Legislature:
Category:
Reset
Active:

L-Imsida – Bini ta’ Skola

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju wasal il-proġett tal-bini tal-Iskola tal-Imsida? Jista’ jgħid min kien il-kuntrattur li kellu jitwaqqaf mill-proġett tal-bini ta’ din l-iskola? Jista’ jgħid ukoll min hu l-kuntrattur li attwalment qed jieħu ħsieb dan il-proġett?

Response (BONETT, CHRIS)

Nistieden lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija paramentari lill-Ministeru kkonċernat.

Is-Swieqi – Ħsara fil-pont

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'surveys jew testijiet saru fuq il-ħsara u qsim li jidher li żviluppaw fuq il-pont tas-Swieqi u x'kien ir-riżultat tagħhom? Jista' jgħid ukoll jekk hemmx il-bżonn jew il-ħsieb li jsir intervent biex ma jkunx hemm periklu għall-ħajjiet tan-nies?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta għaddejja b’ħidma estensiva ta’ xogħlijiet ta’ manutenzjoni fuq toroq arterjali u distributorji matul il-lejl. Il-ħidma, li qed issir biex il-ħsarat li ġġarrab l-infrastruttura ma tkomplix tidħol fil-fond, bdiet f’Novembru u ser tissokta sa Mejju li ġej. F’dawn is-seba’ xhur ser ikunu saru xogħlijiet f’34 triq fuq medda ta’ 13-il kilometru. Il-programm ta’ ħidma kien jaħseb ukoll biex Infrastructure Malta tagħmel intervent ta’ manutenzjoni f’partijiet differenti tal-wiċċ tat-triq ta’ Mikiel Anton Vassalli, inkluż fil-parti li tmiss mal-pont tas-Swieqi. Ix-xogħlijiet, li bdew fit-2 t’April u ser jibqgħu għaddejjin sat-18 t’April mifruxin fuq jiem differenti, jinkorporaw ħidma fuq iż-żewġ karreġġjati. Bejn it-2 u l-5 t’April saru xogħlijiet t’asfalt f’parti mill-karreġġjata fid-direzzjoni lejn is-Swieqi ta’ Triq Mikiel Anton Vassalli, San Ġiljan. Bejn id-9 u t’18 t’April ser isiru xogħlijiet fil-parti li tmiss mal-pont tas-Swieqi. Din il-manutenzjoni pjanata, tinkludi intervent fejn se tinbena transition slab, permezz t’estensjoni tal-gverta tal-konkos f’forma ta’ feles minn fuq l-appoġġi tal-pont biex id-differenza fil-materjal tkun gradwali. Ix-xogħlijiet ser jikkonsistu minn tqaxxir tal-wiċċ, tpoġġija ta’ ħadid, u jingħata l-konkos ta’ din il-gverta. Fuqha tinbena f’saffi l-parti tat-triq affettwata minn dan l-intervent. Għalkemm ma jeżistux perikli imminenti fuq l-istruttura tal-pont antik dan ser ikun fil-qalba ta’ proġett akbar għaż-żona, hekk kif imħabbar f’Jannar li għaddha. Il-pont ser ikun qed jitneħħa u minflok isiru strutturi ġodda li jtejbu u jiffaċilitaw l-aċċess għaż-żoni ta’ Swieqi u San Ġiljan, kemm bil-pass u anke għall-vetturi. L-applikazzjoni għal dan il-proġett f’żona kruċjali f’pajjiżna ġiet sottomessa lill-Awtorità tal-Ippjanar.

TM – Nies ingaġġati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati nies ma' Transport Malta (TM) f'kull xahar bejn Marzu 2023 u l-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' juri dan f'tabella li tindika l-grad u s-salarju ta' dawk ingaġġati fiż-żmien imsemmi, maqsuma xahar b'xahar, u għal kull ingaġġ jindika jekk dan sarx b'sejħa pubblika jew b'mod ieħor?

Response (BONETT, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għal-mistoqsija parlamentari 1190. Il-Bqija tal-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra ma’ din it-tweġiba.

Ir-Rabat, Għawdex — Pjazza San Ġorġ – Passaġġi pubbliċi– Interventi minn TM

Question

Jista’ l-Ministru: i. jgħid kemm kien hemm drabi f'din l-aħħar sena, li Transport Malta intervjeniet biex ir-regoli tal-passaġġi pubbliċi fi Pjazza San Ġorġ, ir-Rabat Għawdex, jibqgħu mħarsa u ma jiġux maħnuqa mill-imwejjed u s-siġġijiet? ii. jgħid jekk Transport Malta għandhiex ġurisdizzjoni fuq żgombrar tal-imwejjed u siġġijiet fl-istess pjazza f'okkażjonijiet bħal funerali u tiġijiet u għaliex dan mhux iseħħ?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill- Onor. Interpellant illi Transport Malta tgħin u tagħti sapport lill-aġenziji u awtoritajiet oħra sabiex jiġu mħarsa r-regolamenti u jiġu attwati ordnijiet speċifiċi.

