Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #8785 Sitting 199 2019-02-19 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Reġistru Pubbliku ta’ Għawdex — annotazzjonijiet ta' annullamenti

Question

Tista' l-Ministru tgħid, kemm saru annotazzjonijiet ta' annullamenti fir-Reġistru Pubbliku ta' Għawdex mis-sena 2013 sal-lum, sena b'sena? Kemm minnhom kienu annullamenti ċivili u kemm minnhom kienu tat-Tribunal Ekkleżjastiku?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #8786 Sitting 199 2019-02-19 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Reġistru Pubbliku ta’ Għawdex – divorzji reġistrati

Question

Tista' l-Ministru tgħid, kemm ġew reġistrati divorzji fir-Reġistru Pubbliku ta' Għawdex mis-sena 2013 sal-lum, sena b'sena? Tista' tgħid ukoll jekk xi ħadd mill-partijiet kienx ta' ċittadinanza barranija u jekk iva mil-liema pajjiż?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #8787 Sitting 199 2019-02-19 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Portijiet taċ-Ċirkewwa u tal-Imġarr — Tfittxijiet fuq karozzi u passiġġieri

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il-tfittxija saret fuq karozzi u passiġġieri kemm fil-Port taċ-Ċirkewwa kif ukoll fil-Port tal-Mġarr mis-security imqabbda mill-Gozo Channel tal-kuntrattur minn meta bdew isiru dawn it-tfittxijiet sal-lum? Tista' tgħid kemm minnhom taw riżultat pożittiv u x'instab u kemm minnhom ġew riferruti lill-pulizija għal aktar investigazzjoni?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minn Ġunju tas-sena 2017 sal-lum saru 5,015-il tfittxija fil-Port tal-Imġarr u 4,067-il tfittxija oħra fil-Port taċ-Ċirkewwa. Dawn it-tfittxijiet saru kollha fuq vetturi. Tfittxijiet fuq passiġġieri li jaqsmu bil-mixi mit-terminals isiru biss f’każ li l-persuna tkun meqjusa bħala Person of Particular Interest. Sal-lum qatt ma kien hemm każijiet simili. Dawk il-vetturi li ġew imfittxija, u li fil-pussess tagħhom instabulhom xi tip ta’ dangerious goods, u li iżda kienu intenzjonati li jużaw is-servizz li ma jintużax għal dangerous goods, ma ngħatawx aċċess biex jaqsmu l-fliegu, u d-dettalji tat-tali vetturi ġew irrekordjati u tniżżlu fuq il-Vehicle Black List. Eventwalment l-imsemmija vetturi ġew mogħtija permess jużaw il-vjaġġi li jintużaw apposta għal Dangerous Goods. Il-vetturi kollha li sa issa ġew blacklisted kienu biss qegħdin jiksru r-regolamenti skont il-Gozo Channel Operations Limited Dangerous Goods Procedures, u allura ma kinux suġġett għal passi kriminali kontrihom.
Leg 13 PQ #8922 Sitting 199 2019-02-19 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Proġett ta’ restawr tal-Fanal tal-Ġordan

Question

Tista’ l-Ministru taġġorna lill-Kamra dwar il-Proġett ta’ Restawr tal-Fanal tal-Ġordan ġewwa Għawdex? X’sar s’issa? Kemm qed ikun hemm ħaddiema jaħdmu kuljum u x’inhu l-grad tagħhom? F’liema xahar u sena huwa ppjanat li jitlesta dan il-proġett? Kemm kienet in-nefqa s’issa fuq dan il-proġett?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol qed isir mill-ħaddiema tal-Ministeru għal Għawdex u miexi skont kif pjanat u ikkoordinat ma’ diversi stakeholders li matul is-snin għamlu użu mis-sit.
Leg 13 PQ #8778 Sitting 198 2019-02-18 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – Principal Technical Officers u Senior Principal Technical Officers

Question

Tista’ l-Ministru tgħid fil-Ministeru għal Għawdex kemm hemm Principal Technical Officers u Senior Principal Technical Officers, f'liema Dipartiment u x’sezzjoni qegħdin, x’responsabilitajiet għandhom u x'tip ta’ xogħol għandhom u x’inhuma l-ħinijiet tax-xogħol tagħhom?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-Ministeru għal Għawdex hemm 7 Principal Technical Officers filwaqt li niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li l-grad ta’ Senior Principal Technical Officer ma jesistix fil-Gradi tal-Gvern.
Leg 13 PQ #8779 Sitting 198 2019-02-18 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – ħaddiema li jagħmlu xogħol fuq l-injam

