Legislature:
Category:
Reset
Active:

Uffiċċju tal-Prim Ministru – tkeċċija ta’ impjegati

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk dak rappurtat fl-artiklu li jinsab fuq il-link https://timesofmalta.com/articles/view/most-opm-officials-linked-to-keith-schembri-told-to-leave.766188 huwiex minnu u ċjoè li tkeċċew impjegati mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru li kienu assoċjati mal-individwu msemmi fl-artiklu, u jekk iva jgħid min huma u liema kariga kienu jokkupaw?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — impjegati

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il impjegat fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru li kien impjegat f’dak l-uffiċċju sal-1 ta’ Diċembru 2020 ma għadux impjegat f’dak l-uffiċċju llum? Jista’ jindika min minnhom kien impjegat tal-gvern u min kien fuq ħatra ta’ position of trust?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 13 PQ #12347 Sitting 294 2020-02-03 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MCA — uffiċjali

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid mill-2015 s’issa kemm attwalment mill-uffiċjali fi ħdan il-Malta Communications Authority (MCA) li issa huma ta’ grad maniġerjali (jew aħjar) jew professjonali kienu preċedentement impjegati ma’ xi waħda mill-entitajiet regolati mill-istess MCA?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 13 PQ #12353 Sitting 294 2020-02-03 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Direttiva (UE) 2018/1972 — Implimentazzjoni

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk saritx xi ħidma fir-rigward tat-twettiq tal-implimentazzjoni tad-Direttiva (UE) 2018/1972 u jekk saret fiex tikkonsisti?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 13 PQ #12568 Sitting 294 2020-02-03 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ittra ta' Riżenja ta' individwu

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ittra tar-riżenja tal-individwu li ismu qed jingħata separatament, liema ittra tar-riżenja ġiet ippreżentata lill-President ta' Malta nhar it-Tnejn 13 ta' Jannar 2020?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor Interpellant li kif jaf, l-ittra tar-riżenja tal-individwu li ismu qed jingħata separatament ġiet ippreżentata lill-President ta’Malta .
Leg 13 PQ #12659 Sitting 294 2020-02-03 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Sponsorships

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12455 u 12370 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-isponsorships li ngħataw mill-Ministeru, Dipartimenti, Awtoritajiet u entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, kemm kien il-valur ta' kull sponsorship u lil min ingħata (l-isem tal-individwu, kumpanija jew entità pubblika) minn Ġunju tal-2017 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nformat li l-Stamperija tal-Gvern tat scholarship ta’taħriġ lill-żewġ impjegati b’valur ta’ €2,600(VAT mhux inkluża) u li l-Istitut tas-Servizz Pubbliku ta’ bejn scholarships u sponsorships lill 519 persuna bil-valur totali li tammonta għal-€2,259.449.70(VAT mhux inkluża).
Leg 13 PQ #12669 Sitting 294 2020-02-03 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Lista’ ta’ rigali

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-lista ta' rigali li l-predeċessur tiegħu fil-kariga ta' Prim Ministru rċieva mis-sena 2013 sa nhar it-Tnejn 13 ta' Jannar 2020?

Response (ABELA, ROBERT)

Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq l-Mejda tal-Kamra. Ninforma ukoll lill-Onor Interpellant li kuntrarjament għal dak li kien issir qabel, ir-rigali idaħħlu ukoll fl-inventarju tal-kmamar fejn jinsabu.
Leg 13 PQ #12339 Sitting 293 2020-01-29 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħatra ta’ Direttur (Manutenzjoni u Restorazzjoni)

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 12072 fejn intqal li 'Ninsab infurmat li t-tliet sejħiet għar-rigward tal-pożizzjoni ta’ Direttur (Manutenzjoni u Restorazzjoni) qatt ma ġew ikkanċellati', jista’ l-Prim Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li għat-tielet darba konsekuttiva s-sejħa għall-post biex jinħatar Direttur (Manutenzjoni u Restorazzjoni) fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex, li ilu vakanti għal aktar minn sentejn, ma ġie magħżul ħadd? Jista’ jgħid x’hemm ippjanat li jsir biex din il-kariga tiġi mimlija fi żmien qasir?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nformat li l-proċess għall-ħatra ta’ Direttur (Manutenzjoni u Restorazzjoni) fil-Ministeru għal-Għawdex, għadu ma ġiex konkluż. Għaldaqstant mhux minnu dak li jgħid l-Onor Interpellant li għat-tielet darba konsekuttiva , ma ġie magħzul ħadd ghal din l-kariga.
Leg 13 PQ #12549 Sitting 293 2020-01-29 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Budget 2020 — Inkomplu Nikbru Flimkien - spiża fuq reklamar

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 12329, jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk sarux aktar spejjeż fuq media oħra, u fuq stazzjonijiet tar-radju u t-televizjoni, ġurnali u portals lokali? Kemm ġiet tiswa wkoll il-VAT fuq in-nefqa totali?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab informat li l-Media houses li fuqhom ġie rreklamat materjal b’rabta mal-Budget 2020 fuq stazzjonijiet tar-radju u t-televizjoni, ġurnali u portals lokali huma dawn: Tvm, Net Tv, One Group, Fliving, Times of Malta, Malta Today, Malta Independent, Lovin Malta, Newsbook, Bay Radio, Vibe FM, Kulħadd u Torca. Il-VAT fuq in-nefqa totali fuq dawn kienet €7,016.47.
Leg 13 PQ #12455 Sitting 291 2020-01-27 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Sponsorships

