Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri li jamministraw il-Good Causes Fund?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Good Causes Fund huwa amministrat minn Kumitat magħmul minn 3 membri li d-dettalji tagħhom qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Il-Kumitat huwa responsabbli sabiex jilqa’ l-applikazzjonijiet li jsiru, jara li dawn ikunu konformi mar-rekwiżiti tal-Fond, u jevalwa liema huma l-kawżi li għandhom ikunu mgħejjuna. Huwa kompitu tal-Kumitat li jagħmel ir-rakommandazzjonijiet tiegħu lill-Ministru responsabbli għall-awtoriżżazzjoni għall-ħlas.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 27789 u ċioe: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27449, jista' l-Ministru jgħid jekk it-tender committee ikkunsidrax il-possibilità li din l-art fil-maġġor parti tagħha kien kultivabbli, hux se tingħata b'ċens għal 50 sena għal skopijiet agrikoli, tista' allura tintuża għal xi skop ieħor jew tispiċċa tiġi negozjata ma' terzi għas-snin taċ-ċens? F'din l-eventwalità l-kuntratt se jagħamel xi tip ta' kundizzjoni li l-gvern jiġi kumpensat?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-art li qed jagħmel referenza għaliha, l-Onor. Membru se tingħata b’ċens għal 50 sena u ċ-ċenswalist se jkun marbut bil-kundizzjoni li jżomm l-art fl-istat li hi u ma jkunx jista’ f'ebda ċirkustanzi jagħmel xi żvilupp. Fil-każ li l-art tiġi trasferita lil terzi, dawn ikunu marbuta bl-istess kundizzjonijiet taċ-ċens li se jingħata.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 27790 u ċioe: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27494, jista' l-Ministru jgħid f'liema sena ġiet imħabbra l-introduzzjoni tas-sistema Lemis? Jista' jgħid min hu l-konsulent fid-Dipartiment fuq din is-sistema? Kemm qed jitħallas? Kif ġie mqabbad? Jista' jgħid x'differenza hemm bejn l-ewwel fażi tal-Lemis kif deskritta minnu fit-tweġiba u s-sistema komputerizzata li qiegħed preżentament juża d-Dipartiment?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi s-sejħa għall-offerti dwar is-sistema tal-LEMIS ġiet ippubblikata fl-2003 (CT 40/2003). Il-kuntratt għal dan is-servizz ġie iffirmat fl-2010.
Mis-sena 2010, id-Dipartiment Proprjetà tal-Gvern qabdet il-kumpanija Powerserv bħala konsulent u qed titħallas is-somma ta’ €4,615 kull erba’ ġimgħat inkluż il-VAT għal massimu ta’ 30 siegħa xogħol fil-ġimgħa. Wara li ttieħdet in konsiderazzjoni l-esperjenza vasta li għandha f’dan il-qasam u l-konoxxenza partikolari tal-proġett. Dan il-kuntratt jagħlaq fl-aħħar ta’ din is-sena.
Fost id-differenzi li hemm bejn l-ewwel fażi tal-LEMIS kif deskritta fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 27494, dak l-element tas-sistema tal-LEMIS li titratta s-sezzjoni tal-ġbir tal-kera, u s-sistemi kompjuteriżżati LMS / Land Rent li kien qiegħed juża d-Dipartiment sa mill-bidu tas-snin disgħin, wieħed issib li:
· LMS / Land Rent m’għadhomx kompatibbli mal-kriterji tal-informatika li qed jadotta l-Gvern illum, u lanqas ma joffru l-opportunitajiet ta’ espansjoni previsti bħala parti mill-kuntratt tal-LEMIS
· Il-MITA mixjin lejn “
phasing out
” tas-sapport LMS / Land Rent waqt li l-kuntrattur tal-LEMIS obbligat jimmantjeni il-LEMIS.