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm ħaddiema jagħmlu xogħol fuq l-injam (mastrudaxxa) fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex sena b'sena u xahar b’xahar minn Marzu 2013 sal-lum? X'inhu l-grad tagħhom? X’tip ta’ xogħol jagħmlu u x’responsabilitajiet għandhom, u kemm ilhom jaħdmu kull wieħed u waħda minn dawn il-ħaddiema fiċ-Ċivil u x’inhuma l-ħinijiet tax-xogħol tagħhom? Xi kwalifiċi għandhom u x’korsijiet intbagħtu jagħmlu minn meta daħlu maċ-Ċivil u x’korsijiet hemm ippjanati li jsirulhom matul is-sena 2019?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-ħaddiema tal-Ministeru jiġu nfurmati u nkoraġġuti jattendu għall-korsijiet u taħriġ li perjodikament jiġu offruti mill-Institute for Public Services.
Leg 13 PQ #8780 Sitting 198 2019-02-18 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — inkjesti/ investigazzjonijiet / stħarriġ

Question

Tista' l-Ministru tgħid, kemm saru inkjesti/ investigazzjonijiet / stħarriġ f'kull dipartiment /uffiċċju, entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha minn Marzu 2013 sal-lum, sena b' sena? Tista' tgħid kemm minnhom għadhom pendenti u kemm ġew konklużi? Tista' tgħid in-natura ta' kull każ? Tista' tgħid jekk itteħdux passi dixxiplinari / legali u jekk ġewx sospiżi xi nies fid-dipartiment / entità konċernata u l-kariga tal-persuni involuti?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #8781 Sitting 198 2019-02-18 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – lift

Question

Tista' l-Ministru tgħid u telenka kemm-il uffiċċju/dipartiment u entità li taqa' fid-dekasteru tagħha għandu żewġ sulari jew aktar u tgħid f'liema hemm lift funzjonabbli?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Barra minn hekk il-Ministeru għal Għawdex għamel studju ta’ ristrutturar sabiex iżid l-aċċessibilità f’dan il-Ministeru u fl-immedjat hemm il-pjan li jinbidlu żewġ liftijiet u jiżdiedu tlieta oħra.
Leg 13 PQ #8824 Sitting 198 2019-02-18 Oral · Final From: DAVID STELLINI To: Ministeru għal Għawdex

Portijiet tal-Mġarr u x-Xlendi – xogħlijiet

Question

B’referenza għall-proġett tal-immodernizzar ta’ faċilitajiet għas-sajjieda fil-portijiet tal-iMġarr u x-Xlendi, tista’ l-Ministru telenka x-xogħlijiet li hu maħsub li jsir f’dawn iż-żewġ lokalitajiet?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-portijiet imsemmija hu maħsub illi jseħħu l-interventi kif ġej: Xlendi i. Rikostruzzjoni tad- drystanding area ; ii. Installazzjoni ta’ service pillars , dwal u CCTV cameras fid -drystanding area ; iii. Bdil tal- winch eżiżtenti għal wieħed aktar effiċċjenti; iv. Bini ta’ Landing Office ; u v. Rijabilitazzjoni tal- boat houses . Imġarr i. Provvista ta’ self-driven boat trailer u towed boat trailer biex jintużaw mis-sajjieda tal-post; ii. Installazzjoni ta’ service pillars , dwal u CCTV cameras fid -drystanding area ; u iii. Bdil tal- winch eżiżtenti għal wieħed aktar effiċċjenti. Dawn il-proġetti ser isiru parti minn fondi Ewropej u parti minn fondi nazzjonali.
Leg 13 PQ #8825 Sitting 198 2019-02-18 Oral · Final From: DAVID STELLINI To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel – bini ta’ raba’ vapur

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 5717 fejn tlabt lill-Ministru biex tagħti pjan fit-tul fir-rigward tar-raba’ vapur tal-Gozo Channel, dakinhar il-Ministru weġbitni li “kif jgħaddi l-proċess tal-PSO u l-Gozo Channel tirbaħ dan it-tender, ikunu jistgħu jingħataw id-dettalji kollha”. Peress li issa għaddew tmien xhur, tista’ l-Ministru tinforma lill-Kamra jekk kienx hemm żviluppi dwar il-proposta tar-raba’ vapur?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proċess għaddej.
Leg 13 PQ #8860 Sitting 198 2019-02-18 Oral · Final From: DAVID STELLINI To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Bini ta’ Qorti ġdida

