Birżebbuġa – Il-Qajjenza — Nuqqas ta' servizz ta' trasport pubbliku
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'azzjonijiet beħsiebu jieħu sabiex jiġu indirizzati l-ilmenti dwar in-nuqqas ta' servizz ta' trasport pubbliku fil-Qajjenza, Birżebbuġa?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-inħawi tal-Qajjenza, Birżebbuġa, huma servuti permezz tar-rotot 85, 119 u 210. Transport Malta qiegħda tistudja kif, jekk dan ikun possibbli, tagħmel modifiki oħra lir-rotta 82 sabiex tkun tista’ sservi wkoll f’dawn l-inħawi.
Infrastructure Malta — Garanziji mogħtija dwar il-prattiċi fuq il-lant tax-xogħol
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ garanziji jingħataw mill-persuni li jkunu ġew imqabbda minn Infrastructure Malta sabiex jagħmlu xi proġett dwar il-prattiċi li jadoperaw fuq il-lant tax-xogħol?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minbarra garanziji oħra li joħorgu mill-kuntratt, il-kuntratturi huma obbligati li jkollom garanzija bankarja ma’ Transport Malta sabiex ikunu registrati u awtorizzati biex jintervjenu fl-infrastruttura.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk Infrastructure Malta titlobx lill-persuni mqabbda biex jagħmlu l-proġetti tagħha, biex jippreżentaw progress report? Jekk iva, jista’ jgħid kull meta huma mitluba biex jippreżentaw progress report? Jekk fin-negattiv, jista’ jgħid jekk hemmx il-ħsieb li tiġi introdotta sistema fejn kull persuna li tkun imqabbda minn Infrastructure Malta sabiex twettaq xi proġett tiġi mitluba tippreżenta perjodikament progress report?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li meta n-natura tal-proġett tirrikjedi li jkun hemm Progress Report, dan ikun mitlub fil-Kuntratt u normalment jintalab kull xahar.
Ġaldarba ż-żamma tal-plieri tal-mili (mile stones) taqa’ taħt ir-responsabilità tal-Ministeru għall-Infrastruttura, jista’ l-Ministru jgħid fejn jinsabu l-mile stones kollha li hawn f’pajjiżna?
Response (BONETT, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-plieri tal-mili (mile stones) li hawn f’pajjiżna jinsabu fi proprjetà pubblika u kemm minn dawn il-mile stones jinsabu fi proprjetà privata?
Response (BONETT, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jitkompla x-xogħol fi Triq Victor Vassallo f’Ħ’Attard? Jista jgħid ukoll meta, jekk hemm data, dan ix-xogħol ser jitlesta?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x- xoghol ser jitkompla wara li ġew approvati xi tibdil li ġie propost fil pjan oriġinali
Dwar it-toroq li jmissu ma' Triq Victor Vassallo f’Ħ’Attard, jista’ l-Ministru jgħid kemm ħa jdumu għaddejjin ix-xogħlijiet fuq dawn it-toroq, kif ukoll fuq il-bankini, biex ikunu diċenti u mingħajr aktar periklu?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jispeċifika għal liema toroq qed jagħmel referenza għalihom fil-Mistoqsija Parlamentari numru 18006, dan minħabba l-fatt li Triq Victor Vassallo hija waħda twila u maqsuma minn numru ta’ toroq perpendikolari tul it-triq kollha.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex it-triq ta' fuq il-pont ta' wara l-istabbiliment Ivory & Co ġewwa Ħ’Attard, tħalliet diżlivellata meta tiġi biex toħroġ għat-triq prinċipali?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-inħawi indikati f’din il-Mistoqsija Parlamentari, għadu jrid isir xi xogħol, fosthom t-tibdil tal-istruttura tal-pont. Dan ix-xogħol qed jiġi kkordinat ma’ xogħlijiet oħra, fosthom xogħlijiet li saru fi Triq il-Linja, Triq il-Pitkalija u xogħlijiet oħra li għaddejjin fi Triq Victor Vassallo. Wara li x-xogħlijiet fit-toroq tal-akwata jkunu lesti, jkun jista jingħalaq il-pont u jitlestew ukoll ix-xogħlijiet wara l-post indikat.