· Il-“
bookkeeping
” tal-LEMIS jikkonforma aħjar ma’ regoli ta’“
accounting
” moderni u mas-sistema ta “
accrual accounting
” li qed jaddotta l-Gvern.
· Billi l-Kunsilli Lokali huma mqabbdin “
real time
” mad-
“database
” tal-LEMIS, l-irċevuti jisstampaw ruħhom fil-Kunsill Lokali waqt lid-Dipartiment m’għadx għandu bżonn idaħħal, jisstampa u jimposta riċevuti ta’ ħlas fil-Kunsilli Lokali.
· Il-LEMIS għandha funzjoni ta’ rappurtaġġ aktar effiċjenti u flessibbli li jsarraf f’tnaqqis ta’ siegħat ta’ xogħol u riżorsi. sabiex jinġabru il-kirjiet u l-arretrati u tinħoloq il-“
management information
” li għandu bżonn id-Dipartiment.
· Is-sistema l-ġdida tal-LEMIS tista’ tintuża minn entitajiet oħra governattivi li jamministraw proprjetà tal-Gvern bil-benefiċċju ta’ “
database
” waħda u proċeduri ugwali. S’issa kull entità għandha “
database
” u sistema għaliha.
Ninforma wkoll lill-Onorevoli Membru li wara li saret id-“
data migration
” u diversi provi fix-xhur li għaddew, f’Awissu ħarġu l-kontijiet bil-format ġdid (madwar 8,800) u il-ġbir mill-Kunsilli Lokali tnieda mingħajr ebda problema serja. Id-Dipartiment issa qed juża s-sistema l-ġdida biex jagħfas fuq il-ġbir tal-ammonti dovuti lilu aktar fil-pront.
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 27787, jista' l-Ministru jgħid jekk il-flus mill-bejgħ tal-Holiday Inn marrux għand l-Air Malta, il-banek u l-gvern?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni ta' Malta fir-rigward tal-Late Payment Directive ġdida tal-Unjoni Ewropea maħruġa fis-16 ta' Frar 2011?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi ħlasijiet tard fi transazzjonijiet kummerċjali bħalissa huma regolati mill-Kodiċi Kummerċjali Kapitlu 13 (Parti I, Titlu II, Sub-Titlu IA, Artikli 26A-26E) u mid-Direttiva 2000/35/EC approvata mill-Parlament Ewropew li ġiet trasposta fil-Liġi Maltija mill-Avviż Legali 233 ta’ 2005. Din is-sena il-Parlament Ewropew approva Direttiva ġdida għal-ħlasijiet tard 2011/07/EU li tissositwixxi d-Direttiva 2000/35/EC. Id-Direttiva 2011/07/EU li daħlet fis-seħħ fis-16 ta' Frar 2011 tirrikjedi li l-Istati Membri (inkluża Malta) se jkollhom jittrasponu din il-liġi fi żmien sentejn.
Jista' l-Ministru jgħid kemm għandha karozzi mixtrija l-Korporazzjoni Enemalta u min jagħmel użu minnhom? Jista' jgħid kemm għandha karozzi mikrija l-Korporazzjoni Enemalta u min jagħmel użu minnhom?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
In vista tal-fatt li l-Gas Division tal-Korporazzjoni Enemalta ġie privatizzat, jista' l-Ministru jispjega għaliex ħaddiema tal-Korporazzjoni Enemalta qed jiġu assenjati għax-xogħol li għandu x'jaqsam ma' dan il-qasam? Jista' jgħid kemm huma l-persuni involuti f'dan ix-xogħol u kemm laħqet l-ispiża tagħhom kemm ilu li dan il-qasam ingħata lill-kumpanija privata? Jista' jgħid min qed iħallas dawn l-ispejjeż?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti struzzjonijiet sabiex ttieħed l-azzjoni kollha meħtieġa sabiex problema frekwenti ta' żbroff ta' drenaġġ fi Triq Ħali Ħaż-Żebbuġ tiġi rrimedjata kemm jista' jkun malajr?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk is-servizz tal-ħażna tad-demm tal-kurdun (stem cells storage) hux suġġett għal VAT jew le? Jista' jgħid jekk il-kumpaniji lokali li joffru dan is-servizz hux qegħdin kollha jimxu skont il-liġi tal-VAT? Jista' jgħid jekk il-kumpaniji lokali kollha humiex iżidu l-VAT mal-prezz tal-prodott?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 26713.
