Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #4990 Sitting 68 2009-01-12 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Awtorità tad-Djar — nefqa fuq irranġar ta' proprjetajiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu flus f'għajnuna għall-irranġar ta' proprjetajiet (gvern u privat) mill-Awtorità tad-Djar matul is-sena 2008, xahar b'xahar u skond il-lokalità?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Qasam Tas-saħħa — impjegati direttament mal-kuntrattur

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3510 u 2851 u jgħid kemm hemm ħaddiema li huma impjegati direttament mal-kuntrattur imma jagħtu servizz fil-qasam tas-saħħa? F'liema gradi qiegħdin dawn il-ħaddiema? Kemm jiħallas il-kuntrattur kull siegħa ta' kull ħaddiem li għandu jagħti servizz lill-Istat? Kemm-il sena il-Gvern huwa marbut ma' dawn il-kuntratturi?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #4564 Sitting 67 2008-12-15 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Servizz residenzjali finanzjat mill-istat

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 2780 u 4068 u jgħid x’kien id-dħul tal-Gvern kull sena mill-1999 sal-lum minn Malta u Għawdex separatament: (i) taħt l-Artiklu 93 ta’ l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali, mill-anzjani li jirċievu servizz residenzjali finanzjat mill-istat; u (ii) taħt l-Artiklu 95 ta’ l-istess Att mill-persuni li jibbenefikaw minn servizzi ta’ kura/għajnuna mogħtija fid-djar? Jista’ jgħidli kemm hemm sodod f’istituzzjonijiet, djar, eċċ għall-anzjani li huma finanzjati/sussidjati mill-Gvern jew immexxija taħt partenariat bejn il-Gvern u l-Privat f’Malta u Għawdex separatament? Jista’ jagħtini dan it-tagħrif istituzzjoni istituzzjoni?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #4565 Sitting 67 2008-12-15 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Welfare Committee

Question

Jista’ l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 4069 u jgħid kemm daħħal flus il-Gvern minn Malta u Għawdex separatament kull sena mill-1999 ‘l hawn taħt kull Artiklu 93, 94 u 95 ta’ l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali? Kemm minn dawn il-flus għaddew għand il-Welfare Committee kull sena? Kemm intefqu flus, kull sena minn dan il-kumitat f’Malta u f'Għawdex separatament u fuqiex?

Response (DALLI, JOHN)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 11 PQ #4566 Sitting 67 2008-12-15 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Casual social assistants

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 2783 u 4071 u jgħid kemm hemm casual social assistants fil-Ministeru tiegħu u jaqsamhom (i) skond ix-xogħol li kienu jagħmlu fl-aħħar ta’ Awwissu 2007 u fl-aħħar ta’ Awwissu ta’ din is-sena u (ii) skond is-sigħat fil-ġimgħa li kienu jaħdmu f’Awwissu 2007 u f’Awwissu ta' din is-sena? Jista’jgħid kemm hemm anzjani f’Malta li qed jingħataw servizz ta’ kura fi djarhom? Jista’ jgħid hemmx applikanti anzjani għal servizz ta’ kura fi djarhom u li għadhom ma nagħtawx dan is-servizz? Kemm ilhom pendenti dawn l-applikazzjoni? Hemm anzjani li m'għandhomx is-sigħat ta’ servizz li approvalhom il-bord? Kemm huma? Kemm sigħat approva l-bord u kemm sigħat ta’ servizz għandhom?

Response (DALLI, JOHN)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 11 PQ #4683 Sitting 67 2008-12-15 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Żieda fil-Pensjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4603 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u li issa ġiet riferuta lilu u ċioe': Stante li fil-baġit għas-sena 2008 il-gvern kien ta' żieda ta' Lm6 lil kulħadd inkluż il-pensjonanti, u stante li kien qasamha fi ħlas ta' Lm 4 fix-xahar fiċ-ċekk tal-pensjoni u ħlas ieħor ta' sena f'daqqa' tal-ekwivalenti ta' Lm 2 fix-xahar, u stante li milli jidher din is-sena li pensjonanti mhux ser jirċievu l-ekwivalenti ta' ħlas ta' sena f'daqqa ta' Lm 2 fix-xaħar, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4603 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk dan ifissirx allura li l-miżura ta' żieda ta' Lm 6 fix-xahar lill-pensjonanti li ngħatat is-sena l-oħra ma kenitx waħda reali, imma kient immaskerata għal sena waħda biss?

