Jista' l-Ministru jgħid f'kemm-il lokalità bdiet titħaddem is-sistema tal-Ispiżjar tal-Għażla Tiegħek? F'liema xahar ta' liema sena nbeda s-servizz f'kull lokalità? Kemm-il spiżerija rrinunzjat li tagħti dan is-servizz u f'liema lokalità? Hemm min kien laħaq beda jagħti dan is-servizz u għażel li ma jkomplix jagħmel dan?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna ngħatat diġà appuntament għall-Outpatients fl-Isptar Mater Dei, fl-Isptar Boffa u fl-Isptar Karen Grech rispettivament, bħala new case matul id-diversi xhur fl-2011? F'liema dipartimenti xahar b'xahar?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Minsitru jgħid kemm-il Skeda V (kartuna safra) inħarġet lokalità b'lokalità sena b'sena, ġdida jew imġedda, mill-2008 'il hawn? Kemm hu l-perjodu ta' żmien ta' stennija biex applikant għal Skeda V jingħata appuntament biex iġeddidha f'kull ċentru tas-saħħa?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20008 u jgħid kemm u liema mediċini qegħdin fl-urġent out of stock procurement list? Meta se tidħol l-ewwel supply u għal kemm-il pazjent u għal kemm xhur f'kull każ?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Child Developement Assesment Unit — tfal b'appuntament mal-psikologu
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20100 u ċioe: B’riferenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16469, jista' l-Ministru jgħid fl-aħħar sitt xhur x’seħħ mit-talba għall-ingaġġ ta’ 12-il psikologu fil-Capacity Building Exercise li kellu jiġi evalwat bejn il-Ministeru tiegħu, il-Ministeru tal-Finanzi u l-Uffiċċju tal-Prim Ministru?
Bħalissa kemm hemm każijiet pendenti ta’ tfal li qed jistennew biex jingħataw servizz psikoloġiku ta’ assessment mis-sezzjoni tal-Psikoloġija fi ħdan iċ-Child Development Assessment Unit?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li kien hemm qbil dwar l-ingaġġ tat-12-il psikologu li kienu inklużi fil-Capacity Building Exercise. Bħalissa qegħdin isiru l-preparamenti biex tkun tista’ toħroġ is-sejħa għall-applikazzjonijiet.
Infurmat wkoll li bħalissa hemm 566 każ ta’ tfal jistennew
assessment
psikoloġiku bħala parti mill-
assessment
komprensiv u multi-dixxiplinarju li jseħħ ġewwa ċ-
Child Development Assessment Unit
fi ħdan id-Dipartiment tas-Saħħa.
Din il-lista ta’ stennija tinqasam fi tnejn:
· Tfal imwielda fl-2006 u iżgħar ingħataw l-appuntamenti kollha u ser isir l-
assessment
matul is-sitt xhur li ġejjin. Dawn jammontaw għal-189 każ.
· Fil-każ ta tfal li twieldu fl-2005 u ikbar hemm lista ta’ stennija ta’ sena u disa’ xhur. F’din il-kategorija hemm 377 każ.
Il-lista totali ta’ stennija f’April ta’ din is-sena kienet 646. In-numru li hemm fuq il-lista ta’ stennija bħalissa (566) jinkludi wkoll każijiet oħra ġodda li ġew riferuti minn April sal-lum.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20194, jista' l-Ministru jara l-prodott li jkun evidenti li minħabba xi regolamenti ma jistax jibqa' espost għall-bejgħ, tali prodott jinġabar mal-ewwel biex jiġi evitat li wara jkun hemm ħtieġa ta' passi (ukoll dawk legali) fil-konfront ta' min ikun rema' l-prodott (ukoll jekk dan ikollu rċevuti ta' xiri ta' tali prodotti minn dipartiment/awtorità oħra tal-gvern?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nerġa’ nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-Risposti tal-Mistoqsijiet Parlamentari numru 19978, 19979 u 20194, u nerġa’ ninforma li prodott li jkun ġie ssiġillat minn uffiċjali tad-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali jinġabar biss meta ma tinstabx koperazzjoni mill-persuna jew persuni responsabbli għall-bejgħ ta’ tali prodotti u dan skont proċeduri nterni segwiti mill-istess Direttorat u dan dejjem b’konsiderazzjoni tal-Att tal-2002 dwar Is-Sigurtà fl-Ikel.
