Legislature:
Category:
Reset
Active:

Pharmacy of Your Choice – pazjenti eleġibbli taħt din l-iskema

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid bħala numru kemm kellhom pazjenti reġistrati magħhom kull spiżerija individwalment u maqsuma skont il-lokalitajiet indikati hawn taħt, fis-snin bejn l-2011 u l-2017 li huma eleġibbli taħt l-iskema tal-Pharmacy of Your Choice (POYC)? Għargħur Fontana G’Mangia Għarb Sta. Venera Sannat Mġarr Malta Kalkara Xgħajra Floriana Mtarfa Baħrija Ta’ Xbiex

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tabella t’hawn taħt fejn qed tindika in-numru totali ta’ pazjenti reġistrati fl-ispiżeriji u li huma eleġibbli taħt l-iskema tal-Pharmacy of Your Choice fil-lokalitajiet tal-Għargħur​​​, il-Fontana, Tal-Pieta’, l-Għarb, Santa Venera​, Sannat, L-Imġarr-Malta, il-Kalkara, ix-Xgħajra, il-Furjana, l-Imtarfa, il-Baħrija u Ta’ Xbiex. Lokalita' 2011 2012 2013 2014 2015 2016 2017 Il-Bahrija 203 168 105 101 97 94 80 L-Għarb (Għawdex) - - - - - 198 245 Il-Għargħur 613 658 635 675 392 714 716 Il-Furjana - 761 799 3894 5126 5079 5232 Il-Fontana (Għawdex) 156 215 273 342 413 481 515 Il-Kalkara 562 677 713 760 768 787 799 L-Imgarr 721 769 757 835 904 950 968 L-Imtarfa 398 474 485 546 582 595 594 Tal-Pieta’ 1390 1525 1500 1623 1676 1721 1696 Santa Venera 1873 2079 2251 2391 2470 2445 2427 Is-Sannat (Għawdex) 179 195 206 241 275 312 325 Ta' Xbiex 473 496 473 492 489 502 494 Ix-Xgħajra - - 272 314 366 423 440

Pharmacy of Your Choice – pazjenti reġistrati

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien in-numru totali ta’ pazjenti reġistrati mal-Pharmacy of Your Choice (POYC) f’Malta u f’Għawdex fis-snin bejn l-2011 u l-2017 (sena sena)?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tabella t’hawn taħt. Pazjenti reġistrati mal-POYC Lokalita’ 2011 2012 2013 2014 2015 2016 2017 Malta 55,651 74,299 106,137 121,403 129,743 137,070 141,242 Għawdex 9,349 9,771 9,544 10,057 10,337 10,736 11,025

Pharmacy of Your Choice

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk persuni b'passaport mhux Malti iżda li jaħdmu jew residenti f’Malta, humiex kollha eleġibbli li jirreġistraw fl-iskema tal-Pharmacy of Your Choice (POYC) jekk ikunu jbatu minn mard kroniku li jaqa taħt ix-Schedule 5 (kartuna safra)?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi jekk persuna b’ċittadinanza barranija tkun qed taħdem f’Malta jew inkella tkun qed tingħata għajnuna soċjali mill-Gvern Malti, hi tkun intitolata għall-mediċina b’xejn. F’każ li l-persuna ma jkollix identifikazzjoni Maltija tinħareġ karta safra temporanja għal tlett xhur fuq in-numru tal-passaport jew in-numru ta’ l-isptar tal-pazjent. F’dawn it-tlett xhur il-persuna kkonċernata għandha tilħaq tapplika għall-identifikazzjoni Maltija.