Response (DALLI, JOHN)

Niċħad kategorikament l-allegazzjoni fl-aħħar parti tal-Mistoqsija. Iż-żieda kollha għall-għoli tal-ħajja li se titħallas lill-pensjonanti fl-2009, inkluża l-parti li se titħallas f’daqqa fil-bidu tas-sena, ser tkun b’żieda fuq dik li tħallset fl-2008.
Leg 11 PQ #4689 Sitting 67 2008-12-15 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Dipartiment tal-Patoloġija — Job vacancies

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4550 u ċioe: Jaf il-Ministru li jeżistu żewġ job vacancies ta' konsulenti fid-Dipartiment tal-Patologija u li wieħed minnhom ilu vakanti minn Novembru tal-2005? Jaf li diġa' saru l-interviewsu ħarġu ir-riżultati uffiċjali. Jista' jispjega x'inhi r-raġuni ta' dan id-dewmien kollu u jgħid fiex wasal il-proċess? Jaf li skont il-ftehim li sar mal-MAM biex persuna tkun eliġibbli li tapplika għall-post ta' konsulent trid tkun ilha sentejn speċjalista fuq bazi full-time, liema speċjalisti jkunu reġistrati fuq reġistri tal-ispeċjalisti mediċi? Jista' jispjega f'dan l-isfont kif inhu l-każ li l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li m'ilhiex sentejn taħdem bħala speċjalista tħalliet tapplika għall-post ta' konsulent u għaddiet, meta kien hemm nies li applikaw li kienu ilhom aktar minn sentejn jaħdmu bħala speċjalisti u għalhekk ma tapplikax l-eċċezzjoni miftiehma bejn il-MAM u l-Gvern?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li fid-Dipartiment tal-Patoloġija hemm aktar minn żewġ vacancies li kienu hemm f'Novembru 2005. Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għal-liema vacancies qiegħed jirreferi. Informat ukoll li dwar il-ftehim bejn il-Gvern u l-MAM il-kriterji biex persuna tkun eliġibbli tapplika għall-post ta' konsulent huma dawn :- A- i) "Certificate of completion of training in the relative speciality/specialities by the local Specialist Accreditation Committee" ii) OR inclusion in the appropriate Specialist Register/s iii) OR be approved for inclusion in the appropriate Specialist Register/s u , B- i) "two years full time experience as a specialist in the particular field". Dak li qed jallega l-Onor. Interpellant dwar persuna partikolari ma jirriżultax mir-rapport tal-Bord tal-Għażla maħtur mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku.
Leg 11 PQ #4691 Sitting 67 2008-12-15 Oral · Final From: JOSEPH MUSCAT To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Isla, Blokk appartamenti — Lift

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta l-lift tal-blokk ta’ bini tal-Awtorità tad-Djar, Blokk B, Triq it-Tarzna, Isla se jinbidel ladarba ġie kkundannat?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa, l-Awtorita’ tad-Djar għandha madwar 30 talba pendenti għall-installazzjoni ta’ lifts fi blokki eżistenti tal-Gvern, fosthom Blokk B, Triq it-Tarzna, Isla. F’dan il-blokk hemm bżonn jitneħħa l-lift eżistenti, li għandu ħsarat konsiderevoli, u jiġi installat lift ġdid. L-ispiża globali biex jiġu installati dawn il-lifts, inkluż ix-xogħol strutturali, hija stmata li ser tiswa’l fuq minn €1,000,000. L-Awtorita ipprogrammat l-installar ta’ dawn il-lifts fuq bażi ta’ prijorita skond id-diżabilta ta’ mobilita tar-residenti u għalhekk, każijiet bi prijorita għolja, inkluż il-każ imsemmi, mistennija jitlestew matul is-sentejn li ġejjin.
Leg 11 PQ #4692 Sitting 67 2008-12-15 Oral · Final From: JOSEPH MUSCAT To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Splużjoni minn ħażna ta' nar illegali — Kumpens għal danni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-familja li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li sofriet danni kbar fil-propjeta’ tagħha wara splużjoni minn ħażna ta' nar illegali fis-7 ta’ Gunju 2002, hix intitolata għal kumpens?

