Jista’ l-Ministru jgħid xi ħsieb hemm biex jiżdiedu l-ispazji miftuħa f’Ħal Qormi? Jista’ l-Ministru jagħti dettalji dwar dan?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi għadu kif inawgura ‘Wesgħet Renald Falzon’, ġnien li nbena ġdid fiż-żona Ta’ Farsina.
Bħalissa l-Kunsill jinsab għaddej b'riġenerazzjoni tal-ġonna li għandu fil-lokalità, fosthom Ġnien f'Misraħ iż-Żebbuġ, Ġnien l-Armier u Vjal de la Cruz.
Il-Kunsill Lokali kien strumentali fil-kisba ta’ fondi sabiex fi Piazza Federico Maempel isir proġett ta' €1.2miljuni.
Jista’ l-Ministru jgħid xi ħsieb hemm biex jiżdiedu l-ispazji miftuħa f’Ħal Luqa? Jista’ l-Ministru jagħti dettalji dwar dan?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali ta’ Ħal Luqa applika għal permess ta’ żvilupp sabiex isir ġnien ġdid fiż-żona ta’ Ħal Farruġ, skont DN/0132/22.
Barra minn hekk, il-Kunsill Lokali ffirma MoU flimkien ma’ Ambjent Malta sabiex isir żvilupp ta’ art mitluqa fiż-żona ta’ Ħal Farruġ.
Iktar minn dan kollu, il-Kunsill Lokali jinsab f’diskussjonijiet mal-Awtorità tad-Djar, sabiex parti minn art fi Triq il-Ġdida tiġi devoluta lill-Kunsill Lokali bil-għan li jsir green infrastructure sabiex il-familji ta’ Ħal Luqa jkollhom spazju fil-qalba tal-lokalità.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra bil-ħinijiet pubbliċi għal-librerija pubblika f’Raħal Ġdid? Jista’ wkoll jinforma lill-Kamra kemm ingħataw kotba u kemm inxtraw kotba ġodda s’issa matul din is-sena?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lilll-Onor. Interpellant li l-informazzjoni tinsab fit-tabella t’hawn taħt:
LokalitàĦinijiet ta’ ftuħ - XitwaĦinijiet ta’ ftuħ - SajfKotba mixtrijaDonazzjonijiet
Raħal ĠdidMit-Tnejn sal-Ġimgħa:
08:30 – 17:00
Is-Sibt:
08:00 – 13:00Mit-Tnejn sal-Ġimgħa:
08:15 – 13:15
Is-Sibt:
08:00 – 13:006375
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra bil-ħinijiet pubbliċi għal-librerija pubblika fil-Fgura? Jista’ wkoll jinforma lill-Kamra kemm ingħataw kotba u kemm inxtraw kotba ġodda s’issa matul din is-sena?
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra bil-ħinijiet pubbliċi għal-librerija pubblika f’Sta. Luċija? Jista’ wkoll jinforma lill-Kamra kemm ingħataw kotba u kemm inxtraw kotba ġodda s’issa matul din is-sena?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni tinsab fit-tabella t’hawn taħt:
LokalitàĦinijiet ta’ ftuħ - XitwaĦinijiet ta’ ftuħ - SajfKotba mixtrijaDonazzjonijiet
Sta LucijaIt-Tnejn:
08:00 – 12:00
L-Erbgħa:
16:00 – 18:00It-Tnejn:
08:00 – 12:00
L-Erbgħa:
16:00 – 18:007333
Kottonera – mużewijiet u postijiet ta’ interess miftuħin għat-turisti
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-mużewijiet u postijiet ta' interess fil-Kottonera li huma miftuħin għat-turisti? Jista' jgħid jekk għandux data ta' kemm turisti żaru dawn il-postijiet separatament sena b'sena f’dawn l-aħħar ħames snin?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni tinsab fit-tabella t’hawn taħt.
Il-Mużew Marittimu kien miftuħ għall-pubbliku sal-14 ta’ Marzu 2020, fejn imbagħad is-sit ġie magħluq biex jibda l-proġett ta’ restawr u riġenerazzjoni li għadu għaddej.
PAYING ADMISSIONS
YEAR
FORT ST. ANGELO
MARITIME MUSEUM
INQUISITOR'S PALACE
2017
49876
21781
38897
2018
54313
22453
41310
2019
58351
21459
38626
2020
11729
3186
7057
2021
22575
0
14776
2022
18504
0
10762
NON PAYING ADMISSIONS
YEAR
FORT ST. ANGELO
MARITIME MUSEUM
INQUISITOR'S PALACE
2017
5329
5518
3060
2018
5894
3637
9253
2019
15771
4296
7349
2020
2423
262
1372
2021
2438
0
1875
2022
1863
0
1604
Kindly note that data for 2022 is as at 31st May 2022.