Sptar Mater Dei — MITU Brown 3rd Floor - Sala għal treatment ta' Ramicade

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jieħu l-passi meħtieġa sabiex jara x'jista' jsir sabiex fis-sala MITU Brown 3rd Floor fl-Isptar Mater Dei fejn jingħata t-treatment ta' Ramicade lil pazjenti li jkollhom bżonn l-aħjar attenzjoni minħabba l-vulnerabbilità tagħhom fil-preżent, il-ward fejn qegħdin jinqdew hija shared ma' pazjenti oħra tal-mediċina, bil-biża' li: a. il-ħames sodod li hemm għal dawn il-pazjenti huma ftit wisq mad-domanda li teżisti; b. il-fatt li s-sala hija shared, qed toħloq biża li l-pazjenti li jkunu tant vulnerabbli bit-trattament li jkunu qed jieħdu, ikunu qegħdin fil-perikolu minħabba pazjenti oħra li qed ikunu fl-istess sala?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi meta nfetaħ l-Isptar Mater Dei aktar minn 10 snin ilu kien diġa zgħir wisq għal htiġijiet tal-popolazzjoni Maltija. Matul dawn l-aħħar snin l-awtoritajiet tas-Saħħa ħadu passi sabiex jiżdiedu s-sodod akuti għat-trattament tal-pazjenti tagħna.

Direct Oral Anticoagulants

Question

B’referenza għall-mediċini Direct Oral Anticoagulants (DOACs) li huma mediċina li tintuża minflok il-warfarin, u peress li dawn għandhom prezz ferm aktar għoli mill-warfarin imma ma jenħtieġux moniteraġġ regolari u għalhekk servizzi ta’ riżorsi tad-Dipartiment li jinkludu fost oħrajn laboratorju, phlebotomist, trasport ta’ pazjenti u/jew point of care fiċ-Ċentri tas-Saħħa bl-użu ta’ kit kif ukoll numru ta’ referals outpatients u inpatients li jsiru minħabba emoraġija, u peress li l-prassi li tingħata din il-mediċina minflok il-warfarin ilha li ttieħdet f’ħafna pajjiżi Ewropej, u peress ukoll li l-Att dwar is-Saħħa jtenn li l-kumitat tal-cost-benefit analysis għandu jħares l-interessi tas-servizz tas-saħħa b’mod ħolistiku meta jiġi għall-consumables u mediċini, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk qattx sar cost-benefit analysis bl-għan li juri jekk ikunx jaqbel kemm lill-Gvern u lill-pazjenti biex id-DOACs ikunu fil-formolarju?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Oral Anticoagulants diġa jinsabu fil-formularju għal pazjenti adulti bil-venous thromboembolism li jagħmlu operazzjonijiet tan-knee replacement.

Kummissarju tas-Saħħa Mentali – rapport annwali 2016

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport annwali tal-Kummissarju għas-Saħħa Mentali għas-sena 2016?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-rapport imsemmi minnha diġa tpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.

Riċerka fuq is-saħħa — nefqa

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kienet in-nefqa ta’ pajjiżna fuq ir-riċerka fis-saħħa, sena b’sena minn Jannar 2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tabella t’hawn taħt fejn qed tindika in-nefqa fuq ir-riċerka fis-saħħa għas-snin imsemmija, mid-Direttorat ghall-Informazzjoni dwar is-Saħħa u r-Riċerka fi ħdan il-Ministeru għas-Saħħa. Sena Nefqa (€) 2013 398,762.81 2014 496,147.04 2015 506,564.07 2016 693,044.63

Ħlas ta’ konvenju fuq qabar

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm persuni li ħallsu l-konvenju għall-qabar għas-somma ta’ €5,000 u li issa se jħallsu €8,000 għal kull qabar?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi dawk il-persuni kollha li ffirmaw il-konvenju bbażat fuq il-prezz ikkwotat mhux ser iħallsu aktar mill-prezz hekk kif jidher fil-konvenju.

Hepatitis C – pazjenti — kura

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm pazjenti bil-Hepatitis C li qed jieħdu l-kura f’pajjiżna?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-ġimgħat li ġejjin id-Dipartiment tas-Saħħa ser ikun qed jippubblika l-istrateġija Nazzjonali għall-eradikazzjoni tal-Epatite C.

