Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħal Tarxien – Proġett ta’ riġenerazzjoni tal-pjazza u z-zuntier quddiem il-Knisja Parrokkjali

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9428 jista’ l-Ministru jgħid jekk il-pjanijiet għar-riġenerazzjoni tal-Pjazza ta’ Ħal Tarxien humiex lesti u meta huwa previst li ser jinbeda x-xogħol?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dettalji tad-disinn tal-proġett qed jiġu finalizzati u qed jiġi ppreparat il-pakkett għas-sejħa għall-offerti u huwa ippjanat li din tiġi ppubblikata fix-xhur li ġejjin.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħljiet Pubbliċi — Bordijiet ta’ entitajiet, aġenziji u awtoritajiet – Membri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk fuq il-bordijiet ta’ entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu hemmx membri appuntati li jokkupaw il-kariga ta’ Segretarju Permanenti jew Segretarju Permanenti Ewlieni? Jista’ jgħid min huma dawn il-persuni u kemm jitħallsu, inklużi l-perkaċċi varji u fuq liema Bord iservu?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’hemmx membri appuntati li jokkupaw il-kariga ta’ Segretarju Permanenti jew Segretarju Permanenti Ewlieni fil-bordijiet ta’ entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt dan il-Ministeru.

Personalised jew communal parking bays – Proċedura għat-tneħħija

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-proċedura biex personalised jew communal parking bay titneħħa wara li dan il-parkeġġ ma jibqax użu għalih pereżempju minħabba li l-persuna b'diżabilità ma tkunx għadha toqgħod hemmhekk jew inkella tkun mietet?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16363.

Siġġiewi — Disabled Parking

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk id-Disabled Blue Box li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ġietx approvata minn Transport Malta? Jekk iva, jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-approvazzjoni inkluż id-data? Jekk le, x'azzjoni ser tkun qed tittieħed mil-awtorità responsabbli?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lil Onor Interpellant li ninsab infurmat li għaddej komunikat bejn l awtorità u l- Kunsill Lokali.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħljiet Pubbliċi — Deputati tal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 16001, 16631 u 17328 u jgħid min kien/kienu d-Deputati tal-Gvern li minn April 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kienu/huma jagħmlu parti min xi kumitati, panels u bordijiet fejn il-Gvern għandu b'xi mod interess minoritarju jew maġġoritarju, fid-dekasteru li għalih hu responsabbli u jekk hemm persuni identifikati, jiġi indikat fejn kienu/qiegħdin iservu, il-kariga li kienu/li qed jokkupaw, id-data tal-ingaġġ ta' dawn il-persuni, id-data sakemm baqgħu ngaġġati dawn il-persuni, b'liema mod kienu impjegati (jekk hux b’sejħa pubblika, minn Ministru eċċ.) u kemm kien/hu l-pakkett finanzjarju/honoraria tagħhom? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-attendenza tax-xogħol tagħhom, ta’ kemm-il darba attendew fil-kumitat/bord/panels u kemm tħallsu jekk jitħallsu per sitting u l-ammont li tħallsu annwali?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub jinsab fit-tabella ta’ hawn taħt. Isem Bidu Tmiem Nomina Christopher Agius 12.07.2023 To date Chairperson

Rotta numru 82

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux ser ikun hemm aktar tibdil fir-rotta numru 82 u din hux ser tkompli tgħaddi minn Triq Ta' Feliċjan? F'każ illi iva, jista' jgħid x'inhuma l-miżuri li ser jittieħdu sabiex il-vetturi tat-trasport pubbliku ma jibqħux jeħlu f'diversi partijiet tar-rotta u ma jibqgħux ikunu ta' periklu għal min ikun qed juża l-bankina jew joħroġ il-karozza mid-drive-in?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi wara taħditiet li saru bejn Transport Malta u l-Kunsill Lokali ta Bir¿ebbuġa, intlaħaq qbil fejn ir-rotta 82 ser tkun qiegħda tinqasam fi tnejn. § Ir-rotta 82 ser tkun qiegħda sservi r-rotta kif kienet qabel it-tibdil li seħħ dan l-aħħar, billi topera bi frekwenza ta’ erbgħa vjaġġi fis-siegħa (ħinijiet kunsidrati peak ). § Ir-rotta 82A ser tkun qiegħda tgħaddi hekk kif ġiet modifikata reċentement, li ser tkun qiegħda topera kull siegħa. Għaldaqstant it-traġitt tal-karozzi tal-linja f’Triq Feliċjan ser ikun qiegħed jitnaqqas minn ħames vjaġġi fis-siegħa għal vjaġġ wieħed. Qabel ma kien sar dan it-tibdil kienu saru provi permezz ta’ karozza tal-linja u din ma’ kienet sabet ebda diffikultà sabiex timmanuvra.