Kottonera – xogħlijiet mid-Direttorat għar-Restawr
Question
Jista' l-Ministru jgħid u jelenka x-xogħlijiet li hemm programmati għas-sentejn li ġejjin mid-Direttorat għar-Restawr fiż-żona tal-Kottonera?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li x-xogħlijiet li hemm programmati għas-sentejn li ġejjin mid-Direttorat għar-Restawr fiż-żona tal-Kottonera huma elenkati fis-segwenti lista.
XOGĦLIJIET PROGRAMMATI GĦAS-SENTEJN LI ĠEJJIN MID-DIRETTORAT TAR-RESTAWR FIŻ-ŻONA TAL-KOTTONERA
· Bormla: Restawr tas-Sur u d-Daħla ta’ San Ġwann (Linji tal-Kottonera)
· Birgu: Restawr tal-Bastjun ta’ Notre Dame Bastion (Linji tal-Kottonera)
· Bormla: Restawr tas-Sur u l-Bastjun ta’ San Nikola (Linji tal-Kottonera)
· Senglea: Restawr tas-Sur fi Triq is-Sur (contract awarded)
· Birgu: Restawr ta’ partijiet mill-Bieb ta’ Notre Dame
· Forti Rikażli: Restawr u rikostruzzjoni tal-faċċati tal-volti ġewwa s-sur li jħares fuq il-Port il-Kbir
· Forti Rikażli: il-Fire Control Tower u Gun Position f’Bastjun Nru. 4
· Birgu: Restawr tal-faċċata tal-Berġa tal-Ingilterra
· Bormla: Restawr tad-Daħla u s-Sur ta’ Santa Liena (Linji ta’ Santa Margherita)
· Bormla: Restawr tal-Mitħna ta’ San Gwann t'Għuxa
· Bormla: Restawr tal-Koppla tal-Knisja ta’ San Pawl
· Bormla: Restawr tal-Kappella ta’ Santa Tereża
· Bormla: Restawr tal-Faċċata tal-Knisja tas-Sorjiet tal-Klawsura
· Bormla: Restawr tal-Knisja tan-Natività li hemm taħt l-art fi Triq l-Inkurunazzjoni
· Senglea: Restawr ta’ statwi u niċeċ fil-lokalità.
Jista’ l-Ministru jaċċerta li d-dawl pubbliku kollu li hemm fiż-żona ta’ Dawret in-Nawfraġju, inkluż iż-żona tal-boathouses qiegħed jaħdem kif suppost u li allura li l-bozoz kollha inkluż dawk fuq arbli, (inkluż il-bozza fuq l-arblu li r-ritratt tiegħu qed jiġi mibgħut separatament) ikunu mixgħula bħall-bqija tat-toroq fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar? F’każ li hemm xi bozza/bozoz jew arblu/arbli li l-bozoz tagħhom mhux jixegħlu x’inhi r-raġuni għal dan u meta hu mistenni li dan id-dawl jerġa’ jixgħel? Billi hemm ħtieġa ta’ iktar dawl fiż-żona kif ser jiġi assigurat li dan id-dawl jiġi installat u jixgħel minħabba d-dlam li wieħed isib f’din iż-żona?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar illi diġà qed tittieħed azzjoni biex il-bozoz jiġu rranġati, inkluża dik tal-arblu inkwistjoni.
Intant ninsab infurmat illi dwar installazzjoni ta’ bozoz ġodda fit-triq kkonċernata, il-Kunsill Lokali qed jevalwa kif jista’ jindirizza din il-problema.
Jista’ l-Ministru jara li l-Moll tal-Veċċja, Xemxija, San Pawl il-Baħar, li fih hemm numru ta’ arbli bil-fanali, ikun mixgħul fil-ħinijiet meħtieġa speċjalment billejl? X’inhi r-raġuni li dan il-moll issa ilu mitfi għal numru ta’ xhur?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li l-imsemmi dawl qieghed jinxtgħel.
Fid-dawl li l-Malta Film Awards ġie jiswa madwar €1.3 miljun, jista’ l-Ministru jgħid b’mod separat:
kemm kienet l-ispiża fuq il-billboards li twaħħlu f’diversi postijiet madwar pajjiżna;
l-armar tal-palk;
kemm ġie jiswa l-audio/sound;
kemm ġew jiswew il-projectors;
kemm ġie jiswa d-dawl;
kemm ġiet tiswa s-sala minn meta ried jitlesta l-armar sa wara l-avveniment;
ir-reklamar fuq il-media soċjali, stazzjonijiet televiżivi fuq ir-radji u ġurnali; u
kemm ġew jiswew il-ħlasijiet tal-persuni li ppreżentaw l-awards, jekk ġew imħallsa, apparti l-preżentatur?
Malta Libraries – Sejħa għal Chief Operations Officer
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 749, jista’ l-Ministru jirrispondi dawn id-domandi:
Fejn ġiet ippubblikata s-sejħa għal Chief Operations Officer (C.O.O.) fl-Aġenzija Malta Libraries?
X’rekwiżiti ntalbu fis-sejħa għall-istess C.O.O.?
Minn min kien kompost il-Bord tal-Għażla u fuq liema kompetenza?