Vital Global Healthcare — Investiment

Question

Peress li meta kien ġie ffirmat il-ftehim bejn Vital Global Healthcare (VGH) u l-Gvern ta’ Malta, il-Prim Ministru kien ħabbar li din il-kumpanija kienet se tinvesti €220 miljun 'fl-ewwel snin tagħha', jista’ l-Ministru jgħid kemm investiet din il-kumpanija f'Malta minn meta ġie ffirmat il-kuntratt tagħha mal-Gvern Malti sal-lum?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi minn Ġunju tal-2016 saru numru ta’ xogħlijiet fl-isptarijiet imsemmija. Dawn jinkludu: •Tindif tal- asbestos mill- campus tal-isptar San Luqa. • Ftuħ ta’ ċentru ġdid tal- orthotics u prosthetics . • Ftuħ ta’ ward iddedikata għall- istroke. • Beda x-xogħol fil- car park tal-isptar San Luqa. • Beda x-xogħol fuq skola tan- nursing li se jkollha studenti jsegwu degree man- Northumbria University. • Investa fil- lobby tal-isptar ta’ Għawdex biex il-pazjent jinqeda f’post aħjar u sar xogħol ta’ tisbiħ f’ħafna partijiet madwar l-isptar. • Servizz ta’ ħelikopter għall-isptar ta’ Għawdex. • Beda x-xogħol fuq il- campus ta’ Barts. • Beda x-xogħol fuq sistema tal- IT li ġġib dawn l-isptarijiet paper free.

Vital Global Healthcare – valur tal-mobbli mogħti fil-kuntratt

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li fil-kuntratt iffirmat bejn il-Gvern Malti u Vital Global Healthcare (VGH) f'Marzu 2016, il-valur li ngħata lil mobbli kollha (contents) inkluż l-apparat kollu mediku tal-Isptar San Luqa, l-Isptar Karen Grech u l-Isptar Ġeneral ta’ Għawdex kien ta’ €1 (ewro wieħed)?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kuntratt jistipula li l-apparat kollu mediku għandhu jinżamm fl-aħjar kundizzjonijiet u l-aqwa standards mediċi. Huwa għalhekk li l-maġġoranza ta’ dan l-apparat kien previst li jinbidel matul il-perjodu tal-koncessjoni

Vitals Global Healthcare – trasferiment lil kumpanija Amerikana

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk it-trasferiment tal-Vitals Global Healthcare (VGH) lill-kumpanija privata Amerikana kienx jeħtieġ l-awtorizzazzjoni tal-Gvern u jekk iva, fuq liema bażi ngħatat din l-awtorizzazzjoni?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi abbażi tal-kuntratt ta’ konċessjoni, l-kunsens tal-Gvern huwa meħtieġ għat-trasferiment tal-ishma f’Vitals Global Healthcare Limited.

Vitals Global Healthcare – trasferiment lil kumpanija Amerikana

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk it-trasferiment ta’ Vitals Global Healthcare (VGH) lill-kumpanija privata Amerikana hux komplut jew jekk għadux fuq bażi ta’ konvenju jew ftehim ieħor ta’ natura temporanja jew kundizzjonata?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-rwol tal-Gvern f’dan ir-rigward mhuwiex li jidħol bejn żewġ kumpaniji jew gruppi privati, imma li jassigura li l-ftehim oriġinali ffirmat mal-Vitals Global Healthcare (VGH) jiġi osservat fl-intier tiegħu.

Vitals Global Healthcare – trasferiment lil kumpanija Amerikana

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm intoppi biex sar l-iffirmar tat-trasferiment ta’ Vitals Global Healthcare (VGH) lill-kumpanija privata Amerikana, liema ftehim tħabbar f’Diċembru 2017?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3287.

Vitals Global Healthcare – bejgħ ta’ apparat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għal liema raġuni l-apparat kollu tat-tliet sptarijiet, ċjoè l-Isptar t’Għawdex, l-Isptar San Luqa u l-Isptar Karin Grech, inbiegħu lil Vitals Global Healthcare (VGH) għal €1 biss?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3270.

