Jista’ l-Prim Ministru jipprovdi lista komprensiva tal-entitajiet kollha pubbliċi jew li fihom il-Gvern għandu xi forma ta’ kontroll u jelenka kull entità taħt liema Ministru taqa’?
Response (ABELA, ROBERT)
Qed inpoġġi t-tagħrif mitlub fuq il-Mejda tal-Kamra
Uffiċċju tal-Prim Ministru — persuni li kienu jokkupaw position of trust jew joffru servizz ta’ konsulenza
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12641 u jgħid jekk kienx hemm, u fil-każ kemm kien hemm, persuni li kienu jokkupaw position of trust jew kienu jipprovdu servizzi ta’ konsulenza ta’ kwalsiasi tip sal-1 ta’ Jannar 2020 fi ħdan id-dekasteru tiegħu, li twaqqfu, tneħħew jew ġie tterminat il-kuntratt tagħhom? Kemm minnhom marru lura għal xi impjieg fis-Servizz Pubbliku?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab nfurmat illi kien hemm 4 persuni li twaqqfu, tneħħew jew l-kuntratt tagħhom ġie tterminat. Persuna minnhom marret lura fis-Servizz Pubbliku .
Uffiċċju tal-Prim Ministru – Infiq fuq safar, vjaġġi u lukandi
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12564 u jgħid xi flus intefqu fuq safar, vjaggi u lukandibarra minn Malta mill-Uffiċċju tiegħu fix-xhur ta’ Novembru u Diċembru 2019 u Jannar 2020, minn min, għal liema skop u min tħallas tali flejjes?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab nfurmat li bejn Novembru u Diċembru 2019 ntefqet is-somma totali ta’ € 125,912.17 . F’Jannar 2020 ntefqet is-somma totali ta ‘ €187.20. Is-safar kollhu kien relatat ma ħidma tal-Gvern.
Wied il-Għajn – barranin li għandhom dritt għal vot fl-elezzjoni tal-kunsill lokali
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm barranin li għandhom dritt għall-vot fl-elezzjoni tal-Kunsill Lokali ta' Wied il-Għajn? Jista’ jagħti breakdown tan-nazzjonalità tagħhom?
Response (ABELA, ROBERT)
Qed inpoġġi t-tagħrif mitlub fuq il-Mejda tal-Kamra.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5999, jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm individwi b'anqas minn ħames snin servizz u li xorta ngħataw il-promozzjoni ta’ senior operative?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li minn 84 persuna li ġew promossi għal grad ta’Senior Operative, kien hemm 31 li kellhom inqas minn 5 snin servizz.Dawn l-promozzjonijiet saru skont il-ftehim settorali rispettiv u l-proċess kien segwiet mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku.
B’referenza għall-ingaġġar reċenti ta’ Assistant Rescue Officers, jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kienu dawk l-individwi li għaddew mill-eżami bil-miktub? Jista’ jgħid jekk ġewx ingaġġati wkoll individwi oħra li ma kinux fost dawk li għaddew mill-eżami bil-miktub?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Fid-dawl tax-xiehda tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fl-inkjesta pubblika dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx ftehim mal-Gvern Libjan? Min hu l-firmatarju? Jista’ jgħid x’fih il-ftehim? Kien approvat mill-Unjoni Ewropea?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor Interpellant li ma jeżisti l ebda ftehim.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11423 u jgħid sal-aħħar ta’ Frar 2013, kemm kien hemm nies impjegati mas-Settur Pubbliku [inklużi intrapriżi pubbliċi)? Kemm minn dawn kienu impjegati full-time? Kemm minn dawn kienu impjegati fuq bażi part-time? Kemm minn dawn kienu impjegati f’position of trust? U kemm minn dawn kienu impjegati b’kuntratt definit?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li filwaqt fl-2013, l-persentaġġ ta’ ħaddiema mas-Settur Pubbliku kien ta’ 27%, sa Awwissu 2019, dan niżel għal 21.89%, meta dan jiġi kkomparat fuq in-numru ta dawk li jaħdmu fuq bażi nazzjonali. Irrid ukoll jitqies l-fatt li li dan sehh meta l-persuni totali li jaħdmu żdied u l-qgħad huwa ta 3.4% ,li huwa wieħed mill-inqas fl-Unjoni Ewropea.
Rigward l-informazzjoni l-oħra mitluba, ninsab nformat li din titlob l-użu ta' ħafna ħin u riżorsi biex tkun imwieġba.