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12370 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-isponsorships li ngħataw mill-Ministeru, Dipartimenti, Awtoritajiet u entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, kemm kien il-valur ta' kull sponsorship u lil min ingħata (l-isem tal-individwu, kumpanija jew entità pubblika) minn Ġunju tal-2017 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 13 PQ #12460 Sitting 291 2020-01-27 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Investigazzjoni fuq manipulazzjoni ta' wikipedia page

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12394, jista' l-Prim Ministru jikkonferma li ma saret ebda investigazzjoni fl-Uffiċċju tiegħu u dipartimenti oħra li jaqgħu taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u għaldaqstant jista' jikkonferma li l-manipulazzjoni fuq wikipedia ma saritx minn l-ebda uffiċċju li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid ukoll liema hu l-Ministeru kkonċernat?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li saret inkjesta interna f’dan ir-rigward u l-eżitu tagħha tħabbar fi stqarrija numru 200071 mid-Dipartiment tal-Informazzjoni nhar l-Erbgħa 22 ta’ Jannar 2020.
Leg 13 PQ #12471 Sitting 291 2020-01-27 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ittra ta’ riżenja ta’ individwu

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ittra li permezz tagħha l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament irriżenja minn Kummissarju tal-Pulizija? Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe ittra jew dokument li ntbagħtet minnu u/jew mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru bi tweġiba jew b'rabta mal-imsemmija riżenja?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 13 PQ #12473 Sitting 291 2020-01-27 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ittra ta’ riżenja ta’ individwu

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ittra li permezz tagħha l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament irriżenja minn Chief of Staff tal-Prim Ministru? Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe ittra jew dokument li ntbagħtet minnu u/jew mill-predeċessur tiegħu u/jew mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru bi tweġiba jew b'rabta mal-imsemmija riżenja?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab informat li l-individwu msemmi b’mod separat, kien fuq kuntratt defenit u appena nnotfika li se jwaqqaf il-kuntratt lill-Prim Ministru preċidenti, din ġiet ikkomunikata lill-amministrazzjoni li waqfet il-kuntratt b’mod immedjat.
Leg 13 PQ #12474 Sitting 291 2020-01-27 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ittra ta’ riżenja ta’ individwu

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ittra li permezz tagħha l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament irriżenja minn Ministru għat-Turiżmu? Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe ittra jew dokument li ntbagħtet minnu u/jew mill-predeċessur tiegħu u/jew mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru bi tweġiba jew b'rabta mal-imsemmija riżenja?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-riżenja tal-individwu msemmi b’mod separat, hija rrekordjata fil-minuti tal-Kabinet.
Leg 13 PQ #12475 Sitting 291 2020-01-27 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ittra ta’ riżenja ta’ persuna

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ittra li permezz tagħha l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament irriżenjat minn Ministru għal Għawdex? Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe ittra jew dokument li ntbagħtet minnu u/jew mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru bi tweġiba jew b'rabta mal-imsemmija riżenja?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għal-istqarrija maħruġa għal-stampa nru 200064.
Leg 13 PQ #12478 Sitting 291 2020-01-27 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Provision of Scheduled Passenger Ferry Service between Malta and Comino – selection processed

Question

Jista’ l-Prim Ministru jispjega jekk hux se tittieħed azzjoni xierqa biex jiġi assigurat li s-selection process għall-Provision of Scheduled passenger ferry service between Malta and Comino jkun fil-fatt trasparenti u dan ir-Request for proposals TM RFP001/2019 jiġi rivedut qabel ma jiġi ffirmat l-agreement mal-preferred bidder propju ftit ġranet oħra u ċjoè fil-25 ta’ Jannar 2020? In vista li dan it-tender joħloq monopolju assolut ta’ 15-il sena u se jiġu affetwati negattivament madwar 40 Operatur, jista’ jara li tittieħed azzjoni issa qabel dan l-agreement ma jiġi ffirmat mal-preferred bidder u in vista tal-fatt li appell kontra dan is-selection board jista’ jsir biss bi prohibitive premium ta’ €75,000?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 13 PQ #12513 Sitting 291 2020-01-27 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — laqgħat ma' individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta u fejn, fil-kariga uffiċjali tiegħu, iltaqa’ mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament minn Lulju 2017 ’il quddiem?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill- Onor Interpellant li fil-perjodu msemmi, jien ma kelli l-ebda kariga u kemm ilni fil-kariga ta’Prim Ministru ma’ltqajtx mal-persuna li hija msemmija b’mod separat.
Leg 13 PQ #12329 Sitting 290 2020-01-22 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Budget 2020 — Inkomplu Nikbru Flimkien - spiża fuq reklamar

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12046 u 11953 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid x'kienet l-ispiża totali tar-reklamar fuq il-medja soċjali, bid-dettalji u l-spejjeż kollha involuti u mħallsa mill-MaltaGov, għall-filmati li saru dwar il-Budget 2020 bit-titlu ‘Inkomplu Nikbru Flimkien’?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab informat li l-ispiża totali tar-reklamer fuq il-medja soċjali, bl-ispejjeż kollha involuti għall-filmati li saru dwar il-Budget 2020 hija ta’ €55,789 bla VAT. Din tkopri spejjeż marbuta ma’ filming, editing, casting, data management u sponsoring fuq Facebook u Google.
Leg 13 PQ #12411 Sitting 289 2020-01-21 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Home Equity Release for Pensioners

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’passi ttieħdu jew se jittieħdu sabiex titwettaq ’l hekk imsejħa Home Equity Release for Pensioners?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 13 PQ #12264 Sitting 288 2020-01-20 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — safar, fuel u hospitality - nefqa

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12089, jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali għas-safar, fuel u hospitality f'kull Dipartiment, uffiċċju, Awtorità u entitajiet oħra kwalunkwe li jaqgħu taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, minn Jannar 2019 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din id-domanda?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.