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 6963 tal-24 t’Ottubru 2018, tista' l-Ministru tgħid fiex wasal il-proċess għall-bini ta' Qorti ġdid f'Għawdex?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għaddej il-proċess mal-Awtorità tal-Ippjanar.
Leg 13 PQ #8878 Sitting 198 2019-02-18 Oral · Final From: DAVID STELLINI To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel – servizzi tal-vapuri

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 8782 dwar il-futur tal-ħaddiema tal-Gozo Channel meta titlesta l-mina, tista' l-Ministru tgħidilna x'inhuma l-pjanijiet ta' diversifikazzjoni? X’servizzi se tkun qiegħda toffri l-Gozo Channel u kemm se jkun hemm bżonn ta’ ħaddiema biex topera? X'vapuri se tuża jekk dawk li hemm bħalissa, se jkunu waslu biex jinbidlu? Tista’ l-Ministru tgħid kemm snin għad fadlilhom joperaw il-vapuri tal-Gozo Channel? Xi studji tekniċi saru u meta ser jiġu ppubblikati, dwar il-mollijiet eżistenti li kif inti ddikjarajt “huma biss kompatibbli mal-vapuri eżistenti”?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din l-informazzjoni hija kummerċjalment sensittiva in vista tal-fatt li l-Gozo Channel trid titfa’ l-offerta tagħha għat-tender tas-servizz bejn iż-żewġ gżejjer.
Leg 13 PQ #8714 Sitting 197 2019-02-13 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Proġett tal-Pjazza tax-Xewkija – perit inkarigat

Question

Tista’ l-Ministru tgħid min hu l-perit/kumpanija ta' periti inkarigati mid-disinn u mill-proġett tal-Pjazza tax-Xewkija? Kif intgħażel dan il-perit/kumpanija u min ta l-awtorizzazzjoni biex jintgħażel/tintgħażel dan il-perit/kumpanija u kemm-il siegħa xogħol għamel/għamlet s’issa u x’tip ta’ xogħol fuq dan il-proġett u kemm tħallas/tħallset s’issa? Min ta l-awtorizzazzjoni biex jitħallas/titħallas? Kemm hu ppjanat li jitħallas/titħallas dan l-individwu/kumpanija fuq il-Progett tal-Pjazza tax-Xewkija matul is-sena 2019?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn żmien għal żmien, il-Ministeru għal Għawdex jagħmel użu minn numru ta’ konsulenti fuq id-diversi proġetti tiegħu. Dawn il-konsulenti huma kollha inqabbda skond proċeduri stabbiliti, u mħallsa skond rati fissi, l-istess bħalma kien isir taħt amministrazzjonijiet preċedenti.
Leg 13 PQ #8770 Sitting 197 2019-02-13 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għall-Għawdex — Nisa f'pożizzjoni ta' tehid ta' deċiżjonijiet

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 8564 u ċjoè: Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm nisa f’pożizzjoni ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet fil-Ministeru tagħha u fl-entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtha li jaħdmu bħalissa, mill-grad ta' Prinċipal 'il fuq?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għal din il-Mistoqsija Parlamentari għadu qed jinġabar.
Leg 13 PQ #8773 Sitting 197 2019-02-13 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Żebbuġ Għawdex – shooting range

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm membri attivi fix-Shooting Range ġewwa ż-Żebbuġ Għawdex sena b’sena, xahar b’xahar, mis-sena 2013 sal-lum? Tista’ tgħid ukoll x’inhuma l-miżati li jitħallsu biex wieħed juża x-Shooting Range u x’kien l-introjtu ta’ flus sena b’sena mill-2013 sal-lum kif ukoll għalxiex intuża l-introjtu li kien hemm mill-użu tax-Shooting Range?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onoevoli Interpellant li fil-perijodu 2013 sa’ 2019, l-Għajn Melel Shooting Range kienet amministrata mill-kumitat Gozo Clay Target Association. Għalhekk l-informazzjoni rikjesta ma hijiex aċċessibbli.
Leg 13 PQ #8774 Sitting 197 2019-02-13 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Nadur Għawdex – Triq tal-Ħanaq – xogħol

