Jista' l- Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ studenti mill-iskejjel tal-Gvern, Indipendenti u dawk tal-Knisja li għamlu l-eżami tal-MATSEC għal dawn is-suġġetti: Arti, Mużika u Drama f'dawn l-aħħar 5 snin?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Filwaqt li niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li l-MATSEC ma joffrix is-suġġett tad-Drama, infurmat li mill-2025 mistenni jkun hemm is-suġġett SEC Theatre.
Matul dawn l-aħħar ħames snin kien hemm total ta’ 2,540 student li rreġistraw l-Arti jew il-Mużika.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, il-collective agreement (inkluż dak finanzjarju) li qed jiġi affettwat bħalissa bejn il-Ministeru għall-Edukazzjoni u l-MCAST?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa għaddejjin id-diskussjonijiet mal-istakeholders neċessarji.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, il-collective agreement (inkluż dak finanzjarju) li qed jiġi affettwat bħalissa bejn il-Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Junior College?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejjin id-diskussjonijiet mal-istakeholders neċessarji.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, il-collective agreement (inkluż dak finanzjarju) li qed jiġi affettwat bħalissa bejn il-Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Università ta’ Malta?
Jista' l-Ministru jagħmel trasport mill-Mosta għall-MCAST Paola peress li hawn studenti li jkunu ilhom fuq il-Bus Stop mill-5.30 a.m. u l-karozzi tal-linja jispiċċaw jgħaddu full-up u bit-traffiku ta' filgħodu jispiċċaw jaslu tard għal-lezzjonijiet?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Ix-Xewkija, Għawdex — estensjoni taċ-Ċentru tal-Università
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x'sar matul is-sena 2023 fuq l-estensjoni taċ-Ċentru tal-Università fix-Xewkija, Għawdex, u kemm intefqu flus? Jista’ jgħid ukoll x'hemm ippjanat li jsir fuq din l-estensjoni matul is-sena 2024 u kemm hu l-baġit allokat għas-sena 2024 għal din l-estensjoni?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2543.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru matul l-2022, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.
Ġejt infurmat li sabiex tingħata l-informazzjoni kif mitluba mill-Onor. Interpellant, tinqabeż l-advisory cost.
Statementing Moderating Panel – Tfal u żgħażagħ li għandhom bżonn LSA
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14892, jista' l-Ministru jagħti l-etajiet (maqsuma f'age brackets) għaċ-ċifri mogħtija fl-istess tweġiba fir-rigward tal-persuni li kienu/qed jistennew li jidhru quddiem l-iStatementing Moderating Panel sabiex jiġi determinat jekk dawn kellhomx/ikollhomx bżonn Learning Support Assistant (LSA)?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li r-reviews isiru b’mod kontinwu fejn kull xhar ikun hemm tibdil fl-ammonti ta’ referrals. Għal privatezza u s-sigurta tal-individwi, tali nformazzjoni ma tistax tiġi ppublikata.
Il-Korsa tal-Marsa – Kuntratt ta’ privatizzazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 14990 u 15491 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt u l-kundizzjonijiet li ġiet ipprivatizzata biha l-Korsa tal-Marsa? Jista’ jqiegħed wkoll fuq il-Mejda tal-Kamra, ir-rapporti li saru minn Equestri Malta u Malta Racing Club (MRC) – Il-Kunsill tal-Marsa fuq iż-żamma tal-kundizzjonijiet tal-konċessjoni mill-kuntrattur? Jista’ jgħid ukoll x’kienu n-nuqqasijiet li nstabu matul is-snin?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li rigward il-kuntratti għandu jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 14989. Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li kull nuqqas jiġi ndirizzat mal-ewwel permezz ta’ laqgħat jew diskussjonijiet neċessarji u bi qbil mal-partijiet kollha.