Transport Malta – Tiġdid ta’ reġistrazzjoni ta’ dgħajjes żgħar
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk Transport Malta għadhiex tinforma lis-sidien ta' dgħajjes żgħar meta jkun wasal iż-żmien biex iġeddu r-reġistrazzjoni tad-dgħajsa tagħhom? Jekk iva, b'liema mezzi?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi Transport Malta tibgħat notifika lis-sidien bil-posta madwar xahrejn qabel id-data tal-iskadenza tar-reġistrazzjoni tad-dgħajsa.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm toroq li qed isir xogħol fihom preżentament fix-Xgħajra? Jista’ jgħid meta ser jitlestew it-toroq li nqalgħu fix-Xgħajra?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li preżentament qed isiru xogħlijiet fi Triq Elija. Ix-xogħlijiet infrastrutturali li saru f’din it-triq jinkludu skavar, tibdil ta’ servizzi, u tibdil ta’ bankini. Il-ħidma f’din it-triq tkun kompluta wara li jitlestew xogħlijiet fuq il-linji tat-triq.
Qed isir ukoll xogħol relatat ma’ trinek ta’ Enemalta, f’parti mit-Triq Torri Alof de Wignacourt u parti mit-Triq il-Fortizza, liema xogħol mistenni jkun lest fil-ġranet li ġejjin. Xogħol li se jsir mar-roundabout qabel ma tidħol ix-Xgħajra, ser jiġi ppjanat għal matul il-lejl. F’Dawret ix-Xatt, ix-xogħol kważi huwa komplut bl-asfalt, jonqos biss parti zgħira sabiex il-cable li sar, jitqabbad mas-serivce culvert li diġa hemm preżenti madwar Smart City. Ix-xogħol fi Triq San Gakbu u Parti minn Triq il-Knisja huwa komplut.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi pjanijiet biex jittranġa r-railing ta’ madwar ix-xatt tax-Xgħajra? Jekk iva, meta huwa ppjanat li jibda u jispiċċa dan ix-xogħol?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16624.
Jista' l-Ministru għal kull rotta tal-karozzi tal-linja jgħid, kemm-il darba karozza tal-linja ħarġet tard u kemm-il darba ma ħarġitx fuq ir-rotta, għal kull xahar minn Marzu 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, separatament għal kull rotta?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Transport Malta — Maritime Enforcement Unit - Ċitazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu ċitazzjonijiet mill-Maritime Enforcement Unit fi ħdan Transport Malta mill-2020 sal-2023, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll x’irriżulta minn kull ċitazzjoni, jekk tħallsux, jekk intilfux, jekk ġewx appellati jew jekk ġewx preskritti?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħljiet Pubbliċi — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Marzu 2024?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16409.
Ħ’Attard/Mosta — Xogħlijiet - Toroq arterjali magħluqa
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta Triq Santa Katerina kantuniera ma' Triq il-Larinġ sar-roundabout ta' Triq il-Mirakli ħa tkun lesta? Jista' jgħid ukoll kif inħarġet l-idea li tinfetaħ din it-triq meta hemm toroq arterjali oħra magħluqa bil-konsegwenza li daħla għal Ħ’Attard mill-Mosta hemm biss Triq il-Gradilja?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn Triq Santa Katerina ma’ Triq il-Larinġ sar-roundabout ta’ Triq il-Mirakli hija aċċessibbli għall-vetturi. Din il-parti tat-triq ser tintuża bħala diversion waqt li għaddejjin xogħlijiet f’parti minn Triq Pantar u Triq it-Torba. Wara li jitlestew xogħlijiet f’din il-parti tat-triq, il-parti inizjali terġa’ tingħalaq biex isiru xogħlijiet aħħarija fiha, li jinkludu xogħlijiet ta’ skavar, mogħdija ta’ servizzi, telekomunikazzjoni, u tibdil ta’ bankini.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħljiet Pubbliċi — Segretarju Parlamentari għax-Xogħljiet Pubbliċi - Mobile jew Telephone Line Allowances
Question
Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi, jgħid jekk il-koordinatur tal-komunikazzjoni fis-Segretarjat tiegħu għandux/għandhiex mobile jew telephone line mħallas minn fondi pubbliċi?
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex Infrastructure Malta (IM) ma weġbitx għad-diversi e-mails mibgħuta mill-Kunsill Lokali tas-Swieqi dwar il-laqgħa pubblika mwiegħda mill-istess IM dwar il-proġett imħabbar tal-junction fil-bidu ta’ Paceville? Jista’ jgħid ukoll meta ser tinżamm din il-laqgħa?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-laqgħa pubblika maqbula mal-kunsilli lokali rispettivi ser issir f’data u ħin li ghad iridu jiġu stabiliti.