Response (DALLI, JOHN)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Mammography

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 4284 u jgħid x'arranġamenti hemm rigward skema għal mammography għal nisa i) bi storja medika ta' kanċer fis-sider? ii) bi storja fil-familja ta' kanċer fis-sider?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li fid-Dipartiment tal-Medical Imaging ta' l-iSptar Mater Dei jiġu milqugħa talbiet minn Konsulenti u Senior Registrars għal mammograghy għal nisa li għandhom kemm storja medika ta' kanċer fis-sider, kif ukoll xi storja fil-familja ta' kanċer fis-sider.
Leg 11 PQ #4743 Sitting 67 2008-12-15 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Polikliniċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid: a) KEmm hawn polikliniċi f'Malta? b) Kemm swiet kull poliklinika lill-gvern kull sena, f'dawn l-aħħar tliet snin? ċ) Kemm hemm impjegati f'kull poliklinika? d) X'inhuma l-ammont f'pagi u salarji li l-Gvern ħallas kull sena għal dawn l-aħħar tliet snin, għal kull poliklinika? e) Kemm attendew pazjenti f'kull poliklinika kull sena f'dawn l-aħħar tliet snin? Jista' l-Ministru jwieġeb kull domanda b'mod individwali?

Response (DALLI, JOHN)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 11 PQ #4745 Sitting 67 2008-12-15 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Standards fil-Ħarsien soċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta twaqqaf id-Dipartiment għall-istandards fil-Ħarsien Soċjali u xi standards tfasslu matul dan iż-żmien? Saru spezzjonijiet minn dan id-dipartiment biex jara li s-servizzi mogħtija mill-Fondazzjoni għal Servizz ta' Ħarsien Soċjali bħal servizzi Initial Response, Vjolenza Domestika, Child Protection qed jingħataw b'mod professjonali?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li għalkemm il-bidla fl-isem seħħet permezz ta’ avviz fil-Gazzetta tal-Gvern datata 9 t’Awissu 2005, fil-bidla minn Dipartiment għall-Ħarsien tal-Familja għal Dipartiment għal Standards fil-Ħarsien Soċjali kienet waħda twila fejn is-servizzi li kien jagħti id-dipartiment fil-qasam soċjali bdew jiġu trasferiti lil Fondazzjoni għal Servizz ta' Ħarsien Soċjali fuq mhedda ta’ 3-4 snin. L-aħħar servizz li ġie trasferit din is-sena lil Aġenzija Appoġġ kien dak tal-addozzjonijiet. Il-għan fil-bidla minn Dipartiment għall-Ħarsien tal-Familja għal Dipartiment għal Standards fil-Ħarsien Soċjali kien li jispiċċa r-rwol ta’ dipartiment li jagħti servizzi fil-qasam tal-Familja għal wieħed ta’ Regolatur fil-Qasam tal-Kura Soċjali. Fl-Lulju 2006 il-Ministeru tal-Familja u Solidarjeta Soċjali kien ħareġ Standards Nazzjonali għall-Faċilitajiet ta’ Matul il-Jum għat-Tfal wara proċess ta’ konsultazzjoni immexxi mid-Dipartiment għal Standards fil-Ħarsien Soċjali. Ninsab informat ukoll li dan id-dipartiment lesta ukoll l-abbozz ta’ Standards għat-tfal li qegħdin fil-kura residenzjali u taħt Foster Care. Wara li tlesta l-abboz ta’ l- Istandards dan ġie ippubblikat biex issir konsultazzjoni pubblika fi Frar 2008. Qed isiru r-reviżjonijiet neċessarji skond feedback mogħti minn dawk involuti f’dan il-qasam sabiex jinhareġ l-abbozz finali bl-isem ta’ National Standards of out-of-home child care . Hemm ippjanat li jkun hemm verżjoni adattata għat-tfal li tkun lesta fl-2009. Tfassal ukoll abbozz ta’ model policies and procedures for out-of-home care li nħareġ għal konsultazzjoni pubblika fl-2008. Id-Dipartiment ħareġ ukoll Kodiċi ta’ Kondotta u Ta’ Prattika għall-Ħaddiema fil-Qasam tas-Servizzi Soċjali u Kodiċi ta’ Kondotta u ta’ Prattika għal Min Iħaddem fil-Qasam tas-Servizzi Soċjali. Id-Dipartiment ingħata ukoll r-rwol ta’ Awtorita’ Ċentrali meta daħħlu fis-seħħ l-Att XVII dwar il- Fostering u Att IV dwar l-Adozzjoni. Ix-xogħol ewlieni kien li tingħata akkredidazzjoni lil dawn iż-żewġt servizzi. Saret applikazzjoni mit-taqsima tal- Fostering fi ħdan l-Aġenzija Appogg biex din tiġi akkreditat mid-dipartiment. Wara li saret spezzjoni mit-taqsima ta’ l-assessjar tad-dipartiment bħalissa għaddej il-proċess biex jinħareġ ir-rapport. Fil-preżent għaddejjin l-aħħar preparamenti biex jitlestew il-kriterji għall-applikazzjoni ta’ akkredidazzjoni mit-taqsima ta’ l-adozzjoni ta’ l-istess Fondazzjoni. Pero sakemm ikun hemm qafas legali, il-poteri ta’ spezzijonijiet fil-oqsma l-oħra huma limitati.
Leg 11 PQ #4746 Sitting 67 2008-12-15 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Quality Service Charters