Rigward ir-referenza li l-Onor. Interpellant qiegħed jagħmel dwar li xi prodotti jistgħu jkunu nxtraw minn xi dipartiment u/jew awtorità oħra tal-Gvern, nerġa' ninforma li r-responsabbilità hija ta’ min ikun xtara u eventwalment joffri għall-bejgħ il-prodott li jara li tali prodott jkun konformi mal-Liġi u l-fatt li prodott jista' jkun inxtara minn xi dipartiment u/jew awtorità oħra tal-Gvern ma teżentax lil persuna/persuni minn din ir-responsabbilità.
Jekk l-Onor. Interpellant qiegħed jirreferi għal xi każ partikolari, jkun aktar opportun li jindika għal-liema każ huwa b’nota kunfidenzjali.
Dipartiment tal-Kura tal-Anzjani — social assistants minn part-time għal full-time
Question
Jista' l-Minsitru jgħid kemm-il part-time social assistant fid-Dipartiment tal-Kura tal-Anzjani jaħdem aktar minn 35 siegħa fil-ġimgħa? Kemm minnhom urew ix-xewqa li jibdew jaħdmu full-time? Saru trattattivi mat-trade unions dwar dan? Fiex waslu?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx żviluppi dwar l-għoti ta' blood glucose strips lil dijabetiċi ta' 'il fuq minn 35 sena?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ma saru l-ebda żviluppi ġodda dwar l-għoti ta' blood glucose strips lil dijabetiċi ta' 'l fuq minn 35 sena, madankollu fil-futur qarib meta sseħħ ir-riforma ta’ Schedule V il-limitu tal-età ħa jitneħħa għall-pazjenti dijabetiċi li jibdew jibbenefikaw permezz ta’ din l-iskeda.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10705 dwar waiting lists għal operazzjonijet, jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-lista ta' stennija bħalissa għat-tliet tipi ta' operazzjonijiet?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm irriżenjaw tobba u infermiera matul is-sena li għaddidet u tul l-ewwel disa’ xhur ta’ din is-sena? Kemm minnhom irriżenjaw bl-età, kemm minn dawn tal-aħħar iddeċidew li jkomplu fis-servizz? Kemm minnhom irriżenjaw biex sabu impjieg ieħor f'Malta jew barra?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — Kuntratt ta' pubbliċità
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 20436 u 19753 u jgħid u jagħti informazzjoni dwar kemm-il kuntratt ta' pubbliċità (advertising fil-media kollha) ngħata mill-ministeru tiegħu u minn kull entità jew kumpanija li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu? Kemm hu l-ammont (consideration) ta' kull kuntratt? B'liema modalità ġie mogħti kull kuntratt ċioe jekk hux b'direct order jew b'offerta pubblika jew b'mezz ieħor permess mir-regolamenti finanzjarji? Lil min ingħata kull kuntratt, lil xi kumpanija jew xi individwu? Jista' jagħti l-informazzjoni mitluba għas-snin 2008, 2009 u sa Awwissu 2010?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni fuq il-waiting list biex issirilhom operazzjoni f'dawn l-oqsma: kirurġija ġenerali, uroloġija, newrokirurġija, kirurġija plastika, kirurġija tat-tfal, ENT, ġinekoloġija, oftalmoloġija, ortopedija, kirurġija tal-qalb u dentistrija, fl-isptarijiet tal-gvern illum u kemm ilhom jistennew f'kull każ?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' okkazzjonijiet xahar b'xahar bejn Jannar u Settembru 2010 li fihom il-gvern kera tagħmir mediku lil sptarijiet u kliniċi privati? Liema kien dan it-tagħmir mediku? F'liema oqsma mediċi jintuża? Jista' jgħid x'jistipulaw il-kundizzjonijiet li taħthom inkera dan it-tagħmir, f'każ li l-istess tagħmir issirlu l-ħsara waqt li jkun mikri għand l-isptarijiet u l-kliniċi privati?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Sptar Mater Dei — ċitazzjonijiet mogħtija fil-car park
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'jiġri jekk xi ħadd li jkun qala' ċitazzjoni fil-carpark tal-Isptar Mater Dei mill-istess kuntrattur li jopera dan l-post jidhirlu li din iċ-ċitazzjoni hija inġusta? Fejn għandu japella biex issir ġustizzja miegħu? Fejn jista' jieħu rimedju għal dan l-aġir tal-istess kuntrattur li qed imexxi lil din il-car park?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 18978.