Jista' l-Ministru jinvestiga l-ilment li li għamlu diversi nies fis-settur kummerċjali fejn dawn qed jallegaw li kif qiegħed jinħadem il-kont tad-dawl kummerċjali qegħdin jiġu misruqin, fis-sens li skont huma, il-problema hi minħabba li l-kontijiet qed joħorġu fuq stima, u li skont huma l-iżball qiegħed isir għax il-units ma jitħallsux kollha l-istess u meta ma jinqasmux eżattament skont kemm hemm ġranet ħafna drabi qegħdin jispiċċaw iħallsu aktar? Jista' jara l-każ peress li meta n-nies spjegaw dan lill-customer care tal-Arms Ltd, dawn qalulhom li m'hemmx x'wieħed jagħmel għax hekk qiegħda s-sistema?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-kontijiet ta’ konsumaturi li jaqgħu taħt l-iskema ‘Mhux Residenzjali’, qegħdin jiġu kkalkulati bl-istess metodu li kienu jiġu kkalkulati fis-sistema preċedenti.
Il-kalkoli huma bbażati fuq żewġ kontijiet stima u wieħed attwali, għad-differenza, sabiex jiġu evitati problemi relatati ma talbiet ta’ rifużjoni tal-VAT fuq kull kont. Dan ma jiġix applikat f’każijiet ta’ kontijiet li jkunu jaqgħu taħt l-iskema ‘Residenzjali’, fejn dawn jiġu maħruġa kont għal sitt xhur b’lura u m’humiex intitolati li jagħmlu talba għal refużjoni tal-VAT.
Konsumaturi, kemm ‘Residenzjali’ kif ukoll dawk ‘Kummerċjali’, għandhom l-għażla li massimu darba fix-xahar, mingħajr ebda ħlas, jitolbu għall-kont elettroniku aġġornat, permezz tas-sit elettroniku tagħna, www.smartutilities.com.mt.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk qattx għamel referenza bħala pagament għoli għall-akkwist ta' 25 tomna art mgħoddija lis-sid ta' stabbiliment fil-qasam turistiku fil-viċinanzi tal-bajja tal-Għadira, meta għal din l-art qed jitħallas il-prezz ta' €18,000 fis-sena mhux għal beach concession iżda sabiex iseħħ żvilupp ta' bini eżistenti ta' numru sostanzjali ta' kmamar għal użu turistiku?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-bajja tal-Għadira qiegħda tiġi amministrata mill-Awtorità tat-Turiżmu u għaldaqstant l-Onorevoli Membru huwa mitlub jirreferi d-domanda tiegħu lill-Ministru konċernat.
Rigward il-25 tomna art mogħtija lis-sid tal-istabbiliment turistiku, l-għotja tal-art b’resoluzzjoni tal-Parlament ġiet mgħoddija fis-27 ta’ Ġunju 2011 f’seduta 373 tas-sena 2011.
diskriminazzjoni mas-sidien tal-kiosks u beach concessions
Question
Jista' l-Ministru jgħid hux qed jiġi kkunsidrat il-fatt li se titwettaq diskriminazzjoni fil-konfront tas-sidien tal-kiosks u ta' dawk li għandhom beach concessions li se jintalbu jħallsu €15,000 fis-sena, meta sid ta' lukanda ġie mogħti 25 tomna art għal €18,000 kif ukoll għal numru sostanzjali ta' snin, meta għas-sidien l-oħra kull ħames snin toħroġ tender?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 27864.
