Jista’ l-Ministru jgħid kemm flus mill-kannabis medika ġew iċċarġjati lill-Awtorità Maltija dwar il-Mediċini fl-2023 u fl-2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li d-dħul tal-Awtorità dwar il-Mediċini relatat mar-regolamentazzjoni tal-prodotti tal-kannabis għall-użu mediċinali mill-2023 jammonta għal €400,050.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex l-uniku lift fiċ-Child Development Assessment Unit (CDAU) mhux jaħdem? Jista’ jara li din il-problema tiġi ttrattata b’urġenża peress li diversi ġenituri qed jispiċċaw iġorru t-tfal tagħhom erba’ sulari taraġ?
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser ikun lest iċ-Ċentru tas-Saħħa, Rabat?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li huwa ippjanat li ċ-Ċentru tas-Saħħa tar-Rabat se jerġa’ jibda jilqa’ l-pazjenti lejn l-aħħar tal-Q4-2024. Sadanittant ir-residenti qegħdin jinqdew miċ-Ċentri tas-Saħħa ta’ Ħal Qormi u ta’ B’Kara kif elenkat fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 19452.
Jista’ l-Ministru jgħid fejn qed isiru l-appuntamenti li ġew imċaqalqa miċ-Ċentru tas-Saħħa Rabat u x’ħinijiet qed jingħataw għal dawn l-appuntamenti?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li dawk li kienu qed jagħmlu użu mis-servizzi offruti miċ-Ċentru tas-Saħħa tar-Rabat issa qed jinqdew miċ-Ċentri tas-Saħħa ta’ Ħal Qormi u ta’ B’Kara. Aktar informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Residenza San Vinċenz de Paul — Dementia Activity Centre - Tnaqqis fis-sigħat
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-familjari tal-anzjani li jattendu d-Dementia Activity Centre fir-Residenza San Vinċenz de Paul humiex jintalbu biex il-membru tal-familja tagħhom li jbati mid-dimensja, jitnaqqsulu s-sigħat li fih jattendi dan iċ-Ċentru ? Jista’ jgħid għaliex qed issir din it-talba lill-familja u x’qiegħed isir biex dawn is-sigħat ma jitnaqqsux biex il-membri tal-familja jkunu jistgħu jmorru għax-xogħol rashom mistrieħa li l-membru tal-familja li jbati mid-dimensja, ikun qiegħed f’dan iċ-Ċentru?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jinfetħu aktar ċentri tad-dimensja? Jista’ jgħid fejn huma l-postijiet ippjanati li jinfetħu?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed isir ix-xogħol meħtieġ biex jinfetaħ ċentru ġdid għall-persuni bid-dimensja, fir-reġjun tal-port tat-Tramuntana.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-problema ta’ nuqqas ta’ nappies/pullups għall-anzjani ġietx solvuta? Jista’ jgħid jekk il-kuntrattur huwiex qiegħed jiġi ppenalizzat għan-nuqqas tiegħu li jipprovdi dawn in-nappies/pullups? Jista’ jgħid ukoll xi pjanijiet għandu biex jara li jkun hawn biżżejjed nappies/pullups għall-anzjani li jeħtieġuhom?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li L-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità tinsab infurmata li l-kuntrattur ġab il-provvista tal-prodotti ta’ kontinenza u dawn se jkunu qed jitqassmu lill-benefiċjarji fil-jiem li ġejjin.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex l-anzjana li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, ilha rikoverata fl-Isptar Karin Grech minn Diċembru 2022 tistenna sodda f’dar tal-anzjani? Jista’ l-Ministru jara li din l-anzjana tingħata prijorità u sodda f’dar tal-anzjani minnufih peress li dan id-dewmien kollu qed ikun ta’ detriment għas-saħħa fiżika kif ukoll mentali tal-istess anzjana?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-pazjenta li qegħda ssir referenza għaliha, ġiet offruta li tmur San Vincenz. Infurmat li l-pazjenta rrifjutat li tmur. Dan l-aħħar reġa’ sar assesjar u ġie konkluż li tista’ tmur f’waħda mid-djar amministrati minn Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità. Il-pazjenta se tiġi trasferita fil-futur qrib.