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 25966 li saret fil-leġislatura l-oħra u jgħid jekk il-Fondazzjoni għal Servizzi ta' Ħarsien Soċjali fasslitx il-Quality Services Charter tas-servizzi li hija tmexxi?

Response (DALLI, JOHN)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 11 PQ #4769 Sitting 67 2008-12-15 Oral · Final From: JOSEPH MUSCAT To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Awtorità tad-Djar — Stallazzjoni ta' solar water heaters

Question

Jista' l-Ministru jispjega l-policy tal-Awtorità tad-Djar dwar stallazzjoni ta' solar water heater fuq bjut ta' blokki ta' appartamenti tagħha? Jista' jgħid jekk hemmx bżonn kunsens tal-persuni l-oħra li jabitaw fil-blokk biex persuna tagħmel din l-istallazzjoni?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lilll-Onorevoli Interpellant li “Fil-bini l-ġdid li qegħda tibni l-Awtorita tad-Djar, kull benefiċjarju qed tiġi indikata lilu l-pożizzjoni fejn għandu jistalla s-“solar water heater” jekk u meta ikun irid jagħmel dan u b’hekk m’għandux għalfejn il-kunsens tal-ġirien biex jistallaħ. Biss, f’ħafna mill-bini eżistenti sal-llum u fejn il-kirijiet għadhom jinġabru mit-Taqsima tal-Proprjeta’ tal-Gvern, meta kienu nbnew l-appartamenti ma kinitx għadha daħlet din il-prattika (li tiġi indikata l-pożizzjoni tas-“solar water heater”) u għalhekk ikun irid jinkiseb il-“clearance” mit-Taqsima qabel ikun jista’ jitqiegħed is-“solar water heater”.

Ħaż-Żebbuġ — Ċwievet ta' post

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk iċ-ċwievet tal-post f'Ħaż-Żebbuġ li dettalji tagħhom qed jinbagħtu separatament hux qegħdin f'idejn l-Awtorità tad-Djar?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li ċ-ċwievet tal-post indikat mill-Onor. Interpellant qegħdin għand l-Awtorita' tad-Djar.