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx pjan li jitlesta x-xogħol tat-tieni kisja tarmak fi Triq tal-Ħanaq fin-Nadur, Għawdex qabel is-sajf 2019 peress li din it-triq għadha b'kisja waħda ta' tarmak fejn diġà ġratilha ħsara kbira peress li ma kienx tkompla x-xogħol? Jekk mhux se ssir qabel is-sajf 2019, tista' tgħid meta hu ppjanat li jsir dan ix-xogħol?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li in vista tal-kontenut ta’ din il-Mistoqsija Parlamentari, ser issir ispezzjoni biex jsir rapport dwar il-ħsara f’din it-triq msemmija fl-istess Mistoqsija.
Leg 13 PQ #8319 Sitting 196 2019-02-12 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – Grievances Boards

Question

Tista' l-Ministru tgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, liema kienu l- Grievances Boards li twaqqfu fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex u fi ħdan l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtha? Tista' tgħid min kienu l-membri ta' kull wieħed mill-imsemmija bordijiet u x'remunerazzjoni rċevew l-imsemmija membri? Tista' tgħid kemm tressqu każijiet quddiem kull bord u x'kienet id-deċiżjoni li ngħatat dwar kull każ li kellu quddiemu l-istess bord u dan mingħajr ma tindika l-isem u d-dettalji tal-persuni involuti? Tista' tgħid x'kien l-ammont li tħallas bħala kumpens dwar kull każ li tressaq quddiem l-imsemmija bordijiet?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 13 PQ #8359 Sitting 196 2019-02-12 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — attendenza għal festini/riċevimenti/ikliet/parties

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk kinitx mistidna, u jekk iva, jekk attenditx u f'liema data, għal festini/riċevimenti/ikliet/parties eċċ. f’kwalsiasi residenza privata jew proprjetà privata, inkluż fil-limiti tas-Siġġiewi u/jew Ħaż-Żebbuġ iżda mhux biss, ta’ xi membru tal-Ġudikatura matul ix-xahar ta’ Diċembru 2018? Tista' tgħid jekk dan japplikax ukoll għal kwalsiasi Kap ta’ Dipartiment jew Chief Executive jew Chairman ta’ kull entità li taqa’ taħtha?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-kontenut ta’ din l-interpellanza jmur kontra r-regoli stabbiliti dwar l-interpellanzi mill-Ordni Permanenti 27 peress li l-interpellanza fiha imputazzjoni (u ċjoè li s-sottoskritt jew persuni li jmexxu dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu ġew ospitati privatament minn ‘xi membru tal-gudikatura’) u wkoll peress illi tirrelata għall-kondotta ta’ persuna mhux fil-kariga uffiċjali jew pubblika tagħha. Inżid li min-naħa tiegħi bħala Ministru m’attendejt għall-ebda festini/riċevimenti/ikliet/parties, eċċ. li jirreferi għalihom l-Onor. Interpellant.
Leg 13 PQ #8709 Sitting 196 2019-02-12 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Xewkija – Triq Sannat – xogħol

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 8204 kollha u tgħid min hu l-perit inkarigat mit-tieni parti ta' Triq Sannat, Xewkija, kif intgħażel u kemm tħallas sa issa? Tista’ tgħid min ipprepara l-Bill of Quantities għal din it-triq?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa hemm appell għaddej u kull talba għall-informazzjoni mhix f’lokha.
Leg 13 PQ #8711 Sitting 196 2019-02-12 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Master Plan ta’ Kemmuna

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’sar sa issa fuq il-Master Plan ta’ Kemmuna? Min hu l-perit/kumpanija ta' periti inkarigati mill-Master Plan u xogħol ieħor relatat ma’ Kemmuna? Kif intgħażel dan il-perit/kumpanija u min ta l-awtorizzazzjoni biex jintgħażel/tintgħażel dan il-perit/kumpanija u kemm-il siegħa xogħol għamel/għamlet s’issa u x’tip ta’ xogħol fuq dan il-proġett u kemm tħallas/tħallset s’issa? Min ta l-awtorizzazzjoni biex jitħallas/titħallas? Kemm tħallas sa issa? Kemm hu ppjanat li jitħallas/titħallas dan l-individwu/kumpanija fuq il-Master Plan ta’ Kemmuna u xogħol relatat matul is-sena 2019?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn żmien għal żmien, il-Ministeru għal Għawdex jagħmel użu minn numru ta’ konsulenti fuq id-diversi proġetti tiegħu. Dawn il-konsulenti huma kollha inqabbda skont proċeduri stabbiliti, u mħallsa skont rati fissi, l-istess bħalma kien isir taħt amministrazzjonijiet preċedenti.