Legislature:
Category:
Reset
Active:

Skejjel li jħaddmu l-iskema tal-ħaxix u l-frott b’xejn

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk l-iskejjel f’Malta u Għawdex li qed iħaddmu l-iskema tal-ħaxix u l-frott b’xejn għall-istudenti?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi d-domanda lill-Ministru kkonċernat.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Deputati tal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min kienu / huma d-Deputati tal-Gvern, li minn April 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, ingħataw xi kuntratt ta' konsulenza miċ-ċivil, servizz pubbliku, jew minn kumpaniji / banek fejn il-Gvern għandu b'xi mod interess minoritarju jew maġġoritarju, minn aġenziji, entitajiet, jew awtoritajiet regolatorji fid-dekasteru li għalih hu responsabbli u jekk hemm persuni identifikati, jiġi indikat x'tip ta' konsulenza kienu qed jagħtu, fejn kienu qegħdin iservu, id-data tal-ingaġġ ta' dawn il-persuni, id-data sakemm baqgħu ingaġġati dawn il-persuni, b'liema mod kienu ingaġġati (jekk hux b’sejħa pubblika, direct order, eċċ.) u kemm kien il-pakkett finanzjarju tagħhom?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Obeżità fost it-tfal u ż-żgħażagħ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’passi qed jieħu l-Ministeru tiegħu biex titnaqqas il-problema tal-obeżità fit-tfal u ż-żgħażagħ? Jista' jgħid ukoll x'inhuma l-pjani u l-miri tal-Gvern f’dan ir-rigward?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Dipartimenti, awtoritajiet u entitajiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk id-dipartimenti, awtoritajiet, entitajiet, eċċ. (irrispettivament mill-mod kif inhuma deskritti) li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Għal kull wieħed, jista' jgħid min huma ċ-Chairpersons, CEOs eċċ, irrispettivament mill-mod kif inhuma deskritti, u f'kull każ jgħid: a) kull persuna kemm ilha fil-ħatra u b) meta tiġi fi tmiemha l-ħatra attwali ta' kull persuna?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt; Entita Isem u Kunjom Rwol Bidu t’impjieg Data ta’ terminu t’impjieg IFE Ms. Joanne Grima CEO 05/10/2015 25/03/2025* NBC Mr. Mark Camilleri Chairperson 06/09/2021 14/06/2025 ELTC Ms. Sue Falzon CEO 09/03/2020 08/03/2026* MFHEA Dr. Rose Anne Cuschieri CEO 01/10/2018 30/09/2024* FES Mr. Michael Bondin CEO 01/01/2022 31/01/2025 NLA Mr. David Muscat CEO 01/09/2014 30/09/2025* FTS Dr. Neville Young CEO 01/06/2020 31/05/2028* Education Malta Mr. Charles Zammit Chairperson 01/06/2022 30/06/2027₁ MCAST Mr. James Calleja Principal & CEO 01/06/2018 31/05/2026* Sport Malta Mr. Mark Cutajar CEO 01/02/2016 28/02/2027* AIMS Dr. Luciano Busuttil CEO 20/01/2022 17/01/2025 Equestri Mr. Max Zammit CEO 01/03/2022 31/12/2024 NSC Dr. Jeffrey Pullicino Orlando Chairperson 01/01/2023 31/12/2026 MCST Mr. Silvio Scerri CEO 01/01/2023 31/12/2025 FITA Mr. Carlo Stivala Executive Head 01/05/2021 31/05/2024 Aġenzija ¯għa¿agħ Ms. Miriam Teuma CEO 01/12/2010 31/12/2024* *ġie mġedded kull 3 snin ₁ Kuntratt ta’ 5 snin

Kindergarten Educators Għawdxin li jaħdmu fi skejjel primarji f’Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm Kindergarten Educators (KGE) Għawdxin, li fil-preżent jaħdmu fi skejjel primarji ġewwa Malta? Jista’ jgħid kemm minnhom huma relievers, u kemm ilhom relievers?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13892.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Direct Orders

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul l-2023?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations. Ġejt infurmat li sabiex tingħata l-informazzjoni kif mitluba mill-Onor. Interpellant, tinqabeż l-advisory cost.