Birkirkara — Triq Tumas Fenech - Sprall

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk Infrastructure Malta (IM) jew Transport Malta (TM) humiex inkarigati mill-isprall li jinsab jaqsam Triq Tumas Fenech f'Birkirkara (quddiem iċ-Ċentru Ċiviku) u jekk le, jista’ jgħid jekk huwiex il-Kunsill inkarigat minn dan?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Triq il-Marsa bejn il-Korsa tal-Golf u l-Għammieri — Periklu

Question

Jista' l-Ministru jara li jitneħħa l-periklu serju li hemm fi Triq il-Marsa bejn il-Korsa tal-Golf u l-Għammieri, fejn hemm siġar ħerġin ’il barra miċ-ċint li qed iġiegħlu vetturi kbar inkluż vetturi tat-trasport pubbliku biex isuqu f'nofs ta' triq u jaqbżu l-marki tal-karreġġjati, b'periklu għall-vetturi ġejjin mid-direzzjoni opposta? Jista' jinnotifika lill-Ministru responsabbli mis-sigurtà fit-toroq biex jieħu azzjoni immedjata?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rakkomandazzjoni ġiet innutata u li se ssir spezzjoni.

Wied iż-Żurrieq — Multi-level parking

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15717, jista’ l-Ministru jagħti garanzija lil kull min għandu ħanut kummerċjali f’Wied iż-Żurrieq kif ukoll lil eluf ta' turisti u Maltin li jżuru Wied iż-Żurrieq, illi x-xogħol fuq il-pjanti neċessarji inklużi investigazzjonijiet ser jibdew mill-aktar fis possibli fid-dawl li s-suġġeriment ta' multi-level parking f’Wied iż-Żurrieq ilu jsir għal dawn l-aħħar għaxar snin u l-Gvern baqa’ jevita li jikkommeti ruħu li jinvestiga bis-serjetà l-probabbiltà ta’ bini ta' multi-level parking f’Wied iż-Żurrieq, fl-istess post fejn illum hemm il-parkeġġ?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15717.

Toroq — Xogħlijiet

Question

Fid-dawl li toroq li jkun għadu kemm sarilhom wiċċ ta' tarmak ġdid qegħdin jerġgħu jinqalgħu mill-ġdid biex jgħaddu servizzi minn taħt l-art, jista’ l-Ministru jgħid jekk is-sistema elettronika tal-permessi li għandha Transport Malta li ssemmiet fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15719, li suppost tippermetti notifika lill-entitajiet kollha kkonċernati meta jkun ser isir xogħol fit-toroq, mhux ikollha riżultati kif mixtieq u għalhekk din is-sistema għandha tiġi riveduta mill-iktar fis possibbli? Jista’ jgħid ukoll jekk jekk hemmx bżonn urġenti li ssir koordinazzjoni aħjar ta' kull tip ta' xogħol fit-toroq, kemm biex ma jsirux spejjeż żejda kif ukoll biex jitnaqqas l-inkonvenjent ta' trabijiet, toroq magħluqa, garaxxijiet imblukkati, eċċ. għar-residenti li jkunu jgħixu f’dawn t-toroq?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sistema tal-permessi eżistenti tinforma lill-entitajiet kollha ikkonċernati bix-xogħlijiet li jkunu ser isiru minn dik l-entità li tkun qed tapplika għal-permess. L-entitajiet rispettivi jaraw li jekk ikollhom xi xogħol ippjanat minn naħa tagħhom fl-istess toroq jindikaw dan u jressqu il-proposti tagħhom ‘il quddiem sabiex ix-xogħol isir b’koordinament mal-entitajiet l-oħra.

