Legislature:
Category:
Reset
Active:

vetturi reġistrati Malta — kwestjoni dwar ħlas żejjed

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk dawk is-sidien tal-vetturi li ġew reġistrati f'Malta u li kienu ħallsu aktar milli kien dovut, u li kellhom jingħataw lura dak li ħallsu żejjed, fil-fatt kellhomx jagħmlu xi applikazzjoni partikolari biex jingħataw lura dak il-ħlas?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.

MEPA — Funtana ta' Tritoni

Question

Jista' l-Ministru jekk jgħid saritx applikazzjoni lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għar-relocation tal-Funtana ta' Tritoni? Jekk fl-affermattiv: a) x'inhu n-numru ta' referenza tagħha; b) x'qal s-Superintendent for Cultural Heritage għal din l-applikazzjoni; u ċ) ġietx deċiża din l-applikazzjoni?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li għada ma saret l-ebda applikazzjoni għand il-MEPA.

Minivans — operator licence - test

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala l-applikanti għall-operators licence għall-minivans ta' aktar minn tmien seats meta ma jgħaddux mit-test li qed isirilhom mhux qed jingħataw l-opportunità jaraw il-karta tal-eżami biex jaraw fejn marru ħażin?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni li għandu l-Onor. Interpellant hi żbaljata.

Riforma fit-trasport pubbliku — garaxx għax-xarabanks

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 25769, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dik l-informazzjoni kollha li hi pubblika?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni rikjesta hija diġà pubblika.

Riforma tat-trasport pubbliku

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 25769, jista' l-Ministru jgħid is-sit ta’ kull sottomissjoni mitfugħa fil-konfini taħt liema kunsill lokali taqa'? Jista' jgħid sit b’sit jekk l-istess sit jifformax parti minn: a) żona residenzjali, b) żona industrijali, ċ) żona kummerċjali, d) żona għal użu mħallat (mixed use area), e) żona barra miż-żona tal-iżvilupp u f) xi tip ta' żona oħra li mhix indikata minn a-e?

Response (GATT, AUSTIN)

Jien infurmat li s-siti ta' kull sottomissjoni mitfugħa huma fil-lokalitajiet ta' Ħal Luqa, iż-Żejtun, il-Mosta u Ħal Lija. Rigward il-kumplament tal-mistoqsija, nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Mosta — Triq Dawret il-Wied - slow sign

Question

Jista' l-Ministru jara li jkun hemm indikazzjoni ċara ta' slow sign fi Triq Dawret il-Wied, Mosta, meta wieħed jasal fejn hemm il-bus stop stage?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għaddejt dan is-suġġeriment lit-Taqsima għall-Immaniġġjar tat-Traffiku fi ħdan Transport Malta għall-konsiderazzjoni tagħha.

Ministeru għall-Infrastruttra, Trasport u Komunikazzjoni — direct orders

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw direct orders matul is-sena 2010 mill-Ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra fid-dikasteru tiegħu, xahar b'xahar? Jista' jgħid fiex kienu jikkonsistu u f'kemm kienu jammontaw? Jista' jgħid ukoll għal kull każ lil min ingħataw?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Benefiċċju mill-Kartanzjan

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23323 li oriġinarjament saret lill-Ministru għas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk dawk li għandhom il-Kartanzjan hux se jkollhom il-benefiċċju li jagħmlu użu minn trasport irħis meta jippreżentaw il-Kartanzjan?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru.24421.

Ħal Qormi — Triq Amleto Spiteri - konġestjoni ta' traffiku

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex twaqqfu l-pjanijiet li Triq Amleto Spiteri f'Ħal Qormi li oriġinarjament kellha tinfed mal-area magħrufa bħala tal-Erba Qaddisin biex tiffaċilità anke d-dħul u l-ħruġ tat-traffiku mill-qalba ta' Ħal Qormi, llum dawn il-pjanijiet inbidlu u sussegwetement qed ikun hemm konġestjoni sħiħa ta' traffiku f'toroq sekondarji bħal, per eżempju Triq Ġorġ u Triq l-Għoxrin ta' Jannar, partikolarment fir-rush hours tax-xogħol? Għaldaqstant jista' l-Ministru juża' l-esperti tat-traffiku biex jerġa' jsir l-istudju meħtieġ biex Triq Amleto Spiteri tinfetaħ u jiġi faċilitat it-traffiku kif ukoll l-emissjonijiet fl-arja li qed joħolqu riskju serju għas-saħħa tar-residenti Qriema?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li miniex infurmat li kienu jeżistu pjanijiet li qed tirreferi għalihom l-Onorevoli Interpellant. Nirreferi wkoll għar-risposta mgħotija għall-Mistoqsija Parlamentari Nr. 25022. Madankollu, nikkonferma li fil-ġranet li ġejjin, uffiċjali tal-Awtorità għat-Trasport f”Malta se jagħmlu spezzjoni fuq il-post sabiex jiġi studjat l-andament tat-traffiku fiż-żona msemmija, u sussegwentament jigi kkonsultat il-kunsill lokali sabiex jittieħdu d-deċiżjonijiet neċessarji f’dan ir-rigward.