Birkirkara — Triq San Ġiljan - Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta Triq San Ġiljan, f'Birkirkara se tkun lesta kompletament u x'inhi r-raġuni għaliex ix-xogħol ilu wieqaf numru ta' ġimgħat b'konsegwenza li dan qed ikun ta' inkonvenjent għar-residenti u għat-traffiku? Jista' wkoll jagħti rendikont ta’ x’xogħol sar u għaliex?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fit-triq imsemmija għaddejjin xogħlijiet fuq is-sistema tad-drenaġġ. Wara t-tlestija ta’ din il-ħidma, Infrastructure Malta tibda b’xogħlijiet infrastrutturali, inkluż il-bini mill-ġdid tat-triq u mogħdija ta’ servizzi oħra.

Toroq — Xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16331, jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ dawk it-toroq li fis-sena 2023 sarilhom xi xogħol imma kellu jerġa’ jsir xogħol fihom irrispettivament mir-raġuni għaliex kellu jerġa’ jsir xogħol fihom? Skont id-data li qed jagħmel referenza għaliha fl-istess tweġiba, jista’ jgħid ukoll kemm hemm toroq li fis-sena 2023 sar fihom aktar minn intervent wieħed ?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16331.

Infrastructure Malta — Lista ta’ Proġetti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16974 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15771, jista’ l-Ministru jwieġeb is-segwenti mistoqsijiet għall-proġetti li qegħdin isiru bħalissa minn Infrastructure Malta u li huma msemmija fit-tweġiba; i. meta beda l-proġett; ii. meta kien proġettat li kellu jispiċċa; iii. kemm kien hemm flus budgeted għalih u; iv. kemm fil-fatt ġie jiswa?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari ser tingħata f’seduta oħra.