Taxxa, VAT u kontribuzzjonijiet soċjali — eżenzjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra statistika ta' kemm saru talbiet għal maħfriet u eżenzjonijiet minn ħlas ta' taxxa, ħlas ta' VAT u ħlas ta' kontribuzzjoni soċjali? Kemm minn dawn ġew milqugħa, kemm minnhom ma ġewx milqugħa u kemm minnhom għadhom pendenti? Jista' jagħti din l-informazzjoni mis-sena 2008 sal-lum?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi mhux magħruf għal liema maħfriet qed jirreferi, minħabba li d-dipartiment tat-taxxi interni ma jagħtix maħfriet mit-taxxa. Jekk però l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għall-Iskema ta’ Tnaqqis fil-Multi u l-Imgħaxijiet, in-numru ta’ persuni li sa issa gawdew minn tali tnaqqis kien dan: Fl-ewwel fażi kien hemm 25,939 individwi u 5,919 kumpanniji. Fit-tieni fażi – li kienet miftuħa wkoll għal employers li kellhom bilanċi ta’ taxxa jew kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali tal-impjegati tagħhom – kien hemm 8,347 individwi, 2,759 kumpanniji u 2,962 employers.
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-liġi tal-VAT ma tippermettix maħfriet ta’ taxxa tal-VAT li tkun dovuta li titħallas. Rigward l-eżenzjonijiet, dawn stabbiliti fil-liġi u applikati direttament mill-persuna li tkun qed tiġġestixxi attività ekonomika. Id-Dipartiment tal-VAT ma jżommx statistika dwar dawn l-eżenzjonijiet u r-rwol tiegħu hu li jara li fejn dawn l-eżenzjonijiet jiġu applikati, jkunu applikati skond il-liġi tal-VAT.
kirjiet pendenti relatati ma' prorpjetà kummerċjali — eżenzjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kirjiet pendenti relatati ma' proprjetà kummerċjali u jekk kien il-każ li kien hemm maħfriet jew eżenzjonijiet, jista' jagħti statistika dettaljata mis-sena 2008 sal-lum?
Response (FENECH, TONIO)
L-Onorevoli Interpellant huwa ġentilment mitlub u mistieden jikklarifika jew jippreċiża x’irid ifisser bil-frażi “kirjiet pendenti.”
Jista l-Ministru jgħid x'inhu l-ammont f'metri kubi ta' ilma li qed jinħela kull siegħa lokalita b’lokalita f’Malta u Ghawdex? Jista' jgħid x'perċentwali huwa dan tal-konsum f'dawn il-lokalitajiet ?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Arms Ltd — Messaġġi permezz ta' emails jew telefonati
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-ilmenti li rċeviet Arms Ltd matul Gunju, Lulju u Awwissu 2011, xahar b’xahar, permezz tat-telefon, bl-email u b'messaġġi li tħallew rekordjati fuq l-answering machine b’mod separat?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Arms ma żżommx statistika li tirreferi limitament għal ilmenti iżda żżomm statistika li tiġbor kull kuntatt li jsir magħha mill-klijenti għal kwalunkwe servizz u informazzjoni li jkollhom bżonn. Dawn il-kuntatti jinkludu talbiet għal informazzjoni ġenerali dwar kontijiet li jirċievu l-klijenti, talbiet għal servizzi ġodda jew addizzjonali, ilmenti dwar ħsarat, u affarijiet oħra relatati mas-servizz tad-dawl u tal-ilma.
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont sħiħ ta’ taxxi mħallsa mill-kumpaniji tal-online gaming matul l-2008, l-2009 u l-2010? Jista jgħid kemm minn dan l-ammont, sena b’sena b’mod rispettiv, matul l-2008, l-2009 u l-2010, mar għall-oqsma tal-isport, l-arti u l-kultura?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.