Magistrat Ghawdex dan ghadu qed jaghmilhom hu u ghadhom ma gewx konluzi. L-ammont ta’ inkjesti pendenti mill-Magistrat Tonio Micallef Trigona huwa ta' 41.

Qrati t'Għawdex — Kawżi ċivili

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew konklużi kawżi ċivili kemm ta’ kompetenza inferjuri kif ukoll superjuri fil-Qrati t’Għawdex maġistrat b’maġistrat u jagħti dettalji għas-snin 2004, 2005, 2006 u 2007?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant fuq il-mejda tal-Kamra.

Ċentru ta' l-Arbitraġġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew riferuti każi għaċ-Ċentru ta’ l-Arbitragg (u jindika dawk furzati u dawk volontarji) minn Għawdex matul is-snin 2004, 2005, 2006 u 2007?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li matul is-snin 2004, 2005, 2006 u 2007, tressqu 91 każ ghal-arbitraġġ fiċ-Ċentru Malti ta’ l-Arbitraġġ li fihom kienu involut parti jew partijiet Għawdxin. Dawn kienu maqsuma kif ġej: 89 kaz Mandatarju u 2 kazi Volontarji.

Qorti t'Għawdex — Kawżi pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jindika kemm hemm kawzi: a) ta’ natura ċivili superjuri; u b) inferjuri; li ilhom pendenti għal aktar minn ħames snin fil-Qorti t’Għawdex u jindika l-maġistrati partikolari quddiem min qed jinstemgħu?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li l-kawżi superjuri u inferjuri li ilhom pendenti għal aktar minn ħames (5) snin u ċioe’ mit-30 ta’ Ġunju 2003 b’riferenza għat-30 ta’ Ġunju 2008 huma kif ġej hawn taħt:- Mag. P Coppini Mag. A Ellul Mag A Micallef Trigona Superjuri (Ċivili – Ġenerali u Familja) 325 60 13 Inferjuri Ċivili 52 4 6 TOTAL 377 64 19 Dawn il-figuri jinkludu kawżi li huma pendenti sine die.

Qorti tal-maġistrati — Kawżi pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm kawżi pendenti quddiem il-Qorti tal-Magistrati (Għawdex) sede Inferjuri u sede Superjuri? Min huma l-maġistrati li lilhom ġew assenjati dawn il-kawżi maġistrat b’maġistrat? Jista’ jgħid kemm ġew deċiżi kawżi ċivili mill-Qorti tal-Magistrati t’Għawdex għas-snin 2004, 2005, 2006 u 2007?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant fuq il-mejda tal-Kamra.

Ċentru ta' l-Arbitraġġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew riferuti każi miċ-Ċentru ta’ l-Arbitraġġ għas-snin 2003, 2004, 2005, 2006 u 2007? Jista’ jgħid sena b’sena kemm minn dawn kienu arbitraġġi sfurzati u kemm le? Jista’ jgħid kemm sewa dan iċ-Ċentru ta’ l-Arbitraġġ għall-istess snin?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari tingħata f'seduta oħra.

Immigranti Illegali li jgħixu Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn immigranti illegali jgħixu Malta illum? Fejn qed ikunu alloġġjati?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li bħalissa hawn total ta' 1296 immigrant irregolari li qed jgħixu fiċ-ċentri ta' detenzjoni. Dawn huma maqsuma hekk : 645 fic-centru ta' Ħal Safi, 582 ġewwa Ħal Far u 69 fiċ-ċentru ta' Kandja.

Prostituzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu persuni jitlajjaw għal skopijiet ta' prostituzzjoni din is-sena? Fejn inqabdu?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena kien hemm 27 persuna li bejniethom tressqu l-Qorti 49 darba fuq akkużi ta’ tlajjar għal skop ta’ prostituzzjoni fil-Gżira, Msida u l-Marsa.