Politika Soċjali — Karozzi jaħdmu bl-elettriku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk fil-Ministeru tiegħu inxtawx karozzi li jaħdmu bl-elettriku biex jinbidlu ma’ karozzi konvenzjonali? Jekk iva, kemm kien l-ammont ta’ flus li ġew iffrankati minn meta bdew jintużaw vetturi bħal dawn fil-ministeru

Response (DALLI, JOHN)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 11 PQ #4516 Sitting 66 2008-12-10 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Studenti li ħadu sehem fi programmi mmexxija mill-Appoġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti li jattendu fl-iskejjel tal-Gvern u tal-Knisja li s-sena l-oħra u din is-sena ħadu sehem fil-programmi Budz, High Support u Innoċenti li kienu mmexxija mill-Aġenzija Appoġġ?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li fil-Programm Budz kienu jattendu 7 studenti minn Skejjel tal-Gvern u 2 minn skejjel tal-Knisja. Informat ukoll li fil-Programm High Support jattendu 15 studenti li jattendu kollha fl-iskejjel tal-Gvern. Nixtieq ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-programm Innoċenti mhuwiex immexxi mill-Aġenzija Appoġġ.
Leg 11 PQ #4517 Sitting 66 2008-12-10 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Familji ntitolati għas-sussidju tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jindika kemm hemm familji li jgħixu fi djarhom (u mhux f'xi dar residenzjali) li huma ntitolati għas-sussidju tad-dawl u l-ilma? Kemm minn dawn il-familji applikaw għal dan is-sussidju?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi in-numru ta’ familji li jgħixu fi’ djarhom u li qedgħin jibbenefikaw mis-sussidju tad-dawl u l-ilma jammonta għal 29,298. Minn dawn hemm 8,281 li kkwalifikaw awtomatikament għax jirċievu xi tip ta’ għajnuna soċjali, hemm 20,896 li kkwalifikaw għax issodisfaw it-test tal-mezzi u 121 li kkwalifikaw għax applikaw bħala każijiet umanitarji. Informat ukoll li id-Diviżjoni tas-Sigurta’ Soċjali ma tistax tikkwantifika kemm hawn familji li jista jkunu intitolati għal dan is-sussidju jekk dawn ma jkunux ikkwalifikaw għal xi għajnuna.
Leg 11 PQ #4537 Sitting 66 2008-12-10 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sptar Mater Dei — Spiża totali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4187 u jgħid kemm kienet l-ispiża totali li ntefqet fl-Isptar Mater Dei minn Jannar sa Ottubru 2008 xahar b'xahar?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li għal perjodu bejn Jannar u Ottubru ta' l-2008 l-ispiża totali ta' l-isptar Mater Dei fuq Cash Basis maħruġa mid-Department Accounting System (DAS) kienet tammonta għal €82,422,075. L-ammont imqassam kull xahar qiegħed jiġi muri f'Kolonna (1), fit-tabella li ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Informat ukoll li dan l-ammont ma jinkludix il-materjali mediku u farmaċewtiku li jidher f'kolonna (2) - li għall-istessperjodu ammonta għal €26,402,075 - liema materjal ma jaqax taħt il-Vot Cost Centre G08 Mater Dei Hospital. Għalhekk in-nefqa totali għal dan il-perjodu titla' għal €108,824,820 , kif qed jiġi spjegat f'kolonna (3).
Leg 11 PQ #4538 Sitting 66 2008-12-10 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sptar Mater Dei — Spiża totali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4186 u jgħid kemm kienet l-ispiża totali biex jitmexxa l-Isptar Mater Dei fl-ewwel sena tiegħu?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li bejn Novembru ta’ l-2007 u Ottubru ta’ l-2008 l-ispiża totali ta’ l-isptar Mater Dei fuq Cash Basis maħruġa mid-Departmental Accounting System (DAS) kienet tammonta għal Ewro 98,770,245. Dan l-ammont ma jinkludix il-materjal mediku u farmacewtiku li għall-istess perjodu kien jammonta għal Ewro 29,233,283 – liema materjal ma jaqax taħt il-Vot Cost Centre G08 Mater Dei Hospital. Għalhekk in-nefqa totali għal dan il-perjodu tammonta għal Ewro 128,003,528.