Jista' l-Prim Ministru jassigura li ċ-Chairperson tal-Environment & Planning Review Tribunal jiġi maħtur mingħajr iktar dewmien, u dan peress li issa ilu numru ta' ġimgħat sew ma jiffunzjonax?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li dawn tħabbru fil-Gazzetta tal-Gvern tal-14 u l-20 ta’Frar 2020, liema kopja qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet li ġew rapportati lill-Pulizija li saru mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, dipartimenti, id-dekasteru u awtoritajiet oħra li jaqgħu taħtu kull sena matul l-2017, 2018 u 2019?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab informat li n-numru ta serqiet li ġew rapportati lill-Pulizija li saru mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, dipartimenti, id-dekasteru u awtoritajiet oħra li jaqgħu taħti kienet waħda u li seħħet fl-2018.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm swiet is-sensiela ta' X Factor imxandar fuq l-istazzjon nazzjonali? Kemm kien hemm profitt jew telf minn dan il-programm? Min kien is-sensar li ġab dan il-programm?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab informat li l-produzzjoni hija ffinanzjata fuq linji purament kummerċjali. Ma jingħatawx figuri li huma kummerċjalment sensittivi.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — nefqa fuq fuel/petrol/diesel
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali ta' flus għall-fuel/petrol/diesel li ntuża mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru kull sena matul l-2017, 2018 u 2019? Jista' jipprovdi informazzjoni separata għal dan għad-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu?
Jista’ l-Prim Ministru jagħti assikurazzjoni li m’hemm ebda Deputat min-naħa tal-Gvern li għandu kuntratt ta’ konsulenza ma’ xi Gvern jew entità barranija?
Response (ABELA, ROBERT)
Kull deputat parlamentari, kemm fuq in-naħa tal-Gvern u kemm fuq in-naħa tal-Oppożizzjoni jaf ir-rwol tiegħu bħala deputat f’din l-Kamra u allura kif dak ir-rwol ikun moqdi, tkun responsabbiltà ta’ kull deputat f’din l-Kamra..
Servizz Pubbliku — Entitajiet u awtoritajiet – CEOs
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm huma l-pagi tas-CEOs f’entitajiet u awtoritajiet tas-servizz pubbliku? Jista’ jgħid ukoll jekk reġgħux ġew appuntati, u jekk kienx hemm xi bdil min huma u liema kriterja intużat għal dawn il-ħatriet?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor Interpellant li ma hemmx CEOs fis-servizz pubbliku.
B'referenza għall-diversi e-mails mibgħuta lill-Prim Ministru mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, liema e-mails ġew ikuppjati wkoll lill-persuni oħra fosthom lili, jista’ l-Prim Ministru jgħid talabx il-pulizija tinvestiga dan il-każ fid-dawl li f'dawn l-e-mails hemm allegazzjonijiet serji li jista’ jkunu wkoll ta’ natura kriminali, billi jien infurmat li sa meta qed nagħmel din il-mistoqsija jiġifieri sal-Ħadd 2 ta' Frar dan l-individwu għadu ma ġiex ikkuntatjat mill-pulizija? Jekk il-Prim Ministru għadda l-każ lill-pulizija, jista’ jgħid meta għamel dan? Jekk m'għaddiex il-każ lill-pulizija għaliex m'għamilx dan meta f'din l-e-mail hemm allegazzjonijiet serji ħafna? X'passi ħa l-Prim Ministru biex din il-familja tingħata protezzjoni minħabba li kif intqal fl-e-mails dan l-individwu qed jibża’ li issa hemm riskju li ssir xi ħaġa lilu jew lill-familja tiegħu?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor Interpellant li din intbgħatet lill-Pulizija biex jinvestigaw.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – Infiq fuq safar, vjaġġi u lukandi
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid xi flus intefqu fuq safar, vjaggi u lukandibarra minn Malta mill-Uffiċċju tiegħu fix-xhur ta’ Novembru u Diċembru 2019 u Jannar 2020, minn min, għal liema skop u min tħallas tali flejjes?
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il direct order ingħatat kull sena matul l-2017, 2018 u 2019 mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u d-dekasteru tiegħu inkluż dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-Uffiċċju tiegħu? Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali sena b’sena?
Uffiċċju tal-Prim Ministru — persuni li kienu jokkupaw position of trust jew joffru servizz ta’ konsulenza
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk kienx hemm, u fil-każ kemm kien hemm, persuni li kienu jokkupaw position of trust jew kienu jipprovdu servizzi ta’ konsulenza ta’ kwalsiasi tip sal-1 ta’ Jannar 2020 fi ħdan id-dekasteru tiegħu, li twaqqfu, tneħħew jew ġie tterminat il-kuntratt tagħhom? Kemm minnhom marru lura għal xi impjieg fis-Servizz Pubbliku?
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Laqgħat ma’ kumpanija
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid meta seħħew l-aħħar laqgħat bejnu u rappreżentanti tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u jgħid ukoll minn kien preżenti għal din il-laqgħa, f’liema kapaċità u min talab il-laqgħa?
Response (ABELA, ROBERT)
B’referenza għall-mistoqsija numru 12699, nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għal din il-laqgħa, li qed issir referenza għaliha, attendew il-Prim Ministru Dr Robert Abela, id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne, is-Segretarju Permanenti Ewlieni Mario Cutajar, l-Onorevoli Joseph Muscat u Dr Armin Ernst f’isem Steward Healthcare.