Legislature:
Category:
Reset
Active:

L-Imdina – kaxxi sofor jew blu għal parkeġġ riservat

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17902 u jgħid: a. kemm hemm, sal-ġurnata li titwieġeb din il-mistoqsija, kaxxi sofor jew blu għal parkeġġ riservat ġewwa t-toroq tal-Imdina, triq b’triq; b. kemm minn dawn għadhom attivi; c. quddiem liema proprjetà; d. għal liema skop huma riservati; u e. meta saru?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Ħ’Attard – kaxxi sofor jew blu għal parkeġġ riservat

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17899 u jgħid: a. kemm hemm, sal-ġurnata li titwieġeb din il-mistoqsija, kaxxi sofor jew blu għal parkeġġ riservat ġewwa t-toroq ta’ Ħ’Attard, triq b’triq; b. kemm minn dawn għadhom attivi; c. quddiem liema proprjetà; d. għal liema skop huma riservati; u e. meta saru?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Ħaddiema tax-Xatt — ingaġġ u pagi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17684 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: Peress li l-prinċipju ta’ equal work equal pay hu magħruf u peress li Ħaddiema tax-Xatt jaħdmu tali l-pagi u l-kundizzjonijiet ivarjaw u hemm min priviliġġjat u jaħdem mat-TM, hemm min hu casual self-employed, hemm min hu part-time self-employed, hemm min jidħol b’wirt, jista' l-Ministru jgħid x'rimedji qed tieħu l-Job plus biex tara li l-mod kif qed jiġu ingaġġati l-ħaddiema fl-iskema tal-ħidma fil-Port hi konformi ma’: A) kundizzjonijiet li huma l-istess fuq l-istess lant tax-xogħol; B) regoli tal-Unjoni Ewropea dwar portijiet; C) ċertifikazzjoni tal-Ħaddiema tax-Xatt biex jiddaħħlu f’dan l-impjieg hi dik uffiċjali, jiġifieri tal-MCAST?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità għat-Trasport f’Malta ma għandhiex Ħaddiema tax-Xatt impjegati magħha. Tajjeb li jingħad li bħalissa hemm 380 Ħaddiem tax-Xatt liċenzjati, liema liċenzja tinħareġ mill-Awtorità għat-Trasport f’Malta. Dawn, kif ukoll il-liċenzja, l-kundizzjonijiet u l-ħlas tagħhom abbażi ta’ tariffi stabbiliti, huma regolati bil-liġi u huma kkunsidrati bħala impjegati sui generis bl-imgħallem tagħhom ikun dak it-terminal jew persuna li jqabbadhom sabiex jipprovdu s-servizzi tagħhom. Dawk il-ħaddiema li qed jissejħu “self-employed/part-time self-employed” ma għandhom l-ebda liċenzja maħruġa mill-Awtorità imma huma għandhom kuntratt għal servizz direttament mal-Malta Dockers Union. It-terminu korrett, skont il-liġi, huwa Ħaddiema tax-Xatt Awżiljarji.

In-Naxxar — Triq San Pawl - xogħlijiet

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 17018, jista’ l-Ministru jgħid għalfejn ma saritx konsultazzjoni mal-Kunsill Lokali u mar-residenti ta’ Triq San Pawl fin-Naxxar qabel u mhux f’nofs ix-xogħlijiet li għaddejjin fl-istess triq? Jikkonferma li pereżempju dan id-dewmien seta’ ġie evitat fil-każ tad-drenaġġ u tal-bankini?

Response (BORG, IAN)

