Tista' l-Ministru tgħid fiex waslet l-applikazzjoni urġenti tal-persuna, li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, stante li hija vittma ta' vjolenza?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-applikazzjoni tal-persuna in kwestjoni qegħda tingħata l-attenzjoni meħtieġa, iżda ma jidher imkien li hi vittma ta’ vjolenza. Għalhekk, l-aħjar pass ikun li l-applikanta tmur fis-sezzjoni tal-Customer Care tal-Awtorità tad-Djar u twassal din l-informazzjoni.
Tista' l-Ministru tgħid kemm huma n-nies li qed jaħdmu llum għall-Proġett tal-MIDI Consortium f'Tigne?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Korporazzjoni tax-Xogħol u t-Taħriġ ma tistax tagħti informazzjoni rigward kemm hemm nies jaħdmu għall-Proġett tal-MIDI Consortium f’Tignè minħabba li din l-informazzjoni hija kummerċjalment sensittiva.
Tista' l-Ministru tgħid meta hu maħsub li jiġu allokatli l-appartamenti fi Triq l-Argotti/Triq l-Iljun, Furjana? Liema kategorija ta' applikanti se jkunu kkunsidrati għall-kiri ta' dawn l-appartamenti? Fost l-applikanti għall-social housing li għażlu l-Furjana bħala l-ewwel waħda. kemm minnhom joqogħdu l-Furjana u f'liema kategorija jinsabu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-appartamenti fi Triq l-Argotti/Triq l-Iljun Furjana qegħdin fi stat ta’ shell form u għalhekk iridu jiġu finished sabiex ikunu jistgħu jiġu allokati. It-tender għall-finishings ta’ dan il-proġett ingħata u huwa previst li dawn jitqassmu fix-xhur li ġejjin. Dawn l-appartamenti ser jingħataw lill-applikanti fuq il-waiting list skond bżonnijiet soċjali tal-individwi. L-Awtorità tad-Djar għandha ħamsin applikazzjoni għall-akkomodazzjoni alternattiva li l-ewwel preferenza tagħhom hija l-lokalita tal-Furjana. Minn dawn, tletin minnhom jirrisjedu l-Furjana. Il-kategoriji ta’ dawn il-50 applikazzjoni huwa kif ġej:
KATEGORIJA
TOTAL
Miżżewġa
10
Separati
7
Single
9
Single Parent
15
Romol
9
Tista' l-Ministru tgħid meta hu maħsub li jinbeda x-xogħol ta' stallar ta' lift fir-residenza li dettalji tagħha qed jingħataw separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fil-kaz tal-applikazzjoni għall-istallar ta’ lift fil-blokk imsemmi, diġa inħarġet it-tender, intlaqgħu l-offerti mingħand numru ta’ kuntratturi u qed issir l-aġġudikazzjoni ta’ tali offerti. Għaldaqstant hu maħsub li x-xogħlijiet fuq dan il-lift ikunu jistgħu jinbdew fi ftit ġimgħat oħra.
Persuni li jibbenefikaw minn pensjoni tas-servizzi Ingliżi
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm-il persuna għadha tibbenefika minn pensjoni tas-servizzi Ingliżi? Tista' tagħti l-età u l-lokalità ta' kull wieħed/waħda? Kemm minnhom ma jeħdux il-pensjoni kontributorja sħiħa minnħabba din il-pensjoni tas-servizzi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid jekk f'każ ta' persuna li tieħu r-relief, dan il-benefiċċju jibqax jingħata f'każ li l-persuna ssiefer għal żmien twil?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Jekk persuna ssiefer l-Għajnuna Soċjali (ir-relief) jieqaf immedjatament. Jekk persuna ssiefer għal kura barra minn Malta jerġa' jingħatalha lura l-Għajnuna Soċjali kemm-il darba tipprovdi dokumenti li juru dan.
Tista' l-Ministru tgħid jekk f'każ ta' talba għall-benefiċċju tar-relief tiġix ikkunsidrata ukoll il-pensjoni li persuna jkollha dritt għaliha minn pajjiż barrani (mhux tal-Unjoni Ewropea)?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Peress li l-Għajnuna Soċjali (ir-relief) huwa means tested kull dħul, ġej minn fejn ġej huwa kkunsidrat fl-assessment. Għalhekk, iva kull pensjoni ġejja minn fejn ġejja tiġi kkunsidrata.