EquestriMalta tibqa dejjem obbligata li tissalvagwardja l-interess tal-isportivi, il-ħarsien taż-żwiemel, filwaqt li tara li l-wiċċ tal-korsa ikun adekwat u sikur għalihom kollha.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15492, jista' l-Ministru jgħid liema huma l-għaqdiet sportivi li bbenefikaw minn skemi ta' għajnuna tal-isport matul is-sena 2023 u kemm kien l-ammont ta' flus li kull għaqda ngħatat bħala assistenza u taħt liema skema bbenifikat kull għaqda?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk is-sit tant importanti teleskola hux se tkun qed titwaqqaf milli topera? Jekk iva, jista' jgħid minn meta, għaliex u x'se jsir mill-kontenut imtellgħa fuq dan is-sit f'dawn l-aħħar snin?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12980, 13203, 13476, 13638, 13908, 14099, 14208, 14301, 14906 u 15449 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12731, jista' l-Ministru jgħid x'inhuma s-salarji, inkluż bonuses, allowances u perkaċċi oħra, li għandhom it-tmien impjegati tal-Awtorità għall-Integrità fl-Isport f'Malta msemmija fl-istess tweġiba?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kuntratti tal-impjegati kkonċernati qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Matthew Micallef St. John Athletics Stadium — Dawl
Question
Jista' l-Ministru jgħid għalfejn il-kumpless Matthew Micallef St. John Athletics Stadium fil-Marsa ilu ġimgħat sħaħ ikun dlam ċappa filgħaxijiet bil-konsegwenza li atleti Maltin ikollhom jitħarrġu fid-dlam?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li l-Matthew Micallef St John Athletics Stadium fil-Marsa huwa amministrat mill-assoċjazzjoni. Madankollu SportMalta qed tassisti lill-assoċjazzjoni mal-awtoritajiet ikkonċernati sabiex din il-problema ma terġax isseħħ.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Deputati tal-Oppożizzjoni
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14115, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament tħallsitx l-allowances li kienet intitolata għalihom bħala parti mill-pakkett tagħha? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumentazzjoni relatata mad-deċiżjoni li tkun ittieħdet dwar il-ħlas ta’ dawn l-allowances u l-bażi tad-deċiżjoni li ttieħdet u jagħti din l-informazzjoni maqsuma sena b’sena minn meta nbeda l-impjieg tal-persuna sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-allowances intitolati għal dawk l-impjegati li għandhom grad t’għalliem huma stipulati fil-ftehim kollettiv.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Deputati tal-Oppożizzjoni
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14115, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament tħallsitx l-allowances li kienet intitolata għalihom bħala parti mill-pakkett tagħha? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumentazzjoni relatata mad-deċiżjoni li tkun ittieħdet dwar il-ħlas ta’ dawn l-allowances u l-bażi tad-deċiżjoni li ttieħdet u jagħti din l-informazzjoni maqsuma sena b’sena minn meta nbeda l-impjieg tal-persuna sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Settur pubbliku jew servizz pubbliku - Ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li jaħdmu fis-settur pubbliku jew fis-servizz pubbliku, ma’ dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru li bħalissa qed jaħdmu:
- Full time
- Part time?
Jista’ jgħid kemm minnhom jagħmlu użu minn wieħed minn dawn l-għażliet ta’ Modern Work Practices biex isibu bilanċ bejn ix-xogħol u l-familja:
- Flexi Time
- Flexi Week
- Reduced Hours
- Extended Remote Working
- Remote working?
Jista’ jgħid ukoll hemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma rġiel?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Direct Orders
Question
Jista' l-Ministru jipprovdi lista bid-dettalji tad-direct orders li ħarġu l-entitajiet jew l-awtoritajiet li jaqgħu taħt il-portafoll tiegħu fil-perjodu bejn Lulju u Ottubru 2023?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu studenti ġodda tas-social work u social policy din is-sena (2023 - 2024)? Jista’ jgħid ukoll kemm daħlu social workers għall-Masters in Social Work (MSW) din is-sena (2023-2024) u kemm hemm studenti li qed jagħmlu l-MSW bħalissa?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ studenti li bdew isegwu kors fil-Bachelor of Arts (Honours) in Social Policy or in Social Work fis-sena akkademika 2023/24 huwa ta’ erbatax-il student.
In-numru ta’ studenti li bdew isegwu kors fil-Master of Social Work fis-sena akkademika 2023/24 huwa ta’ sebgħa.
In-numru totali ta’ studenti li qegħdin isegwu l-kors ta’ Master of Social Work fl-Università ta’ Malta huwa ta’ tmintax-il student. Dan jinkludi s-seba’ studenti li bdew f’din sena akkademika.