Filwaqt li nirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 17651 tas-Seduta 415 li saret mill-istess Onorevoli membru, nispjega li sakemm twaqqfet Infrastructure Malta fl-2018, il-Kunsilli Lokali kienu fdati bil-manutenzjoni u t-titjib tat-toroq residenzjali. Sfortunatament ma ngħatawx ir-riżorsi finanzjajri u tekniċi biex jinvestu b’mod adegwat fl-iżvilupp tat-toroq tal-lokalitajiet tagħhom u b’konsegwenza t’hekk, dawn tħallew fi stat t’abbandun. Infrastructure Malta ngħatat il-kompitu li ssolvi din id-diffikultà, billi tirrispondi għal bosta appelli mill-Kunsilli Lokali li ma setgħux ikampaw aktar mar-responsabbiltajiet tal-manutenzjoni tat-toroq. Għaldaqstant, l-aġenzija qiegħda gradwalment tibni mill-ġdid bost toroq residenzjali fil-lokalitajiet kollha, bħala parti mill-pjan fit-tul tagħha għat-titjib tan-netwerk tat-toroq f’Malta. Qabel ma tibda x-xogħlijiet fi triq, l-aġenzija tikkonsulta bosta partijiet interessati biex tiżgura li t-tijib ippjanat isir b’mod li jissodisfa rekwiżiti differenti, ħalli b’hekk wieħed jieħu l-aħjar li jista’ mill-investiment li jsir u biex dan iservi aktar fit-tul. Entitajiet u kumpaniji li għandhom netwerks tas-servizzi tagħhom għaddejjin minn taħt l-art fit-toroq jiġu kkuntattjati biex jiċċekkjaw jekk l-infrastruttura tagħhom ikollhiex bżonn li tissaħħaħ jew tinbidel bħala parti mix-xogħlijiet tat-toroq ippjanati, u b’hekk jitnaqqas ir-riskju ta’ xogħlijiet oħrajn fl-istess toroq fil-futur previdibbli. Il-periti ta’ Infrastructure Malta huma wkoll f’kuntatt kostanti mal-Kunsilli Lokali, li jista’ jkollhom talbiet għal xogħlijiet addizzjonali biex isolvu sfidi speċifiċi li jiffaċċjaw ir-residenti taż-żona, jew biex jintroduċu faċilitajiet ġodda. Barra minn hekk, skont ir-regolamenti applikabbli, qabel tibda x-xogħlijiet, l-aġenzija teħtieġ tikseb permess tax-xogħlijiet fit-toroq minn Transport Malta. Il-proċess tal-applikazzjoni għal dan il-permess jinkorpora mekkaniżmu biex jinforma lill-Kunsilli Lokali dwar dawn ix-xogħlijiet u l-għeluq tat-toroq jew devjazzjonijiet li jistgħu jkunu meħtieġa. L-iskop ta’ din in-notifika huwa li jagħti ¿mien lill-Kunsili Lokali biex jikkuntattjaw lill-aġenzija jew lill-awtorità f’każ ta’ diffikultajiet minħabba x-xogħlijiet involuti, jew jekk ikunu jixtiequ jissuġġerixxu interventi addizzjonali Kif turi l-korrispondenza li qed inpoġġi kopja tagħha fuq il-Mejda tal-Kamra, l-allegazzjoni li Infrastructure Malta ma kkonsultatx lill-Kunsill Lokali dwar ix-xogħlijiet fit-triq imsemmija mhix vera. L-aġenzija temmen li l-konsultazzjoni mal-partijiet interessati kollha, inkluż il-Kunsilli Lokali, hija kontributur fundamentali għall-implimentazzjoni b’suċċess ta’ kwalunkwe proġett infrastrutturali. Dan jagħti lill-aġenzija l-opportunità li ttejjeb il-pjanijiet tagħha biex tissodisfa r-rekwiżiti li qed jinbidlu ta’ komunitajiet differenti, filwaqt li tippjana miżuri ta’ mitigazzjoni biex tnaqqas kwalunkwe impatt negattiv waqt ix-xogħlijiet.

Siġġiewi – restawr taz-zuntier tal-Knisja Arċipretali ta’ San Nikola

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra fejn waslu d-diskussjonijiet dwar ir-restawr taz-zuntier tal-Knisja Arċipretali ta' San Nikola fis-Siġġiewi?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li d-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi jinsab fil-proċess li jipprepara l-pjanti għall-bini mill-ġdid taz-zuntier tal-Knisja Arċipretali ta’ San Nikola biex tiġi sottomessa applikazzjoni lill-Awtorità tal-Ippjanar.

Wied iż-Żurrieq — multi-level parking

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ippjanat li jsir multi-level parking fil-parkeġġ eżistenti ta' Wied iż-Żurrieq peress li l-ispazju preżentement riservat għall-parkeġġ fil-maġġor parti tiegħu qiegħed ikun riservat għal coaches? Jista’ fil-frattemp jiġu identifikati żoni oħra f'Wied iż-Żurrieq stess, li fihom jiġi pprovdut tali parkeġġi biex fin-nuqqas ta' turisti li ġejjin minn barra l-pajjiż, aktar Maltin iżuru dan il-post turistiku sakemm isir dan il-multi-level parking?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma hemm l-ebda pjanijiet li l-parkeġġ imsemmi jsir multi-level. Għalkemm riċentiment sar upgrading fil-parkeġġ, l-arranġamenti eżistenti oriġinarjament inżammu. Il-parkeġġ għal coaches kien hemm u dan inzamm għall-ħinijiet fejn ikun hemm il-coaches. Kull min jagħmel użu minn dan il-parkeġġ ikun gwidat mill-parker hekk kif approvat minn Transport Malta. Infakkar li matul is-Sajf li għadda, tnieda servizz ċirkolari b’vetturi tat-trasport pubbliku minn u lejn din iz-zona popolari fin-Nofsinhar tal-pajjiż, biex tiġi evitata konġestjoni fil-parkeġġ imsemmi. Is-servizz intuża minn eluf ta’ ċittadini u turisti.