Sptar Mater Dei — ċitazzjonijiet għall-ħaddiema li jipparkjaw ħażin
Question
Jista' l-Ministru jgħid kif il-ħaddiema li qed jaħdmu fl-Isptar Mater Dei qed jingħataw ċitazzjonijiet għaliex min imexxi l-car park qed jgħid li jkunu pparkjati ħażin u li jridu jħallsu mingħajr m'għandhom id-dritt li jappellaw minn din id-deċiżjoni quddiem arbitraġġ?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-kuntrattur li jmexxi l-car park tal-Isptar Mater Dei ma jistax jagħti ċitazzjonijiet. Apparti minn hekk, ma jistgħux jingħataw ċitazzjonijiet għal ipparkjar ħażin fil-car parks ta’ Mater Dei li huma meqjusa bħala areas privati. Ċitazzjonijiet jistgħu jingħataw biss minn gwardjani lokali jew mill-pulizija għal kontravenzjonijiet fl-areas pubbliċi bħalma huma r-ring road, il-bus stops eċċ.
Jista' l-Ministru jippubblika l-legal notice fejn turi kif min qed imexxi l-car park tal-ħaddiema tal-Isptar Mater Dei ingħata l-permess li jagħmel multi lil dawk li skont hu jkunu pparkjati ħażin?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li mhux meħtieġ il-provvediment t’ avviż legali biex jiġi nfurzat ikklampjar u towing ġewwa parkeġġ privat. Avviż legali jinħtieġ biss meta jsir ikklampjar u towing f’toroq u parkeġġi pubbliċi. Il-parkeġġ tal-ħaddiema tal-isptar mhux żona pubblika imma jifforma parti mill-istess sptar. L-unika ħtieġa legali biex isir infurzar ta’ ikklampjar u towing fil-parkeġġ tal-ħaddiema fl-isptar huwa il-provediment ta’ sinjali li jindikaw li dik iż-żona hija suġġetta għal ikklampjar u towing.
Jista' l-Ministru jgħid kif min qed imexxi l-car park tal-ħaddiema tal-Isptar Mater Dei wasal għall-konklużjoni li għandu s-setgħa u poter li jħarrek u jimmulta lill-istess ħaddiema jekk dawn ikunu pparkjati ħażin, is-somma ta' €69.88 u jekk min jaqla' l-multa jkun bravu u ma joffendix lil min tah il-multa/ċitazzjoni u jħallas fil-ħin jingħata discount ta' 50% tal-istess multa, qisna qegħdin fuq il-monti nilagħbu bil-prezzijiet tal-multi skont kif ikun jaqbel lill-istess negozjant li jkun qed imexxi l-istabbiliment?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-kuntrattur huwa marbut b’kuntratt mal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi għall-provediment ta’ serviżż ta’ immaniġġjar tat-traffiku u parkeġġ ġewwa l-isptar Mater Dei. Ir-rati tal-pagament fuq parkeġġ irregolari, li huwa ta’ €69.88, jirrispetta l-ftehim milħuq fil-‘Ħtiġijiet Tekniċi’ tal-kuntratt. Dawn huma ibbażati fuq termini validi u legali.
