B'referenza għall-Estimi Finanzjarji Supplimentari għas-sena 2018, fejn fuq il-Vot 39, Ministeru għal Għawdex, Personal Emoluments Item 16, ġew ivvutati €600,000 addizzjonali għal allowances, tista' l-Ministru tgħid x'kienu dawn l-allowances li wasslu biex ikun hemm bżonn ta’ din iż-żieda fuq l-Estimi Approvati għas-sena 2018?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ż-żieda hija dovuta minħabba l-fatt li l-allokazzjoni għas-sena 2018 mill-Ministeru tal-Finanzi ma kinetx suffiċjenti sabiex tkopri l-ispiża fuq l-allowances. Fil-fatt l-ispiża għas-sena 2018 kienet f’konformitá mas-sena 2017.
B'referenza għall-Estimi Finanzjarji Supplimentari għas-sena 2018, fejn fuq il-Vot 39, Ministeru għal Għawdex, Operational and Maintenance Expenses Item 20 ġew ivvutati €420,000 addizzjonali għal Contractual Services, tista' l-Ministru tgħid x'kienu dawn is-servizzi li wasslu biex ikun hemm bżonn ta’ din iż-żieda?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-item number 20 imsemmi ma jeżistix.
B’referenza għall-Estimi Finanzjarji Supplimentari għas-sena 2018, Vot 39, Ministeru għal Għawdex, Programmes and Initiatives Item 5724, fejn l-Estimi approvati għal Work and Training Exposure Scheme kienu jammontaw għal €350,000 u wara kien hemm żieda ta’ €1,700,000 oħra, tista’ l-Ministru telenka dawn il-programmi u inizjattivi?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-parteċipanti tal-Work and Training Exposure Scheme ġew impjegati mal-kuntrattur. B’hekk issa dawk il-parteċipanti għandhom impjieg b’kuntratt indefinit.
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 8319 u tgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, liema kienu l- Grievances Boards li twaqqfu fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex u fi ħdan l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtha? Tista' tgħid min kienu l-membri ta' kull wieħed mill-imsemmija bordijiet u x'remunerazzjoni rċevew l-imsemmija membri? Tista' tgħid kemm tressqu każijiet quddiem kull bord u x'kienet id-deċiżjoni li ngħatat dwar kull każ li kellu quddiemu l-istess bord u dan mingħajr ma jindika l-isem u d-dettalji tal-persuni involuti? Tista' tgħid x'kien l-ammont li tħallas bħala kumpens dwar kull każ li tressaq quddiem l-imsemmija bordijiet?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Ministeru għal Għawdex — pożizzjonijiet tal-management – pakkett finanzjarju
Question
Tista’ l-Ministru tagħti l-pakkett finanzjarju, inkluż benefiċċji, marbut ma’ kull pożizzjoni tal-management fl-awtoritajiet u entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tagħha? L-informazzjoni għandha tkopri l-pożizzjonijiet eżekuttivi u dawk mhux eżekuttivi sal-livell ekwivalenti ma’ Assistent Direttur fis-servizz pubbliku.
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għal din il-Mistoqsija Parlamentari għadha qed tinġabar.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 5237, tista’ l-Ministru tgħid jekk l-applikazzjoni mal-Awtorità tal-Ippjanar għall-permessi għall-junction għad-daħla tar-raħal ta’ Sannat ġewx approvati? Tista’ tgħid jekk it-tenders ħarġux? Jekk iva x’inhi r-raġuni li ħarġu u l-permessi meħtieġa għal-junction fid-daħla ta' Sannat, għadhom ma ġewx approvati?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm ftehim bejn il-Ministeru għal Għawdex u l-Kunsill lokali ta’ Sannat li l-Ministeru joħroġ il-fondi ul-Kunsill jieħu ħsieb l-ippjanar u l-eżekuzzjoni tal-proġett.
Ministeru għal Għawdex — nisa f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjojnijiet
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8893, tista' l-Ministru:
a. tgħid kemm kien hemm nisa f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjoni (skala 1 sa skala 5) f'dawn is-snin: 2009, 2010, 2012 u 2013 fid-dekasteru tagħha; u
b. tgħid jekk il-Ministeru tagħha għandux targets għall-Horizon 2020 u jekk iva, x'inhuma dawn it-targets u humiex se jintlaħqu?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Ministeru għal Għawdex – Dipartimenti u Entitajiet – każijiet ta’ dixxiplina
Question
B'referenza għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 5643, 6009 u 6993, tista’ l-Ministru tgħid jekk fil-perjodu minn Marzu 2013 sal-lum, kienx hemm impjegati li ngħataw kastig minimu bħalma hija twiddiba bil-miktub eċċ. għal nuqqasijiet imwettqa minnhom fid-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha? Jekk fl-affermattiv, tista’ tgħid x'kien il-grad ta' kull impjegat li ngħata dan il-kastig minuri u x'tip ta' kastig minuri kien?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsijiet parlamentrari 5643 u 6009.