Xatt tal-Birgu – tneħħija ta’ materjal

Question

Jista’ l-Ministru jara li l-materjal li hemm abbandunat fl-aħħar parti tax-Xatt tal-Birgu jiġi mneħħi billi huwa perikoluż?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika x’tip ta’ materjal hemm abbandunat filwaqt li jikkonferma jekk iż-żona msemmija taqax taħt ir-responsabilita’ tal-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali.

Birkirkara — kaxxi sofor jew blu għal parkeġġ riservat

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17893 u jgħid: a. kemm hemm, sal-ġurnata li titwieġeb din il-mistoqsija, kaxxi sofor jew blu għal parkeġġ riservat ġewwa t-toroq ta’ Birkirkara, triq b’triq; b. kemm minn dawn għadhom attivi; c. quddiem liema proprjetà; d. għal liema skop huma riservati; u e. meta saru?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Ħal Balzan — Kaxxi sofor u blu għal parkeġġ riservat

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17896 u jgħid: a. kemm hemm, sal-ġurnata li titwieġeb din il-mistoqsija, kaxxi sofor jew blu għal parkeġġ riservat ġewwa t-toroq ta’ Ħal Balzan, triq b’triq; b. kemm minn dawn għadhom attivi; c. quddiem liema proprjetà; d. għal liema skop huma riservati; u e. meta saru?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

L-Ilklin — Kaxxi sofor jew blu għal parkeġġ riservat

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqisja parlamentari 17897 u jgħid: a. kemm hemm, sal-ġurnata li titwieġeb din il-mistoqsija, kaxxi sofor jew blu għal parkeġġ riservat ġewwa t-toroq tal-Iklin, triq b’triq; b. kemm minn dawn għadhom attivi; c. quddiem liema proprjetà; d. għal liema skop huma riservati; u e. meta saru?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Il-Mosta — kaxxi sofor u blu għal parkeġġ riservat

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17898 u jgħid: a. kemm hemm, sal-ġurnata li titwieġeb din l-mistoqsija, kaxxi sofor jew blu għal parkeġġ riservat ġewwa t-toroq tal-Mosta, triq b’triq; b. kemm minn dawn għadhom attivi; c. quddiem liema proprjetà; d. għal liema skop huma riservati; u e. meta saru?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Il-Kalkara – Triq Ġanni Raimondo – aċċess għall-proprjetà

Question

Billi għadd ta’ residenti fi Triq Ġanni Raimondo fil-Kalkara ma jistgħux jaċċessaw il-proprjetà tagħhom konsistenti f’garaxx, jista’ l-Ministru jgħid x’qiegħed ikun ikkunsidrat biex din il-problema li tolqot numru ta’ residenti tkun solvuta?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li Infrastructure Malta kienet qed tagħmel xi xogħlijiet fi Triq il-Kappuċini li tagħti access għal Triq Ġanni Raimondo fil-Kalkara. Dawn ix-xogħlijiet tlestew f’Novembru u minn naħa tagħna m’għadx hemm iżjed xogħlijiet fiż-żona msemmija.

In-Naxxar – Żona tas-Sgħajtar – bini mill-ġdid ta’ toroq u bankini

Question

Jista’ l-Ministru jara li ssir il-manutenzjoni meħtiega jew bini mill-ġdid ta’ numru ta’ toroq u bankini fiż-żona tas-Sgħajtar fin-Naxxar, minn Infrastructure Malta, liema toroq jinsabu fi stat ħażin peress li llum hija l-istess Infrastructure Malta responsabbli mit-toroq f’pajjiżna u mhux aktar il-Kunsilli Lokali?

Response (BORG, IAN)