Infrastructure Malta — Lista ta’ Proġetti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16975 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15771, jista’ l-Ministru jipprovdi lista tal-proġetti kollha li saru minn Infrastructure Malta fis-sena 2023?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġetti li saru minn Infrastructure Malta fis-sena 2023 huma: Triq il-Qamħ, Attard; Triq is-Sieqja, Attard; Triq ix-Xgħir, Attard; Triq iż-Żir, Attard; Triq Hannibal, Attard; Triq il-Palazz l-Antik tal-Gvernatur, Birgu; Triq San Filippu, Birgu; Triq in-Naxxar, Birkirkara; Triq Felicjan, Birzebbuga; Triq Port Hieles, Birzebbuga; Triq Alessandra, Bormla; p/o Triq il-Kbira / p/o Triq Maddalena / p/o Triq Dun Karm Azzopardi, Dingli; p/o Triq Dun Karm Azzopardi, Dingli; p/o Triq Mater Boni Consilii, Fgura; Triq Dun Guzepp Demicoli, Ghaxaq; Resurfacing works at MIA ring road, Gudja; Triq Manoel de Vilhena, p/o Triq Carlo Manche, Gzira; Ix-Xatt ta' Tigne, Gzira; Triq San Gwann, Hamrun; Triq San Gejtanu, Hamrun; Triq Joe Sciberras, Hamrun; Smart City Area, Kalkara; Triq il-Kapuccini, Kalkara; Triq is-Salvatur, Lija; Sqaq il-Kuncizzjoni, Lija; Triq Balbi, Marsa; Triq Lazzru Pisani, Mgarr; Triq in l-Abatija, Mgarr; Triq Sir Harry Luke, Mgarr; Sqaq Dun Edgar Gatt, Mgarr; Triq il-Bidnija, Mosta; Triq il-Kbira, Mosta; Triq il-Missjunarji Maltin, Mosta; Triq id-Difiza Civili, Mosta; Remedial works at Triq Tas-Sejba, Mqabba; Resurfacing works at Mriehel By Pass (Vjal ir-Royal Malta Artillery North Bound), Mriehel; Triq l-Intornjatur, Triq l-Ghadam, Triq it-Territorials, Triq Giovanni Felice, Triq San Gwakkin, Triq l-Ghajn ta' Nofs , p/o Triq il-Haddiema, p/o Triq il-Birrerija, Mriehel; tal-Qroqq, Msida; Triq ta' Bieb it-Torri, Msida; Triq ta' Xmiexi, Msida; p/o Triq l-Irmigg, Triq tal-Gheriebel, Sqaq Dun Andre, p/o Triq il-Karozzin, Msida; Triq Clarence, Msida; Triq l-Emigranti, Naxxar; Triq Britannja, Paola; Triq is-Sultana, Paola; Triq il-Battalja ta' Malta, p/o Triq Juno, Triq Tunis, p/o Triq l-Imhallef William Harding, Triq A Cini, Pembroke; Triq San Gwakkin, Qormi; Tal-Landrijiet Area, Sewer lining works at Triq San Luqa, Triq San Luqa, Triq Tat-Torri, Triq Pawlu Xuereb, Triq VM Pellegrini, Rabat; Triq Mikiel Anton Vassalli, Triq Sir Joseph Carbone, Reconstruction of Triq William Prescott, p/o Telghet Birkirkara, Sqaq Ciantar, Triq Bertha K Ilg, Triq Charles Sciberras - Phase 1, Sqaq is-Sigar, p/o Triq Henry Calleja, Sqaq Lourdes, San Giljan; p/o Triq Antonio Schemrbi, p/o L-Orintologia, San Gwann; Triq Luigi Preziosi, Triq l-Ghabex, Unnamed road c/w Dawret il-Qawra, San Pawl il-Bahar; Triq Klematis, Triq Inez Soler, Triq Prinjol, Dawret it-Torri, Triq il-Gjacinti; Triq Stella Maris, Santa Lucija; Triq il-Kbira San Guzepp, Sta. Venera; Triq tal-Bajjad, p/o Triq l-Imdina, Siggiewi; Triq l-Ilqugh, Swieqi; Triq il-Blata, Triq Sant Anna, Resurfacing works at Part of Triq San Anard, Triq il-Pellikani, Triq ir-Russett, Triq Xandru Farrugia, Triq Isqoff Gargallo, Tarxien; Triq il-Labour, p/o Triq Bormla, Triq Wied il-Ghajn, p/o Triq Alessio Erardi - Part 2, Triq Kapuccini, Zabbar; Triq l-Imdina, Mdina Road Zebbug (from Hunters to Siggiewi Lights), Hal-Dwieli Alleys 2,3, Triq Achille Ferris, Triq Pawlu Balzan, Storm water works at PO Triq il-Kandlora, Zebbug; Triq Santa Fawstina, Triq San Guzepp, Triq San Porfirju, Triq San Piju X, Triq Beland, Triq Santa Monika, Zejtun; Mriehel Underpass; Bormla Ferries; Sliema Ferries; Kirkop Tunnels & Airport Intersection; Luqa Junction Project; Shore to Ship.

Infrastructure Malta — Garanziji mogħtija dwar il-kwalità ta’ servizz/xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jispjega x’tip ta’ garanziji jingħataw mill-persuni li jkunu ġew imqabbda minn Infrastructure Malta sabiex jagħmlu xi proġett dwar il-kwalità tas-servizz/xogħol li jagħmlu?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-garanziji fuq il-kwalita’ tax-xogħol huma rregolati f’Artiklu 45 (works) tal-General Conditions u kif amplifikati f’ Special Conditions għal kull kuntratt. Il-kwalita’ fuq kuntratti ta’ Servizz tiġi rregolata matul it-twettieq tal-kuntratt. L-Ispecial Conditions (Services) ma jsemmux perjodu ta’ garanzija.

Infrastructure Malta — Garanziji mogħtija dwar it-tlestija tal-proġetti

Question

Jista’ l-Ministru jispjega x’tip ta’ garanziji jingħataw mill-persuni li jkunu ġew imqabbda minn Infrastructure Malta sabiex jagħmlu xi proġett dwar it-tlestija tal-istess fiż-żmien stipulat?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull proġett fejn il-valur jaqbeż 10,000 Ewro, il-Kuntrattur irid jipprovdi Performance Guarantee li hija rregolata f’artiklu 13 ta’ Special Conditions (works) u kif amplifikata fil-kuntratti rispettivi. Dan japplika ukoll għall-kuntratti ta’ servizzi jew proviżjon irregolati b’artikli simili fi Special Conditions rispettivi.

Personalised parking bays għal persuni b'diżabilità — Suspett ta’ abbuż

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'għandu jsir meta jkun hemm suspett li l-personalised parking bay għal persuna b'diżabilità tkun ingħatat lil persuna li ma għandhiex bżonn dan il-parkeġġ?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16363.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħljiet Pubbliċi — Mobile jew Telephone Line Allowances

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-koordinatur tal-komunikazzjoni fil-Ministeru tiegħu għandux/għandhiex mobile jew telephone line mħallas minn fondi pubbliċi?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi għad-dokument anness mat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 184.