Ir-roħs fuq il-miżata tal-ikklampjar għal dawk li jħallsu b’mod immedjat ġiet deċiża mill-kuntrattur stess u l-awtoritajiet tal-isptar ma kellhomx x’ jaqsmu ma’ din id-deċiżjoni. Madankollu l-awtoritajiet tal-isptar ma jsibu l-ebda oġġezzjoni għal dan ir-roħs fit-tariffi. L-awtoritajiet tal-isptar joġġezzjonaw biss jekk il-miżata titla’ għal aktar minn €69.88 kif ġie miftiehem.
problema ta' parking għall-ħaddiema tal-Isptar Mater Dei
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'ippjanar sar u kif se jsibu parking dawk il-ħaddiema li sal-lum qed jipparkjaw fl-għalqa li hemm il-ħsieb li tinbena fil-ġranet u x-xhur li ġejjin? Jista' jippubblika dawn il-pjanijiet u jibgħathom lill-ħaddiema konċernati? Jista' jgħid kemm hemm ħaddiema tal-Isptar Mater Dei li b'mod regolari jipparkjaw f'dan il-post?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li saru arranġamenti biex l-impjegati ta’ l-Isptar Mater Dei li kienu jipparkjaw fl-area fejn se jinbena ċ-Ċentru tal-Onkoloġija jibdew jipparkjaw fil-parkeġġ ta’ l-isptar bl-istess kunduzzjonijiet li kellhom, bid-differenza li se jipparkjaw f’parkeġġ b’saqaf. L-impjegati kienu infurmati uffiċċjalment b’ċirkulari. In-numru ta’ impjegati tal-isptar li kienu jipparkjaw f’din l-area ivarja bejn mija u mija u ħamsin kull filgħodu fil-ġranet normali tax-xogħol.
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — Kuntratt ta' pubbliċità
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19753 u jgħid u jagħti informazzjoni dwar kemm-il kuntratt ta' pubbliċità (advertising fil-media kollha) ngħata mill-ministeru tiegħu u minn kull entità jew kumpanija li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu? Kemm hu l-ammont (consideration) ta' kull kuntratt? B'liema modalità ġie mogħti kull kuntratt ċioe jekk hux b'direct order jew b'offerta pubblika jew b'mezz ieħor permess mir-regolamenti finanzjarji? Lil min ingħata kull kuntratt, lil xi kumpanija jew xi individwu? Jista' jagħti l-informazzjoni mitluba għas-snin 2008, 2009 u sa Awwissu 2010?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra
anzjoni li joħorġu mill-homes biex jagħmlu xi qadi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm anzjani f'homes, home b'home jew residenzi, li joħorġu biex jagħmlu l-qadi personali tagħhom?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li d-dettalji dwar anzjani f’homes li joħorġu jagħmlu l-qadi personali tagħhom huwa kif jidher fit-tabella hawn taħt:
Dar tal-Anzjani
Numru ta’ Anzjani
Mellieħa Home
60
Mosta Home
24
Gżira Home
6
Msida Home
37
Bormla Home
35
Żejtun Home
64
Floriana Home
10
Mtarfa Home
15
Fir-Residenza San Vinċenz de Paule ma jinżammux dettalji dwar kemm hemm residenti li joħorġu jagħmlu l-qadi tagħhom. Iżda r-residenti kollha li huma indipendenti kemm fiżikament u kemm psikoloġikament jistgħu joħorġu sabiex jagħmlu l-qadi personali tagħhom. L-amministrazzjoni tirrispetta tali dritt kif ukoll il-libertà tal-individwu. L-amministrazzjoni tesiġi biss li r-resident jinforma lil min ikun inkarigat mis-sala fejn ir-resident ikun joqgħod li jkun se joħroġ.