Toroq — Xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15719, peress li fejn ser isiru xogħlijiet ta' trinek f’toroq li ngħataw it-tarmak reċentement, skont l-iStandard Conditions ta’ Category 1 li għamel referenza għalihom fl-istess tweġiba, u r-reinstatement bl-asfalt tat-triq mhux ser ikopri l-wisa’ tat-triq kollha, jista’ l-Ministru jgħid jekk jikkunsidrax li dawn il-kundizzjonijiet jinbidlu biex f’toroq li jkunu għadhom kemm saru bit-tarmak, meta jsiru trinek fihom, ir-reinstatement ikollu jkopri l-wisa’ tat-triq kollha ħalli joħloq deterrent għal min wara ftit żmien li jkun għadu kemm sar wiċċ ġdid ta' tarmak fi triq, imur iħaffer fihom trinek? Jista’ jgħid ukoll x’jista jsir biex jiġi evitat ħela ta' flus il-poplu mit-taxxi li jħallas?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi Transport Malta tiċċirkola l-permessi tax-xogħlijiet proposti għal toroq ġodda sabiex l-entitajiet ikunu kollha nfurmati bihom u kemm jista’ jkun isir ix-xogħol tagħhom qabel ma’ jsir l-asfalt tat-triq. Madankollu, mhux dejjem ikun previst ċertu xogħol, minħabba żviluppi ġodda li jkunu bdew wara li tkun saret it-triq, bħal ħsarat jew drenaġġ privat. Għaldaqstant, qed isir sforz sabiex jiġi evitat tħaffir wara li tkun saret triq ġdida, kif ukoll f’kull każ isir studju dwar fejn għandu jsir ir-reinstatement.

Toroq — Kisi temporanju ta’ wċuħ ta’ trinek

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15720, jista’ l-Ministru jagħti spjega teknika kif konkos, li jipprovdi wiċċ ta' triq riġidu, iservi aktar minn wiċċ temporanju tal-cold asfalt li hu wiċċ ta' triq flessibbli u għalhekk kumplimentari mal-wiċċ tat-triq li hu bit-tarmak, li hu wkoll wiċċ ta' triq flessibbli, peress li wiċċ tal-konkos mhux kompatibbli ma' wiċċ tat-tarmak u kif tagħmel ftit xita jinqala’ mill-ewwel, speċjalment mal-ġonta bejn il-wiċċ tat-tarmak u l-wiċċ tal-konkos u jrendi t-toroq minn fejn ikunu għaddejjin dawn it-trinek perikolużi, aktar u aktar meta l-konkos minħabba r-riġidità tiegħu għandu tendenza li jinqasam bil-piż tal-vetturi?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-differenza fl-użu ta’ konkos b’mod temporanju u l-użu ta’ cold asphalt huwa fil-ħxuna tal-layer rispettiv. Minħabba li l-cold asphalt huwa flessibbli kif qed jgħid tajjeb l-Onorevoli Interpellant, allura ma jkunx jista’ jingħata layer oħxon b’konsegwenza li bix-xita dan il-layer jitlaq malajr. Meta b’mod temporanju jsir il-konkos dan ikun sar bil-fond kollu tat-trinka u għaldaqstant ikun iktar reżistenti.

Toroq — Xogħljiet ta' trinek u tarmac - Unit ta' Koordinament

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15721, jista’ l-Ministru jgħid min huma l-uffiċjali tar-Road Works Permits Unit fi ħdan Transport Malta li qed jaqdu s-segwenti funzjonijiet u l-kwalifiki akkademiċi tagħhom: i. Direttur Tekniku; ii. Direttur Legali; iii. Uffiċjal li joħroġ il-permessi; iv. Uffiċjal li jikkoordina t-traffic management temporanju; v. Uffiċjal għall-permessi tal-emerġenza; vi. Għaxar field officers biex jiċċekkjaw il-kundizzjonijiet tal-permess; u vii. Erba' uffiċjali amministrattivi?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.