Sptar Mater Dei — Iċċekkjar ta stocks tal-mediċina - Marzu 2024
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba matul ix-xahar ta’ Marzu 2024, l-ispiżjara tal-Isptar Mater Dei żaru l-wards biex jiċċekkjaw l-istocks tal-mediċina u jekk kenux se jiskadu jew le?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jipproduċi lista ta’ job titles u karigi, flimkien mal-ammont f’kull kariga, li kienu mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u li nħarġet sejħa pubblika biex jiġu ingaġġati mal-Gvern?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.
Sptar Karin Grech — Ingaġġ ta’ clerks u support clerks - Kwalifiki
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-kwalifiki minimi biex wieħed jiġi ingaġġat bħala clerk u support clerk fl-Isptar Karin Grech?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li s-sejħiet tal-General Service li jinkludu skrivana huma dawk stabbilit mill-ftehim settorali bejn il-Gvern u żewġ unions konċernati.
Sptar Karin Grech — Physiotherapists u Occupational therapists
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm suppost hemm physiotherapists u occupational therapists, rispettivament, fl-Isptar Karin Grech? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm preżentament, physiotherapists u occupational therapists rispettivament, fl-Isptar Karin Grech u kemm minn dawn huma assenjati mal-ward RW6 fl-istess sptar?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li skont il-‘Capacity Building Plan’ tal-2024, fil-Karin Grech Rehabilitation Hospital għandu jkun hemm 24 occupational therapists u 26 fiżjoterapisti.
Infurmat li preżentament hemm 16-il occupational therapists u 24 fiżjoterapisti. Madankollu dan in-numru jvarja skont iċ-ċaqliq meħtieg tal-istaff.
Infurmat li fis-sala RW6, li hija sala fejn il-pazjenti jkunu lestew ir-rijabilitazzjoni tagħom u jkunu qed jistennew biex imorru ġewwa nursing home, hemm assenjati occupational therapists u fiżjoterapisti fuq bażi ta’ ‘overtime’, jiġifieri jkun hemm servizz fejn dawn il-professjonisti jidħlu wara l-ħin tagħhom tax-xogħol. Bħalissa għandna 4 occupational therapists li joffru is-servizz tliet darbiet fil-ġimgħa u żewġ fiżjoterapisti li joffru s-servizz kuljum.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ilha tiffunzjona l-Awtorità tal-Istandards għall-Persuni Anzjani (OPSA)? Jista’ jgħid ukoll fejn jista’ jagħmel kuntatt il-pubbliku peress illi fuq il-website (https://anzjanitaattiva.gov.mt/public-bodies/awtorita-ta-standards-ta-persuni-anzjani-opsa/) sakemm qiegħda ssir din il-mistoqsija parlamentari, m’hemm l-ebda informazzjoni dwar kif wieħed jista’ jagħmel kuntatt jew xi tip ta’ informazzjoni dwar din l-Awtorità?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tal-Istandards għall- Persuni Anzjani (OPSA) ilha tiffunzjona mil-1 ta’ Jannar 2024 u l-pubbliku jista’ jagħmel kunttat permezz ta’ wieħed minn dawn l-mezzi:
• Free Phone: +356 8000 2002
• Email:
feedback.opsa@gov.mt
• Facebook:
https://www.facebook.com/opsamt
• Instagram:
https://www.instagram.com/opsa_malta/
Faċilità San Vinċenz de Paule — Ward Kristu Re - Wall mounted oxygen
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex ma ġiex installat wall mounted oxygen fil-Ward Kristu Re fil-Faċilità San Vinċenz De Paule meta din il-ward għadha kif kellha rinnovazzjoni sħiħa?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19126.