Imtarfa – Triq in-Narċis – Tiswija ta’ asfaltar

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16320, peress li sa issa ħadd ma kkommetta ruħu li jsolvi l-problema ta’ dawn ir-residenti, jista’ l-Ministru jgħid min ser jieħu azzjoni u jsewwi l-asfaltar f’din it-triq sabiex l-art ma tibqax taqleb l-ilma għal ġol-garaxxijiet?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7585.

Is-Siġġiewi – Triq ta' Bur il-Kbir — Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol ta' kostruzzjoni u wiċċ ġdid fi Triq ta' Bur il-Kbir (bejn Triq Blat il-Qamar u Triq Ta' Kilpa), fis-Siġġiewi?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta għaddejja jew ser twettaq ħidma infrastrutturali f’toroq li l-Kunsilli Lokali ressqu ’l quddiem biex isiru xogħlijiet fihom. Minkejja li t-triq imsemmija ma ġietx nominata biex isiru xogħlijiet fiha, nibqgħu kommessi li nkomplu nsaħħu l-infrastruttura tal-pajjiż, bil-komunitajiet jibqgħu fiċ-ċentru ta’ ħidmietna.

MCAST – Trasport

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13592 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni u ċjoè: Jista' l-Ministru jagħmel trasport mill-Mosta għall-MCAST Paola peress li hawn studenti li jkunu ilhom fuq il-Bus Stop mill-5.30 a.m. u l-karozzi tal-linja jispiċċaw jgħaddu full-up u bit-traffiku ta' filgħodu jispiċċaw jaslu tard għal-lezzjonijiet?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rotta X3 tgħaddi u isservi bus stops fi Vjal Milibrae kif ukoll fi’ Triq iz-Zejfa li jinstabu fl-inħawi magħrufa bħala taż-Żokrija ġewwa il Mosta. Fi triqtha, din ir-rotta tgħaddi u tieqaf fuq il-bus stop Lourdes ġewwa Raħal Ġdid. Din ir-rotta tibda topera mill-Mosta (Għarusa) fil-0528 ta’ filgħodu u minn Raħal Ġdid (Lourdes) fl-0543 ta’ filgħodu. Madanakollu, qed tittieħed nota li din ir-rotta mhix tilħaq il-bżonn tal-istudenti Mostin kollha u għaldaqstant fix-xhur li ġejjin ser tiġi evalwata l-possibilità li titjieb l-aċċessibbiltà għal- MCAST ġewwa Raħal Ġdid.

Il-Gżira — Triq Manoel u parti minn Triq Karlu Manchè – Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li Triq Manoel u parti minn Triq Karlu Manchè, fil-Gżira, humiex se jsiru żoni pedonali? Dan għaliex wara li suppost tlesta x-xogħol fuq dawn l-akkwati, bankina għad ma hemmx u ġaladarba għadhom jgħaddu l-karozzi din iż-żona saret perikoluża immens?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Tas-Sliema, il-Gżira u Ta’ Xbiex – Xogħol fuq il-promenade

Question

Jista’ l-Ministru jgħid hemmx xi pjan li x-Xatt ta’ Ta’ Xbiex u tal-Gżira (il-promenade), kif ukoll ta’ Tas-Sliema, jsirilhom upgrade tant meħtieġ? Jekk iva, meta se jinbeda x-xogħol f’kull lokalità?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Ta’ Xbiex — Triq Testaferrata u Triq Enrico Mizzi - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk Triq Testaferrata u Triq Enrico Mizzi f’Ta’ Xbiex jistgħux jinbnew mill-ġdid, peress li l-Kunsill Lokali ta’ Ta’ Xbiex żgur li m’għandux il-fondi sabiex jibnihom?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta għaddejja jew ser twettaq ħidma infrastrutturali f’toroq li l-Kunsilli Lokali ressqu ’l quddiem biex isiru xogħlijiet fihom. Triq Enrico Mizzi fil-G¿ira hija fost il-lista ta’ toroq li l-Kunsill Lokali ippropona lil Infrastructure Malta biex twettaq xogħlijiet fihom. Ix-xogħlijiet jikkonsisti f’bini tat-triq mill-ġdid, ir-rikostruzzjoni sħiħa tal-bankini, it-tisħiħ tas-sottoba¿i e¿istenti u s-saffi tal-asfalt tul il-medda kollha tat-triq flimkien mas-sinjali tat-toroq u l-marki tal-linji meħtieġa.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħljiet Pubbliċi — Advisory Cost Limit għal ġbir ta’ informazzjoni

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15437, jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-advisory cost biex tinġabar l-informazzjoni kif mitluba f'dik il-mistoqsija parlamentari?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17073.