Vitals Global Healthcare – ksur tal-kundizzjonijiet tal-ftehim oriġinali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk Vitals Global Healthcare (VGH) kisrux xi kundizzjonijiet mill-ftehim oriġinali li kien jorbothom ma’ numru ta’ skadenzi u jekk iva, liema kundizzjonijiet inkisru u x’passi ħa l-Gvern in vista ta’ dan?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Gvern irriserva d-drittijiet tiegħu skont it-termini tal-kuntratti relattivi.

Dħaħen prodotti mill-fran

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jinvestiga s-sitwazzjoni dwar id-dħaħen prodotti minn fran li jaħdmu bil-ħatab jew bil-fuel li qed jaffetwaw lir-residenti tal-madwar? (Jista’ jsir kuntatt mal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi mad-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali kien sar ilment fl-Lulju tal-2017 dwar emissjonijiet minn ċumnija ta’ forn li jinsab fil-post imsemmi minnu. L-ilment ġie investigat nhar is-26 ta’ Lulju 2017 fejn il-persuna responsabbli għall-forn ġiet ordnata tnaddaf iċ-ċumnija. It-tindif tal-istess ċumnija kien sar il-Ħadd 30 ta’ Lulju 2017 u kienet saret verifika neċessarja mill-uffiċċjali għas-Saħħa Ambjentali. Ninfurmah ukoll li saret spezzjoni oħra fis-17 ta’ Jannar 2018 fil-preżenza wkoll tal-persuna responsabbli mill-forn, fil-ħin tal-ispezzjoni l-forn kien qiegħed jiġi mkebbes bin-nar permezz ta’ injam qabel ma ssir fornata ħobż. Iċ-ċumnija ġiet spezzjonata u dak il-ħin ma rriżulta ebda emissjoni minnha. L-injam li kien qed jintuża huwa konformi mar-Regolamenti dwar l-Użu ta’ Materjal Kombustibbli fl-Ifran.

NPICU – pazjenti trabi

Question

B’referenza għan-Neonatal Paediatric Intensive Care Unit (NPICU), post li joffri kura ta’ kwalità u intensiva lil tfal ta’ taħt it-tliet snin, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm iddaħħlu pazjenti trabi u tfal taħt it-tliet snin fis-snin 2015, 2016 u 2017? Kemm kienet il-bed occupancy rate ta’ dan il-unit fis-snin 2015, 2016 u 2017?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’ trabi u tfal taħt it-tliet snin li ddaħħlu fil- Neonatal Paediatric Intensive Care Unit (NPICU), fis-snin 2015 u 2016 kif ukoll l-Average Bed Occupancy f’din is-sala għall-istess perjodu jidhru fit-tabella hawn taħt: Sena Numru ta’ Admissions u Transfers In Average Bed Occupancy (%) 2015 449 81% 2016 472 87% Ninfurmah ukoll illi l-figuri għal 2017 għadhom qed jiġu vvalidati.

NPICU – nurse complement u complement ta’ tobba residenti

Question

B’referenza għan-Neonatal Paediatric Intensive Care Unit (NPICU), post li joffri kura ta’ kwalità u intensiva lil tfal ta’ taħt it-tliet snin, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hu l-complement ta’ nurse to baby ratio f’dan il-unit (eskluż il-qwiebel li jmorru hemm biex ikollhom hands on experience) bħala nursing complement? Kemm hu l-complement ta’ tobba residenti f’dan il-unit? Kif tipparaguna dawn iċ-ċifri ma’ standards internazzjonali, meta mqabbel mat-turnover ta’ pazjenti?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-riżorsi fin-Neonatal Paediatric Intensive Care Unit ivarjaw skont il-kundizzjonijiet tat-tfal. Din il-unit jkollha trabi li jkollhom bżonn kura intensiva li tirrikjedi nurse:patient ratios ta’ 1:1 kif ukoll trabi li jkollhom bżonn high dependency care li ma tirrikjedix 1:1 ratios. F’din is-sala hemm 13 il-tabib li joffru s-servizzi tagħhom fuq bażi residenti. Dawn ir- ratios jikkomparaw tajjeb ħafna ma units simili barra minn Malta.