Kemm applikaw kandidati?
Min kien il-kandidat jew kandidata li ntgħażlet?
Xi kwalifiċi għandu jew għandha fix-Xjenzi tal-Libreriji u Arkivji?
X’kienu x-xogħlijiet preċedenti tal-kandidat magħżul?
Minn meta beda t-terminu tiegħu/tagħha fil-Malta Libraries?
Response (BONNICI, OWEN)
Issir referenza għal tweġiba parlamentari 749 rigwardanti l-pożizzjoni ta’ Chief Operations Officer (COO) ma’ Malta Libraries, li ġiet mimlija skont id-Direttiva Nru 7 (Delegation of Authority to Recruit in the Public Sector Entities) nhar it-23 ta’ Novembru 2020 u dan għal perjodu ta’ tliet snin.
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jkun hemm is-sejħa għal direttur artistiku tat-Teatru Manoel?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li qed jiġu studjati x’għandhom ikunu l-aħjar strutturi għad-direzzjoni artistika tat-Teatru Manoel u lil hinn u qed issir konsultazzjoni wiesgħa għal dan il-għan.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Direct orders
Question
Jista’ l-Ministru jgħid, minn Jannar 2021 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm-il direct order ħarġet mill-Ministeru tiegħu u kull entità li taqa’ taħtu u kemm kien il-valur totali ta’ dawn id-direct orders? Lil min inħarġet u x’kien il-valur ta’ kull direct order?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.
Peress li skont it-Terms of Reference tal-Bord Editorjali tal-PBS (para. 6d) l-istess Bord irid kull sena jippreżenta rapport, jista' l-Ministru jippubblika r-rapport mill-2016 sal-lum?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li r-rapport imsemmi jiġi preżentat mill-Bord Editorjali lill-Bord tad-Diretturi permezz ta' dokument li jkun fih l-għażla tal-programmi li jiġu shortlisted mill-istess Bord.
L-iskeda finali mbagħad tiġi preżentata lill-azzjonista prinċipali tal-PBS u ċjoè l-Gvern.
Jista' l-Ministru jgħid kif tqassmu l-flus li jagħti l-Gvern fuq programmi Extended Public Service Obligation (EPSO) għas-snin 2019, 2020 u 2021?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-programmi li potenzjalment ikunu eliġibbli għall-vot tal-EPSO jaqgħu taħt dawn il-ġeneri:
· Programmi tat-tfal
· Programmi ta’diskussjonijiet u ġrajjiet kurrenti
· Drama
· Programmi edukattivi, kulturali u ta’informazzjoni ġenerali
· Programmi Għawdex/Maltin ta’barra
· Trasmissjonijiet ta’ ġrajjiet ta’ karattru nazzjonali
· Programmi reliġjużi
· Transmissjonijiet tal-Parlament
F’dan l-isfond, ninsab infurmat illi l-fondi jiġu allokati skond il-ġeneri msemmija. Matul is-sena jsiru diskussjonijiet biex jaraw l-andament tal-programmi u minn żmien għal żmien isir aġġornament minn ġeneru għal ġeneru.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk fil-Kunsill Lokali waslux ilmenti ta’ numru ta’ familji fi Triq il-Kampanella, Fgura fil-parti t’isfel tagħha, senjatament ma’ żbroff ta’ drenaġġ fi proprjetà privata u jekk humiex se jsiru x-xogħlijiet neċessarji biex tiġi solvuta l-problema?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li rigward żbroff ta’ drenaġġ, fit-2 ta’Ġunju 2022, il-Kunsill Lokali tal-Fgura rċieva lment dwar dan is-suġġett iżda fi Triq il-Karmelitani.
Dan l-ilment ġie mgħoddi minnufih lill-entità kkonċernata.
Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali – spezzjoni fuq artifatt storiku
Question
Mingħajr ma jidħol fil-mertu tal-investigazzjonijiet kriminali li għaddejjin bihom il-Pulizija, jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x'kien l-eżitu tal-ispezzjoni li wettqet is-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali fuq l-artifatt storiku li nstab fil-proprjetà privata tal-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali, u jinfurmana jekk is-Sovrintendenza kkonkludietx li l-artifatt huwa wieħed awtentiku jew le?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li f’dan l-istadju l-Ministeru m’għandux tali informazzjoni hekk kif l-awtoritajiet relevanti jkunu qed iwettqu xogħolhom f’indipendenza sħiħa.
Jista’ l-Ministru jgħid xi pjanijiet hemm għall-istallazzjoni ta’ bus shelters f’Ħal Luqa? Fejn u meta hu mistenni li jiġu installati iktar bus shelters f’Ħal Luqa?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali ta’ Ħal Luqa qiegħed jitlob għall-installar ta’ bus shelters kif ġej;
• 2 f’Wesgħet Vittmi tal-Gwerra
• 1 fi Triq il-Ġdida
• 1 fiż-żona ta’ Ħal Farruġ
• 1 fi Triq il-Belt Valletta