Naxxar — Triq Leli Falzon – Problema ta’ għargħar

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15970, jista’ l-Ministru jgħid jekk sarux interventi adegwati biex meta tagħmel ix-xita, parti mir-residenti ta’ Triq Leli Falzon, fin-Naxxar (in-naħa tal-Mitħna tal-Għaqba) ma jkollhomx problema ta’ għargħar mill-ilma li hu magħruf li jgħaddi minn din it-triq?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li Infrastructure Malta qed timplimenta l-proposti kollha mressqa lilha minn entitajiet varji f’din it-triq. Dawn kienu jinkludu il-Kunsill Lokali li pprovda tibdil tad-disinn taż-żona msemmija; l-Korporazzjoni tas-Servizzi tal-Ilma, u l-Enemalta. Ix-xogħol inkluda tħaffir ta’ trinka u tibdil tal-main tad-drenaġġ u t-tappieri; trinek tas-servizzi tal-ilma fuq iż-żewġ naħat fil-konnessjonijiet għad-djar u tibdil ta’ bankini fuq żewġ naħat. Fuq talba tal-Kunsilli Lokali, sar tibdil fil-wesgħat tal-bankini, xogħlijiet ta’ tqegħid ta’ servizzi relatati mad-dawl ta¿-zebra crossings u żoni ta’ planters bil-ħamrija għat-tħawwil propost.

Naxxar u Mosta – Xogħlijiet – Traffic Management

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15969, jista’ l-Ministru jgħid hux konxju mill-problema kontinwa tat-traffiku fin-Naxxar u x’qed isir min-naħa tal-Gvern biex din il-problema tiġi indirizzata?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant għandha tkun infurmata illi fin-Naxxar għaddejjin numru ta’ xogħlijiet relatati mat-titjib fis-sistema ta’ distribuzzjoni tal-Elettriku, li tali xogħol miexi b’ritmu mgħaġġel. Għalkemm kull tip ta’ xogħol fit-toroq joħloq inkonvenjent, speċjalment meta jkun hemm bżonn ta’ devjazzjoni fit-traffiku, qiegħed isir sforz sabiex tali inkonvenjent jitnaqqas bl-aktar mod possibbli.

Ġnien Spinola – Proġett ta’ riġenerazzjoni

Question

B’referenza għall-proġett li kien imħabbar mill-Ministru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika fuq ir-riġenerazzjoni ta’ Ġnien Spinola u l-inħawi u li issa għadda għand Infrastructure Malta, jista’ l-Ministru jagħti update fejn wasal dan il-proġett?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Tas-Sliema — Underground car park – Espressjonijiet ta’ interess

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu espressjonijiet ta’ interess għall-proġett tal-underground car park f’Tas-Sliema, quddiem ix-Xatt? Jista’ jagħti indikazzjoni u dettalji ta’ x’inhuma l-passi li jmiss?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li waqt il-konsultazzjonijiet, saru diversi sottomissjonijiet relatati mas-suq tal-proġett tal-underground car park quddiem ix-xatt f’Tas-Sliema. L-Għan ta’ dan il-proċess huwa biex il-Gvern jissonda l-interess tas-suq fil-Proġett u jiġbor informazzjoni importanti li tgħin lill-Awtorità kontraenti sabiex tieħu l-aħjar deċiżjonijiet biex dan il-proġett ikun jista’ jseħħ.

L-Imqabba – Ħsarat fil-pjazza

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15716 dwar ħsarat f'partijiet mill-Pjazza tal-Imqabba, jista’ l-Ministru jagħti garanzija li kif jiġu rranġati d-difetti fil-grouting ta’ parti minn dan il-proġett, din il-pjazza ma tibqax tbati minn ħsarat sofferti minn ċediment taħt il-piż ta' heavy vehicles li jgħaddu minn din il-pjazza? Jista’ jgħid ukoll jekk dan iċ-ċediment huwiex riżultat ta' difett fil-grouting taċ-ċangatura użata u mhux riżultat tal-kwalità inferjuri tal-materjal użat bejn iċ-ċangatura u s-sodda tal-konkos li hemm taħt iċ-ċangatura?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.

Toroq — Tenders

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 16274 u 16552, u jgħid mit-tenders li nħarġu u ġew awarded fis-sena 2017 biex toroq jinbnew mill-ġdid jew jiġi rranġat l-asfaltar u/jew is-servizzi tat-triq, f’kemm minn dawn inqabeż id-deadline stipulat sakemm tlestew u ġew iffinalizzati x-xogħlijiet, u f’kull każ jgħid b’kemm inqabeż?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-lista ta’ tenders relatati mat-toroq li nharġu fl-2017.

Fgura — Triq il-Karmnu - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16969 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali u jgħid kemm ilu l-Kunsill tal-Fgura jitlob lill-Infrastructure Malta sabiex issir Triq il-Karmnu, fil-Fgura?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta għaddejja bi Pjan ta’ Ħidma maqbul mal-Kunsill Lokali tal-Fgura mqassam fuq is-snin 2023-2025.