Żurrieq — Triq Wied Ganu - tarmac

Question

Jista' l-Ministru jara li l-pjazzetta li tagħti għal fuq Triq Wied Ganu, Żurrieq tingħata wiċċ, stante li din l-area qiegħda tintuża bħala miżbla?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-pjazzetta msemmija ma tagħmilx parti mill-lista ta' toroq residenzjali li huma ppjanati li jsiru u lanqas ma ġiet msemmija mill-kunsill lokali rispettiv biex tkun inkluża f'tali lista . Jien infurmat wkoll li t-tindif u l-infurzar neċessarju biex din il-pjazzetta ma tibqax tintuża bħala miżbla hija responsabbilità tal-kunsill lokali.

Pelican Lights — ħsarat

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'Malta u Għawdex kemm hawn pelican lights? Fejn jinsabu? Ta' min hi r-responsabbiltà għall-ħsarat li jkun hemm?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li skont ir-rekords tal-Unit tal-Immaniġġjar tat-Traffiku fi ħdan Transport Malta, hemm 183 pelican lights approvati f’Malta u erbgħa oħra f’Għawdex. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ fejn jinsabu. F’każ ta’ ħsarat f’toroq arterjali u distributorji f’Malta, r-reponsabilità hija ta’ Transport Malta li għandha kuntrattur l-MSD (MRRA) biex tagħmel dan ix-xogħol. F’Għawdex, dawn huma responsabilità tal-Ministeru t’Għawdex. F’toroq li huma responsabilita tal-kunsilli lokali, r-responsabilità hija tal-istess kunsilli lokali.

Annullamenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru annullamenti, kemm tal-Istat u kemm tal-Knisja bejn l-1990 u l-2010?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-annulamenti reġistrati fir-Reġistru Pubbliku bejn l-1990 u l-2010. Ta' min jinnota li annulamenti reliġjużi jridu jiġu ratifikati mill-Qorti tal-Appell qabel ma jkunu jistgħu jiġu reġistrati fir-Reġistru Pubbliku.

Transport Malta — vetturi kummerċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm vetturi kummerċjali f'Għawdex reġistrati ma' Transport Malta, skont dawn il-kategoriji separatament: trailers, trucks, cranes, skid steer loaders, road sweepers, skip loaders, low loaders, excavators, mini excavators, garage trucks u trenchers?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ħ'Attard — Triq Santa Katerina - roundabout

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fl-inħawi tar-roundabout ta' Triq Santa Katerina Ħ'Attard, kif qed jidher fis-site plan li qed tintbgħat separatament, hemmx xi inċidenza partikolari ta' inċidenti tat-traffiku bejn vetturi li jkunu deħlin/ħerġin mill-garaxx tagħhom u oħrajn li jkunu qed jivvjaġġaw fl-istess triq?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Triq mix-Xewkija għar-Rabat — pelican lights

Question

Peress li se jsiru x-xogħlijiet fit-triq mix-Xewkija għar-Rabat, u minħabba li fil-parti ta' din it-triq li qiegħda fix-Xewkija magħrufa bħala tal-ħniena u tal-barmil hemm periklu għar-residenti li jkollhom bżonn jaqsmu t-triq biex imorru għall-ħwienet u anke l-Knisja, jista' l-Ministru jgħid jekk hux maħsub li jsiru pelican lights jew xi mezz ieħor li permezz tiegħu n-nies ikunu jistgħu jaqsmu t-triq mingħajr periklu?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 25832.

Garaxxijiet tal-Arriva

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25620, jista' l-Ministru jgħid jekk għandux informazzjoni mill-kumpanija konċernata fuq il-garaxxijiet konċernati u jekk fl-affermattiv jippubblika l-informazzjoni li għandu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Transport Malta — tenders

Question

Jista l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ tenders li ħarġet Transport Malta minn Marzu 2008 sal-lum għal xogħol ta' toroq li jaqgħu fil-konfini ta' Ħaż-Żebbuġ Malta? Jista' jgħid kull tender kemm kienet tiswa, jew kemm hu stmat li tiswa, skont kif ikun il-każ u jgħid kull tender f’liema fażi waslet?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li mis-sena 2008 sal-lum ħarġu u tlestew ix-xogħljiet segwenti f'Ħaż Żebbug: - Triq Għarram, Triq Ġeraldu Farrugia, Dawret in-Niżla ta' San Pawl - Euro 148,216.75; - Triq Indri Borg - Euro 63,578.90; - Triq l-Għeneb - Euro 31,106.78; - Triq M.A. Sapiano (Phase 3) - Euro 136,409.92; - Toroq F. Mattei, Profs. D. Callus, X. Attard u kostruzzjoni ta’ Triq M.A. Sapiano (Phase 1) - Euro 163,916.77; - Triq MA Sapiano (Phase 2) u kostruzzjoni Toroq San Martin u Mitħna - Euro 215,922.72.

Raħal Ġdid — Triq id-Dock - tarmak

Question

Jista' l-Ministru jara li Triq id-Dock f'Raħal Ġdid issir bit-tarmak għax minkejja li din it-triq ma joqogħdux nies fiha, jgħaddu ħafna karozzi minnha? Din tinsab wara l-pompa tal-petrol ta' Għajn Dwieli u nifhem li l-kunsill lokali mhux se jagħtiha prijorità. Jista' jara li din it-triq issir mat-toroq l-oħra li se jagħmel il-gvern peress li tinsab fi stat diżastruż?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.