Għawdex u Kemmuna – ħaddiema li jagħmlu xogħol ta’ tindif fil-latrini pubbliċi
Question
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 7307 u tgħid kemm hemm ħaddiema li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex li qed jagħmlu xogħol ta' tindif f'kull latrina pubblika madwar Għawdex u Kemmuna? X'inhu l-grad ta' dawn il-ħaddiema u x'inhuma l-ħinijiet tax-xogħol tagħhom?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 8948 Victoria – Għawdex u Kemmuna – ħaddiema li jagħmlu xogħol ta’ tindif fil-latrini pubbliċi.pdf
Policy għal free pass għall-użu tal-vapur tal-Gozo Channel
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-policy li kienet saret fi żmien il-Gvern Nazzjonalista u li kienet ippubblikata fuq il-website tal-Gozo Channel dwar min għandu dritt għal free pass biex juża l-vapur tal-Gozo Channel ġietx mibdula? Jekk ġiet mibdula, meta ġiet mibdula u fejn ġiet ippubblikata? Tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-policy dwar min għandu dritt għal dan il-pass kif kienet fi żmien Gvern Nazzjonalista u kopja tal-policy kif inhi llum? Tista' tara li din il-policy terġa' titpoġġa fuq il-website tal-Gozo Channel minn fejn kienet tneħħiet fil-leġiżlatura l-oħra?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gozo Channel ma bidlet xejn mill-prassi li kienet tuża minn żmien l-aħħar amministrazzjoni ta’ Gvern Nazzjonalista. Il-persuni li għandhom il-free pass għall-użu tal-vapur tal-Gozo Channel ivarjaw minn żmien għal żmien, fosthom membri parlamentari, korp diplomatiku u uffiċjali pubbliċi.
Tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li f'dawn il-ġranet ma kien hemm ebda ħaddiem u ebda makkinarju u allura ma sar ebda xogħol fuq Triq l-Imġarr fin-Nadur li ilha għal dawn l-aħħar xhur magħluqa kompletament għat-traffiku?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet qegħdin fil-fażi ta’ korrelazzjoni mat-testijiet tal-intergrita ġeoloġika. Id-disinn tal-istruttura tar-rikostruzzjoni jiġi kkonfermat malli titlesta din il-fażi.
Tista' l-Ministru tgħid sena b'sena u xahar b'xahar minn Marzu 2013 sal-lum, kemm kien hemm ħaddiema jaħdmu fis-sezzjoni tal-afforestazzjoni fil-Ministeru għal Għawdex? X'inhu l-grad tagħhom, x'tip ta' xogħol għandhom u x'responsabilitajiet għandhom? Kemm ilhom jaħdmu kull wieħed u waħda minn dawn il-ħaddiema fiċ-Ċivil u x'inhuma l-ħinijiet tax-xogħol tagħhom? Kemm minnhom ingħataw promozzjoni mit-8 ta' Marzu 2013 sal-lum u xi promozzjoni ngħataw? X'kienu r-rekwiżiti biex jingħataw promozzjoni? X'korsijiet għandhom u ntbagħtu dawn il-ħaddiema fil-qasam tal-afforestazzjoni u x'korsijiet obbligatorji hemm ippjanat li jsirilhom matul is-sena 2019?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Tista’ l-Ministru tgħid fiex wasal il-proċess għall-bini ta’ Qorti ġdid f’Għawdex? Tista' tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra n-numru tal-applikazzjoni mal-Awtorità għall-Ippjanar biex isir dan il-proġett u kopja tal-istess applikazzjoni li saret, kif ukoll min hu l-perit/kumpaniji inkarigat minn dan il-proġett, u kemm tħallas s’issa? Tista' tgħid meta hu ppjanat li dan il-Qorti ġdid jibda jiffunzjona?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġiet sottomessa l-applikazzjoni lill-awtorità tal-ippjanar u qed nistennew sakemm jibda il-proċess ta’ screening. Fil-frattemp għadd ta' sejħiet qed jiġu ppreparati sabiex jsiru ix-xogħlijiet. Skont il-pjan ta' azzjoni, ix-xogħlijiet ta' kostruzzjoni mistennija jiġu konklużi f'Settembru 2020.