skejjel tal-Knisja — rifużjoni tal-ispejjeż fuq bini ġdid
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm skejjel tal-Knisja li matul l-ewwel disa' xhur ta’ din is-sena li kkwalifikaw mir-rifużjoni ta’ 15.2% fuq l-ispejjeż marbuta ma’ bini ġdid li għamlu biex iwettqu r-riforma tal-mixja mill-primarja għas-sekondarja? Tista' tgħid liema kienu dawn l-iskejjel u kemm kienet tammonta r-rifużjoni li kkwalifikaw għaliha b’mod separat?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-ebda waħda mill-iskejjel tal-Knisja matul l-ewwel disa’ xhur ta’ din is-sena ma kkwalifikat mir-rifużjoni ta’ 15.2% fuq l-ispejjeż marbuta ma’ bini ġdid li għamlu biex iwettqu r-riforma tal-mixja mill-primarja għas-sekondarja.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet l-ispiża li saret fl-ewwel disa' xhur tas-sena fuq il-proġett tal-campus il-ġdid tal-MCAST ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-ispiża li saret fl-ewwel disa' xhur tas-sena fuq il-proġett tal-campus il-ġdid tal-MCAST kienet ta’ € 1,056.94 (elf sitta u ħamsin ewro u erbgħa u disgħin ewro cent) għall-applikazzjoni tal-MEPA.
Kumpless sportiv Tal-Qroqq — xogħlijiet fil-fitness centre u fuq il-pixxina nazzjonali
Question
Tista' l-Ministru tgħid x’kienet l-ispiża li saret matul l-ewwel disa' xhur tas-sena b’mod separat f’xogħlijiet fil-fitness centre fil-kumpless sportiv f’Tal-Qroqq u fuq il-pixxina nazzjonali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-ispiża li saret matul l-ewwel disa' xhur tas-sena f’xogħlijiet fil-fitness centre kienet tammonta €3,326 filwaqt li l-ispiża fuq il-pixxina nazzjonali kienet tammonta €133,419.
Tista' l-Ministru tgħid meta kien inawgurat il-kumpless sportiv ta’ Ħal-Kirkop? Kemm kienet l-ispiża totali fuq il-bini tiegħu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Kumpless Sportiv ta’ Ħal Kirkop għandu jiġi inawgurat fil-ġimgħat li ġejjin. Għaldaqstant l-ispiża totali tkun tista’ tingħata meta dan il-kumpless sportiv ikun komplut.
Peress li l-preparatory course in Diploma in Nursing Studies se jibda l-ġimgħa d-dieħla u l-istudenti għadhom ma ngħatawx risposta jekk ġewx ammessi għall-kors jew le u peress li fost dawn l-applikanti hemm applikanti Għawdxin li jridu jagħmlu l-arranġament għall-akkomodazzjoni tagħhom f'Malta, tista' l-Ministru tara li dawn l-istudenti jiġu nfurmati kemm jista' jkun malajr?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ir-riżultati tas-sessjoni supplimentari tal-Matrikola u tal-Eżami għaċ-Ċertifikat tal-Edukazzjoni Sekondarja ħarġu nhar it-Tnejn, 27 ta’ Settembru 2010.
Ġew evalwati mill-ġdid l-applikazzjonijiet skont ir-riżultati miksuba wara l-eżamijiet riparatorji għad-dħul fil-
Preparatory Course
għad-
Diploma in Health Science (Nursing).
L-ittri lill-istudenti li ġew aċċettati ntbgħatu bil-posta fit-30 ta’ Settembru 2010.
Tista' l-Ministru tgħid u telenka l-aġenziji akkreditati skont il-liġi dwar l-amministrazzjoni tal-adozzjoni?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Aġenzija Appoġġ hija l-entita’ nnominata mid-Dipartiment Standards fil-Ħarsien Soċjali sabiex tipprovdi servizzi ta’ adozzjoni, filwaqt li l-istess dipartiment huwa l-Awtorita’ Ċentrali li jirregola dan is-servizz.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hu l-budget allokat għall-Adoption Unit u kemm saru ħlasijiet għal servizzi provduti minn din l-istess unità?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-budget allokat għall-Adoption Services fi ħdan l-Appoġġ huwa ta’ €82,000. L-Aġenzija Appoġġ ma titlob u ma tirċievi l-ebda ħlas għas-servizzi tal-Adozzjoni pprovduta minnha.
Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew intavolati appelli minn deċiżjonijiet tal-Adoption Unit lill-Bord tal-Appell minn meta daħlet fis-seħħ il-liġi kull sena separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Minn meta daħlet fis-seħħ il-Liġi ta’ l-Adozzjoni ma kien hemm l-ebda talba għall-appelli minn deċiżjonijiet tal-Adoption Unit lill-Bord tal-Appell.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hawn barranin li kellhom permess tax-xogħol f'Malta matul l-ewwel tliet xhur tas-sena 2010? Tista' tagħti lista ta' xogħlijiet li dawn il-barranin kellhom permess li jaħdmu fih u minn liema pajjiż tal-oriġini ġew dawn il-ħaddiema?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.