Għal darb’oħra l-Onor. Cutajar qed ifakkarna li wara li bħala parti mill-Oppożizzjoni ivvota kontra t-twaqqif ta’ Infrastructure Malta, minn meta twaqqfet kontra r-rieda tiegħu tgħidx kemm talab li din l-istess entità tagħmel xogħlijiet. Huwa tajjeb li qed jinduna li kien żbaljat meta ħadem biex din l-aġenzija li tant qed twettaq xogħol lanqas biss titwaqqaf, wara li l-poplu kien ilu għexieren ta’ snin jittama li Gvernijiet preċedenti li kien jifforma parti minnhom l-Onor. Cutajar jieħdu bis-serjetà l-infrastruttura ta’ pajji¿na u jibdew jaħdmu biex ikollna toroq aħjar. Bit-twaqqif ta’ Infrastructure Malta t-titjib fl-infrastruttura ta’ pajji¿na jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq fil-pajjiż. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis. Infrastructure Malta qed twettaq ħafna proġetti biex ittejjeb is-sigurezza u s-sostenibilità tas-sistema tat-toroq ewlenin, toħloq infrastruttura ta’ kwalità u ambjent aħjar fit-toroq residenzjali f’kull lokalità u tibni mill-ġdid ukoll ħafna toroq sekondarji oħra, fosthom kilometri ta’ toroq rurali fil-kampanja. Dan l-investiment diġa qed iħalli l-frott mixtieq, b’diversi toroq residenzjali mibnija mill-ġdid u b’ħafna proġetti ta’ titjib fit-toroq ewlenin tas-sistema tat-trasport bl-art f’pajjiżna. Fil-ftit żmien kemm ilha li twaqqfet, l-aġenzija diġà bniet mill-ġdid u għamlet titjib f’madwar 500 triq. Matul l-2020 bniet mill-ġdid mal-155 triq residenzjali u bħalissa għaddejjin xogħlijiet f’għexieren ta’ toroq oħrajn. Fil-lokalità tan-Naxxar diġà bniet mill-ġdid Triq il-Kappella ta’ San Mikiel, Triq ix-Xbieki, Triq John Adye, Triq San Franġisk t’Assisi u Triq San Pawl. Waqt li bħalissa qegħdin isiru Triq il-Forġa, Triq il-Fortizza tal-Mosta u triq bla isem fi Vjal il-Labour, diġà hemm ippjanati toroq oħrajn biex jinbnew mill-ġdid fiż-żmien li ġej li jinkludu Triq il-Ġdida, Triq il-Magħtab, Triq Leli Falzon, Triq Ġdida fi Triq tat-Tarġa u Triq Santa Klara. Infrastructure Malta diġà għamlet ukoll xogħlijiet f’diversi toroq oħrajn fil-lokalità tan-Naxxar. Dawn kienu jinkludu xogħol fit-Telgha ta’ Alla u Ommu, Triq Wied Filep, Triq Santa Fawstina ta’ Kowalska, Triq Tal-Balal, roundabout junction ġdida fi Vjal il-Labour, kif ukoll titjib fir-roundabout junction bejn Triq il-Parroċċa u Triq San Pawl fost oħrajn. Sar ukoll titjib kbir fit-toroq ewlenin tal-inħawi bejn iċ-ċimiterju ta’ Ħal Lija, l-Iklin u n-Naxxar, filwaqt li nbena parkeġġ ġdid ħdejn ir-Riserva Naturali tas-Salina. Intennu l-impenn tagħna li nkomplu naħdmu bla heda biex nagħtu ambjent aħjar u kwalità ta’ ħajja aħjar lill-familji fil-lokalitajiet kollha f’pajjiżna.

Burmarrad – kaxxi sofor jew blu għal parkeġġ riservat

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17900 u jgħid: a. kemm hemm, sal-ġurnata li titwieġeb din il-mistoqsija, kaxxi sofor jew blu għal parkeġġ riservat ġewwa t-toroq ta’ Burmarrad, triq b’triq; b. kemm minn dawn għadhom attivi; c. quddiem liema proprjetà; d. għal liema skop huma riservati; u e. meta saru?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Ħal Lija – kaxxi sofor jew blu għal parkeġġ riservat

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17901 u jgħid: a. kemm hemm, sal-ġurnata li titwieġeb din il-mistoqsija, kaxxi sofor jew blu għal parkeġġ riservat ġewwa t-toroq ta’ Ħal Lija, triq b’triq; b. kemm minn dawn għadhom attivi; c. quddiem liema proprjetà; d. għal liema skop huma riservati; u e. meta saru?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali – tender jew direct order lil kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa’ taħtu, tawx tender jew direct order lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Meta ngħataw, ta’ kemm kienu u abbażi ta’ xiex?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onorevoli interpellant biex jispeċifika t-talba tiegħu.

Tender għas-servizz ta’ ġarr tal-passiġġieri bil-baħar bejn il-Belt, Tas-Sliema u t-Three Cities

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 17674, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-talba li qed jagħmel referenza għaliha, u ċjoè t-talba li qed jgħid li saret mis-soċjetà Marsamxetto Steamferry Services Ltd u kwalunkwe korrispondenza oħra relatata mas-suġġett? Jista’ jqiegħed ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-estensjoni li ngħatat inklużi t-termini u kundizzjonijet?

Response (BORG, IAN)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li d-dokumentazzjoni minnu mitluba ma jistgħux jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra peress li huwa ta’ natura kummerċjalment sensitiva.