Attakki indiċenti u attentati ta' stupru

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irrappurtati każi ta' attakki indiċenti u attentati ta' stupru u stupri din is-sena? Fejn saru dawn ir-reati?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena gew irrapurtati lill-Pulizija 22 każ li jinkwadraw taħt xi wieħed mir-reati imsemmija mill-Onorevoli Interpellant, f’diversi lokalitajiet fosthom l-Isla, Msida, Sliema, Marsa, Rabat, M’scala, Żabbar, Ta’ Xbiex, Zejtun, San Pawl il-Baħar, Buġibba, San Ġiljan, Fgura, Balzan, Żebbuġ, San Ġwann u l-Qawra

Serq ta' mobile phones

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm insterqu mobile phones din is-sena u fejn?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li matul l-ewwel sitt xhur ta' din is-sena ġew irrappurtati lill-Pulizija li nsterqu 622 mobile phones minn diversi lokalitajiet.

Kawżi ta' separazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid sena b'sena mis-sena 2000 sal-2007, kemm ġew ippreżentati kawżi ta' separazzjoni quddiem l-Qrati? Kemm minnhom ġew deċiżi kull sena u kemm ġew irtirati? Jista' jagħti wkoll in-numru ta' kawżi li ġew ippreżentati fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

L-inforamazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qegħdha fuq il-mejda tal-Kamra.

Tipjip f'postijiet ta' Divertiment

Question

Wara li dehru diversi ittri fil-gazzetti f'dawn l-aħħar ġimgħat fejn ilmentaw mill-fatt li qed isir tipjip f'diversi postijiet ta' divertiment bħalma huma bars, night clubs, ristoranti, etc, jista' l-Ministru jordna li jsiru aktar spezzjonijiet spissi biex il-liġi tiġi rispettata? Jista' jgħid kemm inqabdu jpejpu f'dawn il-postijiet fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena u f'liema lokalitajiet kienu? Ittieħdu passi kontra s-sidien ta' dawn il-postijiet tad-divertiment?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab konvint li l-Pulizija ga qed taghmel il-parti taghha sabiex trazzan dan l-abbuz. Fil-fatt, ninsab infurmat illi matul l-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena kien hemm 1,081 li nqabdu mill-pulizija jpejpu f’bars, ristoranti, jew nightclubs f’diversi lokalitajiet. Minn l-investigazzjonijiet li saru ma rrizultax li kien hemm kazi fejn kien hemm xi ksur tar-regolamenti da parti tas-sidien ta’ dawn l-istabbilimenti”.

Annulamenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw annullamenti mill-qrati Maltin, sena b'sena mis-sena 2000 sal-lum?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqeighed fuq il-mejda tal-Kamra tabelli bl-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant. Nixtieq inżid illi l-informazzjoni fit-tabelli ma tindikax kemm minn dawn il-kawżi ġew milqugħa. Din l-informazzjoni tista' tinkiseb mir-Reġistru Pubbliku li ma jaqax taħt id-dekasteru tiegħi.

Piena ta' għomor il-ħabs

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nies li attwalment qed jiskontaw piena ta' għomorhom il-ħabs u kemm minn dawn il-kawżi għadhom sub judice quddiem il-Qorti ta' l-Appell?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari nru 1262.

Maħfriet presidenzjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw maħfriet presidenzjali sena b'sena mill-2003 u jagħti d-dettalji dwarhom?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li maħfriet Presidenzjali li ngħataw huma kif ġej:- 2003 2004 2005 2006 2007 2008 (sat-30 ta' Ġunju) 30 60 96 56 76 21

Faċilita' Korrettiva ta' Kordin — Priġunieri

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm priġunieri miżmuma fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin taħt arrest preventiv? Jista' jgħid ukoll kemm minn dawn il-priġunieri huma ta' nisel barrani u jagħti d-dettalji tagħhom?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għal-mistoqsija parlamentari nru 1262.

Protezzjoni Ċivili — Dejn

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa d-dejn li d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili għandu ma' l-Enemalta u WSC?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili m' għandu ebda dejn mal-entitajiet imsemmija mill-Onorevoli Interpellant. Hemm kont partikolari maħruġ fir-rigward tal-Fire Stationtax-Xemxija. Peress li qed jiġi kkontestat billi jidher li huwa żbaljat.

Alkoħol f'postijiet projbiti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu persuni jixorbu alkoħol ġo postijiet projbiti? Jekk inqabdu, fejn?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi m'hemm l-ebda liġi jew regolamenti li jipprojbixxu l-konsum ta' alkoħol f'postijiet partikolari.