Tista’ l-Ministru taġġorna lill-Kamra dwar il-proġett ta’ restawr tal-Akwedott tar-Rabat, Għawdex u li kien imħabbar fil-Baġit tas-sena 2017? Tista' tgħid kemm kienet l-ispiża s’issa fuq dan ir-restawr u meta hu mistenni li jitlesta? Min qed jagħmel ix-xogħol ta' restawr?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ewwel fażi tar-restawr tal-Akwedott tlestiet fejn ġew irranġati żewġ arkati li kienu fi stat ħażin. Ġiet sottomessa l-applikazzjoni mal-Awtorità tal-Ippjanar sabiex ikunu jistgħu jibdew ix-xogħlijiet tal-fażijiet li jmiss. Ix-xogħlijiet fuq l-ewwel fażi saru mill-ħaddiema tal-Ministeru li huma speċjalizzati fir-restawr.
Ministeru għal Għawdex – ħaddiema li għandhom kundizzjonijiet u pagi differenti
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8613, li kienet tirrigwardja impjegati Għawdxin li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex, u li għandhom pagi u kundizzjonijiet ta' xogħol differenti minn impjegati Maltin li jaħdmu fl-istess dipartimenti li hemm f'Malta, u fejn fit-tweġiba ntqal li kull uffiċjal pubbliku qiegħed fuq skala skont kif stabbilità fl-Estimi Finanzjarji mingħajr distinzjoni kemm jekk jaħdmu ġo Malta kif ukoll jekk jaħdmu fil-Ministeru għal Għawdex, għaldaqstant tista' l-Ministru tgħid jekk dan huwiex minnu li qed jingħad għall-impjegati li jaħdmu f'dawn l-uffiċċji li hemm f'Għawdex ċjoè Transport Malta (Liċenzji u Testijiet), ir-Reġistru tal-Artijiet, Identity Malta (Passaporti, ID Cards, Ċittadinanza) u r-Reġistru Pubbliku?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mezz kif impjegati Għawdxin fis-settur pubbliku jiġu jaħdmu f’Għawdex hu billi l-Ministeru għal Għawdex jidħol fi ftehim mal-entitajiet biex ix- xogħol tagħhom isir f’Għawdex. Hija dejjem għażla tal-impjegat jekk jiġix assorbit mal-entita’ jew inkella jibqax mas-settur pubbliku.
Ministeru għall-Għawdex — Nisa f'pożizzjoni ta' tehid ta' deċiżjonijiet
Question
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 8770 u 8564 u ċjoè: Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm nisa f’pożizzjoni ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet fil-Ministeru tagħha u fl-entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtha li jaħdmu bħalissa, mill-grad ta' Prinċipal 'il fuq?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-servizz pubbliku kollu fil-preżent hemm 5,445 mara f’pożizzjoni ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet fil-grad ta’ Prinċipal jew 'il fuq. Fl-2008 kien hemm 4,900. Fit-top management tas-servizz pubbliku, minn skala 1 sa skala 5, waqt li llum hemm 426 mara, fl-2008 kien hemm 195.
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Ministeru għal Għawdex hemm wieħed u disgħin (91) nisa mill-grad ta' Prinċipal 'il fuq f’pożizzjoni ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet waqt li fil-Gozo Channel (Operations Ltd.) hemm tnejn (2).
Għawdex – Victoria – Triq l-Ewropa – xogħlijiet ta’ skavar tal-pixxina
Question
Tista’ l-Ministru tgħid x’inhi r-raġuni li x-xogħol ta’ skavar tal-pixxina ġewwa l-area fi Triq l-Ewropa fil-Victoria Għawdex waqaf għal kollox f’dawn l-aħħar ġranet fejn saħansitra l-makkinarju li kien qed jintuża għal iskavar ma għadux hemm?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet ma waqfux. Bħalissa għaddejjin xogħlijiet biex isir appoġġ ta’ ġibjun eżistenti u sabiex issir mobilizzazzjoni skont ir-rikjesti imposti mis-Superintendenza għall-Patrimonnju Kulturali wara li sar aċċess fuq il-post wara li kienu bdew ix-xogħlijiet.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il darba għamlet użu minn private jet fl-2017, 2018 u 2019 sad-data li tkun imwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F’każ affermattiv, kemm kienet l-ispiża u fejn kienet id-destinazzjoni?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-snin 2017, 2018 u 2019 m’għamilt l-ebda użu minn private jet.