Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il speed camera hawn f'Malta u Għawdex? Jista’ jagħti d-dettalji ta' kemm-il kontravenzjoni nqabdet minn kull speed camera f'dawn l-aħħar tnax-il xahar, xahar b’xahar?
Jista' l-Ministru jgħid mil-liema sena daħal fis-seħħ il-proviżjoni tal-Energy Performance Certification li għandu jiġi ppreżentat meta jinbiegħ post?
Response (BORG, IAN)
Infurmat li fir-rigward ta’ postijiet magħrufa bħala Dwellings (postijiet t’abitazzjoni) il-ħtieġa taċ-Ċertifikat daħlet fis-seħħ fit-2 ta’ Jannar 2009 filwaqt li għal dawk li huma magħrufa bħala Non-Dwellings (dak li għandu x’jaqsam ma’ kull bini ieħor) din daħlet fl-1 ta’ Ġunju 2009.
Ministeru għall-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali — direct orders
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ direct orders li ngħataw mid-dipartimenti u l-entitajiet li jifformaw parti mill-Ministeru li jmexxi u dan għall-perjodu mill-1 ta' Mejju 2017 sat-2 ta' Ġunju 2017?
Jista’ l-Ministru jitlob lir-rappreżentant tal-Gvern fuq il-bord tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatment, il-lista ta’ avukati li nħatru minnha mid-9 ta’ Marzu 2013 sal-lum għall-finijiet ta’ vetting ta’ kuntratti ta’ self u bejgħ/xiri u kuntratti oħra li jirrikjedu l-vetting ta’ riċerki, u jqiegħdha fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant iressaq din id-domanda lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li kien hemm applikazzjonijiet taħt l-iskema tal-2012 biex jinxtara t-Temporary Directum Dominium (TDD) ta' proprjetà tal-Gvern, li iżda wara li ġew proċessati, ġew irtirati? Jista’ jgħid x'kienet ir-raġuni għal kull każ?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kien hemm tmien (8) applikazzjonijiet taħt l-iSkema tal-2012, li kienu ġew proċessati min-naħa tal-Uffiċċju Konġunt, u sussewgwentament ġew irtirati min-naħa tal-applikanti. Ir-raġunijiet għal dan ir-rifjut kienu li jew l-applikanti ma qablux mal-prezz tal-fidi mitlub, ma kienux f’pożizzjoni finanzjarja sabiex jersqu għall-kuntratt jew inkella ma kienux baqgħu aktar interessanti fl-applikazzjoni tagħhom.
Proġett tal-Junction tal-Addolorata– pjani ta’ traffic management
Question
Minħabba li qed joqrob iż-żmien li jingħata bidu għall-proġett tant meħtieġ għan-naħa t’isfel ta’ Malta, dik tal-junction ta’ ħdejn iċ-ċimiterju tal-Addolorata, jista’ l-Ministru jikkonferma hux qed jitħejjew pjani serji ta’ traffic management biex jiffaċilitaw it-traffic flow għal waqt il-perjodu li fih ikun qed isir il-proġett biex l-inkonvenjent għall-pubbliku jkun mill-inqas, bħalma fil-fatt ġara fil-proġett tal-Kappara?
Jista’ l-Ministru jagħti indikazzjoni ta’ kemm hu mistenni li jieħu żmien biex jitwettaq il-proġett tal-Junction tal-Addolorata minn meta jingħata bidu? Għall-proġett tal-Junction tal-Addolorata hemm il-ħsieb li jinġiebu strutturi maħdumin lesti minn barra minn Malta bħalma ġara fil-proġett tal-Junction tal-Kappara?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il permess ġie approvat mill-Awtorità tal-Ippjanar bejn l-1 ta’ Mejju 2017 u t-3 ta’ Ġunju 2017? F’kull każ, x’inhi d-data meta ġiet sottomessa l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-permess konċernat?
Response (BORG, IAN)
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 126, l-Awtorità tal-Ippjanar approvat elf mitejn u sebgħa u erbgħin (1,247) applikazzjoni bejn l-1 ta’ Mejju 2017 u t-3 ta’ Ġunju 2017. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-applikazzjonijiet bid-data ta’ meta ġiet sottomessa kull applikazzjoni.
Din l-informazzjoni ġiet miġbura mis-sistema tal-informatika tal-istess Awtorità.
Mosta — Triq il-Kbira salib it-Toroq ma Triq il-Kostituzzjoni - pedestrian crossings
Question
Jista' l-Ministru jieħu passi sabiex fi Triq il-Kbira salib it-toroq ma Triq il-Kostituzzjoni l-Mosta, jara li jsiru pedestrian crossings sabiex il-pubbliku jkun jista' jaqsam b'mod aktar organizzat?
Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali — ħaddiema li ħadu promozzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ ħaddiema fid-dipartimenti u l-entitajiet li jifformaw parti mill-ministeru li jmexxi, li ħadu promozzjoni fil-perjodu mill-1 ta' Mejju 2017 sat-2 ta' Ġunju 2017? Jista’ jagħti wkoll l-istess informazzjoni għall-perjodu 7 ta' Jannar 2013 sa 8 ta' Mejju 2013?
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xogħlijiet fuq il-Ġnien tal-Għarusa tal-Mosta fil-Mosta wasslux fit-tmiem tagħhom, jew jekk għadx baqa’ xi xogħol ieħor xi jsir?
Response (BORG, IAN)
L-Onorevoli Interpellant hu mitlub iressaq din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali — ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ ħaddiema, sija part-time u sija full-time, f’kull entità li għaliha huwa responsabbli, fl-1 ta’ Diċembru 2016, fl-1 ta’ Mejju 2017 u fit-3 ta’ Ġunju 2017?
Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali — Segretarjat Parlamentari għall-Ippjanar u Suq tal-Proprjetà - ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għall-Ippjanar u Suq tal-Proprjetà jgħid kemm kien in-numru ta’ ħaddiema, sija part-time u sija full-time, f’kull entità li għaliha huwa responsabbli, fl-1 ta’ Diċembru 2016, fl-1 ta’ Mejju 2017 u fit-3 ta’ Ġunju 2017?
Jista’ l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex persuni bil-badge ta’ persuni b’diżabilità jkunu jistgħu jpoġġu bilqiegħda fil-post riservat għalihom fil-vetturi tat-Trasport Pubbliku, meta dawn il-postijiet ikunu meħuda minn persuni li ma jkollhomx id-dritt li jpoġġu f’dawn il-postijiet li huma ta’ prijorità għal persuni b’diżabilità? Din il-mistoqsija qed issir sabiex persuni b’diżabilità jkollhom id-dritt tagħhom legali mħares u mhux jibqgħu intitolati għall-post riservat iżda bla dritt legali għalih.
Response (BORG, IAN)
Nirreferi lill Onor. Interpellant għar-risposti li kienu ngħataw għall-mistoqsijiet parlamentari 31489 u 31960 tat-tnax il-Leġislatura.
L-Imġarr — Triq Sir Temi Zammit - twessiegħ ta' bankina
Question
Jista’ l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex fit-Triq Sir Temi Zammit li tieħdok lejn l-Imġarr Malta, f’salib it-toroq mat-triq li tieħdok lejn id-Dwejra, isir xogħol ta’ twessiegħ ta’ bankina fit-triq il-prinċipali lejn l-Imġarr fuq in-naħa tad-daħla lejn id-Dwejra? Din il-mistoqsija qed isir sabiex karozza nieżla mit-triq tad-Dwejra għall-Imġarr tkun tista’ tara aħjar il-karozzi ġejjin fit-triq il-prinċipali ġejjin mill-Mosta lejn l-Imġarr u b’hekk jitnaqqsu l-inċidenti.
Il-Mosta — Triq il-Kungress Ewkaristiku - xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jibda xogħol li kien imwiegħed li jsir għall-bidu tal-2017 li huwa l-għoti mill-ġdid ta’ tarmak fit-Triq il-Kungress Ewkaristiku fil-Mosta?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-ġimgħat li għaddew saru preparamenti u saħansitra testijiet fuq l-asfalt eżistenti u dan biex tinħareg sejħa għal xogħlijiet ta’ titjib fil-wiċċ tat-triq imsemmija. Din is-sejħa mistennija toħrog fil-ġimgħat li ġejjin u wara li jiġi aġġudikat kuntrattur ikunu jistgħu jinbdew ix-xogħlijiet in kwistjoni.
Il-Mosta — Triq Ġuże Delia - tkomplija ta' bini ta' boundary wall
Question
Jista’ l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex jara li jitkompla l-bini ta’ boundary wall f’Triq Ġuże Delia fil-Mosta fejn dan il-bini tal-boundary wall kien beda minn Transport Malta iżda jidher li kien twaqqaf mill-Awtorita tal-Ippjanar? Il-bini ta’ dan il-boundary wall kien intalab li jsir minn Transport Malta mill-Kunsill Lokali. Ladarba, snin ilu meta kienet infetħet l-istess triq, dak iż-żmien dan il-boundary wall qatt ma kien mibni. Dan il-boundary wall kien intalab li jsir biex jitneħħa l-periklu tal-biċċa ħajt li kien qed jaqa’ ladarba issa minn din it-triq qed jgħaddu l-vetturi tat-Trasport Pubbliku. Dan il-bini kien qed isir ukoll sabiex ikun hemm tiswija għal ftit metri.