Skola Guardian Angel – Audit

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9034, jista' l-Ministru jgħid jekk sarx External Review tal-iskola Guardian Angel f'dawn l-aħħar tliet snin, u jekk iva, jista' jqiegħed kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk, le, jista' jgħid meta huwa skedat l-external review li jmiss?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Initial Investment Plan

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14957 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-‘Initial Investment Plan’ imsemmi fil-ftehim bejn il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol u l-iskola li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Imrieħel – Skola sekondarja – forn bil-ħsara

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 6232, jista' l-Ministru jgħid jekk il-forn (li jintuża għall-fuħħar mill-istudenti tal-Life-Long Learning) fl-Iskola tal-Imrieħel (Sekondarja Kulleġġ Santa Tereża) hux qiegħed jaħdem u jekk il-ħsara li kellu ssewwietx?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Skola Medika ta’ Malta — Studenti barranin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti barranin fl-Iskola Medika ta’ Malta matul dawn l-aħħar 12-il xahar? Kemm minn dawn l-istudenti kienu eżentati mill-ħlas?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Skejjel li għandhom drinking water fountains

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk l-iskejjel tal-Gvern (Primarji, Medji u Sekondarji) f’Malta u Għawdex li jipprovdu jew għandhom aċċess/faċilità għal ilma tajjeb għax-xorb b’xejn (drinking water fountains)?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Lezzjonijiet tal-PE fl-iskejjel

Question

Jista’ l-Ministru jipprovdi elenku ta’ kull skola f’Malta u Għawdex (Primarji, Medji u Sekondarji) u għal kull waħda jindika kemm isiru lezzjonijiet tal-PE (Physical Education) fil-ġimgħa?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Direct Orders

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw direct orders mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu u l-ammont totali tal-valur tagħhom, matul is-sena 2020, 2021, 2022, 2023 u l-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.

Għalliema tal-Arti, Mużika u Drama

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm għalliema li jgħallmu Mużika, Arti u Drama fl-iskejjel tal-Gvern kemm skejjel primarji kif ukoll skejjel sekondarji? Jista’ jagħti lista ta’ dawk li huma full time, part-time, dawk li huma fully qualified u dawk fuq bażi supply?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’kollox hemm 211 għalliem li jgħallmu s-suġġetti msemmija.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Deputati tal-Oppożizzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min kienu d-Deputati tal-Oppożizzjoni, li minn Marzu 2008 sa Jannar 2013 kienu impjegati fiċ-ċivil, jew fis-servizz pubbliku, jew f'kumpaniji / banek fejn il-Gvern kellu b'xi mod interess minoritarju jew maġġoritarju, jew f'aġenziji, entitajiet, jew awtoritajiet regolatorji fid-dekasteru li għalih hu responsabbli u jekk hemm persuni identifikati, jiġi indikat fejn kienu jservu, il-kariga li kienu jokkupaw, id-data tal-ingaġġ ta' dawn il-persuni, b'liema mod kienu impjegati (jekk hux b’sejħa pubblika, eċċ.) u kemm kien il-pakkett finanzjarju tagħhom? Jista’ jqiegħed wkoll fuq il-Mejda tal-Kamra l-attendenza tax-xogħol u/jew timesheets, il-work from home u/jew telework u/jew remote working u l-ispecial leave requests u approvals relatati mal-persuni hawn fuq imsemmija għall-perjodu bejn Marzu 2008 sa Jannar 2013 jew sal-gurnata li baqgħu fl-impjieg tagħhom?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni - Settur pubbliku jew servizz pubbliku - Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, jgħid kemm hemm persuni li jaħdmu fis-settur pubbliku jew fis-servizz pubbliku, ma’ dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru li bħalissa qed jaħdmu: - Full time - Part time? Jista’ jgħid kemm minnhom jagħmlu użu minn wieħed minn dawn l-għażliet ta’ Modern Work Practices biex isibu bilanċ bejn ix-xogħol u l-familja: - Flexi Time - Flexi Week - Reduced Hours - Extended Remote Working - Remote working? Jista’ jgħid ukoll hemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma rġiel?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 15180.

Clubs sportivi — Adolexxenti reġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm adolexxenti bejn l-10 snin u s-17-il sena reġistrati ma’ clubs sportivi? Jista’ jagħti din l-informazzjoni skont id-dixxiplinia sportiva, skont l-età u jagħti din l-informazzjoni għal dawn l-aħħar għaxar snin?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni ma tistax tingħata għax l-assoċjazzjonijiet, għaqdiet u federazzjonijiet sportivi mhumiex parti mill-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni.

Clubs sportivi — Żgħażagħ reġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm żgħażagħ bejn it-18 u l-35 sena reġistrati ma’ clubs sportivi? Jista’ jagħti din l-informazzjoni skont id-dixxiplini rispettivi, skont l-età u jagħti din l-informazzjoni għal dawn l-aħħar għaxar snin?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 15812.